Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1398271
09 illum • IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 aħbarijiet L-Isptar il-ġdid tas-saħħa mentali mistenni jiftaħ fil-bidu tal-2026 ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-Isptar akut il-ġdid tas-saħħa mentali mistenni jilqa' l-ewwel pazjenti fih fl- aħħar tal-2025 jew il-bidu tal-2026, dan filwaqt li n-numru ta' pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli tniżżel għal 150 minn madwar 800 sabiex ikomplu l-pjani biex dan isir sptar speċjalizzat. Qal dan mal-gazzetta ILLUM id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne meta kien mistoqsi dwar is-saħħa mentali u l-wegħda elettorali tal-Partit Laburista ta' Sptar għas-Saħħa mentali ġdid, anke quddiem in-nuqqasijiet flagranti fl-Isptar Monte Carmeli, li dwarhom irrappurtaw diversi siti u gazzetti, fosthom l-ILLUM. Attenzjoni akbar fuq il-kura fil-komunità Fearne beda billi spjega illi l-Gvern qed jagħfas ħafna fuq il-bżonn li jkun hemm servizzi u għajnuna fir-rigward tas-saħħa mentali fuq bażi ta' komunità. "Aħna qed ngħafsu fuq is-saħħa mentali fil-komunità, għalhekk aħna kliniċi ġodda fl-MCAST, fl-Università kif ukoll fil-kliniċi, bħal f 'Ħal Qormi. Qed nibdew nagħtu servizzi wkoll mill-bereġ li bosta minnhom qed jaraw titjib," sostna Fearne ma' din il-gazzetta. Huwa spejga kif apparti dan kollu ġie mwaqqaf Rapid Intervention Team, ħalli f 'każi akuti u serji ta' saħħa mentali jkun hemm tim ta' speċjalisti lesti biex imorru immedjatament id-dar tal-klijent u jagħtu l-ewwel għajnuna. Fearne sostna li minkejja dan, l-isptar jew nies li jkollhom bżonn istituzzjoni jibqgħu importanti u jfakkar li meta hu daħal bħala Segretarju Parlamentari għas- Saħħa kien hemm madwar 800 persuna f 'Monte Carmeli. "Ħafna minnhom kienu hemmhekk għal snin twal, oħrajn kienu hemmhekk għax ħadd ma ħadhom id- dar ... f 'dawn it-tlieta, erba' snin ħriġna lil ħafna minn dawn fil-komunità - bl-aħħar grupp ta' 50 persuna li ħriġna minn Monte Carmeli poġġejnihom f 'faċilità mill-aktar moderna f 'Raħal Ġdid." Fearne qal li dan ifisser illi meta jispiċċa dan il-proċess kollu jkun għad fadal madwar 150 persuna f 'Monte Carmeli. "Sadanittant hawnhekk għaddej refurbishment kbir, għadna kif aħna sala ġdida modernissima u mgħammra aktar minn dawk f 'Mater Dei," spjega il-Ministru tas-Saħħa. Huwa qal ukoll illi beda x-xogħol biex blokok li nbnew matul is-snin, jitwaqqgħu, fosthom Blokk numru 10 li minfloku se jsir ġnien terapewtiku. "Dan se jħallina bil-binja oriġinali li se tiġi rinovata u tinbidel fi sptar speċjalizzat, għal dawk - per eżempju - li jkollhom problemi ta' droga u saħħa mentali fl-istess ħin." 'Diġà ħarġu t-tenders...' Kien f 'dan il-punt allura li Fearne jsemmi l-isptar l-ġdid u jfakkar li mhux talli ma sar xejn, talli diġà ħarġu tenders għalih għal binja fuq medda ta' art magħżula fuq in-naħa tas-Swatar. Huwa qal li l-ewwel tenders qed jiġu evalwati. Dan l-isptar mistenni jilqa' l-ewwel pazjenti fl-aħħar tal- 2025 jew il-bidu tal-2026. Fearne kompla jispjega wkoll kif bħalissa għaddej xogħol biex sakemm jispiċċa l-proġett tal-isptar il-ġdid jkun hemm swali akuti temporanji għal dawk li jkollhom bżonn l-għajnuna fir-rigward tas-saħħa mentali fuq bażi temporanja, liema faċilità se tkun lesta s-sena d-dieħla. Fearne jfakkar li sakemm jiftaħ dan l-isptar se jkun hemm faċilità akuta temporanja għal pazjenti ta' saħħa mentali Chris Fearne

