Illum previous editions

ILLUM 1 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1398271

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

taħt il-proġett ta' €7 miljun, li ġie parzjalment iffinanzjat mill- ERDF. Il-proġett jara wkoll li jtejjeb l-aċċessibilità pubblika għad-dettalji u d-dejta tal-mappa, li ispira l-ħolqien ta' servizz ta' mapep 3D b'xejn permezz ta' Cloudisle.org. "Cloudisle hija pubblikazzjoni onlajn ta' materjal LiDAR, li hija teknika użata biex tistma l-għoli tal-bini. Huwa simili għas- sonar iżda juża d-dawl tal-lejżer minflok il-ħoss biex jipproduċi koordinati," jikkjarifika s-Sur Gauci. "Il-kunċett ta' Cloudisle huwa r-riżultat ta' kollaborazzjoni bejn l-Awtorità u l-Università ta' Malta biex tipprovdi rappreżentazzjoni tal-linja tal-profil tal-għoli tal- bini ta' Malta bl-użu ta' kejl tal- LiDAR. Sa issa, intuża l-LiDAR darbtejn: l-ewwel darba fl-2012 meta ipproduċiet erba' biljun punt ta' dejta, filwaqt li t-tieni waħda fl-2018 ipproduċiet 38 miljun. Id-dejta hija iktar raffinata minħabba l-istrumentazzjoni li tintuża. Permezz ta' din l-għodda u l-proġett usa' tagħna, qed noffru aktar trasparenza lill-pubbliku dwar it-terren ta' Malta, kemm illum kif ukoll fis-snin li ġejjin." Il-basemap aġġornata ta' Malta tista' tiġi aċċessata permezz tal- websajt tal-Awtorità tal-Ippjanar, www.pa.org.mt, permezz tal- geoportal link. 23 kummerċjali illum • Il-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 Permezz ta' viżjoni integrat, nistgħu naħdmu flimkien biex niżguraw li l-karatteristiċi ta' Malta jiġu rispettati u inkorporati f'kull deċiżjoni ta' żvilupp, li huwa importanti ħafna fuq gżira daqshekk żgħira

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 August 2021