Illum previous editions

ILLUM 8 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1399954

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 kotba IL-ĦADD 8 TA' AWWISSU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Leħħiet li ma jgħibux MARK VELLA Hemm kittieba li jagħmlu x'jagħmlu, qatt ma jidhru daqskemm ħaqqhom. Mhux biss għax ma jkunux jiddelettaw bil-pantomimi pubbliċitarji jew għax ħajjithom tkun x'aktarx ifqar minn tal-qarrej li jħobbhom, imma sempliċement għaliex xogħolhom jitkellem lingwa mpespsa minn taħt l-ilsien. Lingwa li forsi wisq aktar faċli biex tinftiehem minn dik iddeklamata minn sħabhom ikkakkmati fiss fil-panteon tal-kbar; u anki jekk ġa 'kbar' huma stess, mhux biss għax minnhom, imma anki għax bilfors iridu jingħarfu hekk, xorta waħda ma ssibhomx fl-ogħla skaluna tal-palazz letterarju. Anzi, aktarx issibhom jitnikkru fuq l-għetiebi, inkella deħlin u ħerġin għax ma jifilħux isaddu ġewwa. Leħinhom minnu ma jistax jgħajjat, u sikwit huwa l-kliem minn taħt, jew saħansitra s-skiet, li l-aktar li jkollu xi jgħid. Biex nerġgħu lura għall-proża. Parti mill-mekkaniżmi tas- sistema letterarja, bejn swieq, fama u xorti, hi li tinzerta fil- post it-tajjeb fil-ħin it-tajjeb; jiġifieri kittieba bħal dawn xorta jgawdu l-għarfien li jistħoqqilhom, u x'aktarx mhux qed igergru u kuntenti sew b'li għandhom. Imma għal din iċ- ċirkostanza jiġuni f 'moħħi żewġ kittieba Maltin importanti: Victor Fenech u Joe Friggieri, li l-aħħar pubblikazzjoni tiegħu hija Widnet il-Baħar (Kite, 2020, €12.95), parti minn sensiela prolifika ta' novelli ili ilhom joħorġu mill-2016, u li ssibhom anki miġbura (flimkien ma' traduzzjoni għall- Ingliż ta' wieħed mill-volumi) f 'kaxxa ta' preżentazzjoni maħruġa mill-Kite. Din id-dar tal-pubblikazzjoni żagħżugħa fiż-żmien imma anzjana bl- esperjenza ta' min imexxiha ma tibżax timraħ fl-oqsma differenti tal-ktieb, kif mixhud minn pubblikazzjonijiet ta' valur u interess bħall-bijografiji ta' Sergio Grech, ir-riċerka storiko- soċjali intriganti ta' Michael Refalo, u l-volum stupend dwar ħajjet Strickland. Fil-letteratura wkoll, ma qagħdux lura. Sew bil-Malti u bl-Ingliż, il-Kite qed ikabbru l-għażla tagħhom bil-mod il- mod, minkejja xi falza stikka 'l hawn u 'l hinn ma' kittieba li xortihom marbuta aktar mal-fama u xi konnessjoni para-politika li jaf kellhom fiż-żmien. Friggieri ma jaqax magħhom, m'għandniex xi ngħidu, u jista' jingħad li huwa ż-żiemel rebbieħ li jiġri b'kulħadd mill-istalla ċkejkna li qed irawmu l-pubblikaturi. Żiemel li jaf ukoll sab daru, wara l-ġiri minn pubblikatur għal ieħor, u karriera prolifika li ratu jagħġen il-poeżija, id- drammi u n-narrattiva b'rata impressjonanti, speċjalment meta mqabbla mal-kostanza tal- kwalità. Kwalità li, bħal fil-każ tas-sieħeb ideali Victor Fenech f 'dan il-kuntest li qed insemmi, jaf dovuta sew għall-gost ġenwin għall-kitba li jinħass minnufih f 'xogħol dawn il- kittieba, kif ukoll għan-nuqqas ta' pretensjoni jew ġiri lejn popolarità jew suċċess li sikwit ikollhom iċedu għall-modi tal- mument. Sew Fenech sew Friggieri, jekk tħares lejn l-opra kollha tagħhom, żammew leħen li, aktar milli jiżviluppa jew jinbidel tant li tkun tista' taqsmu f 'fażijiet jew perjodi, jibqa' l-istess u l-profondità tiegħu tintradd mill-mod kumpless u sottili kif ikanġi mingħajr ma jibdel l-ilwien essenzjali tiegħu. Il-poeżija ta' Fenech tibqa' żżomm ir-rabja u l-protesta kiebja u fl-istess ħin ironika tad- debutti tas-Sittinijiet, flimkien mas-sofistikazzjoni bla tlellix ta' forma u espressjoni li dejjem jinħassu friski u aġġornati mingħajr ma jgħaddu minn tibdil sfurzat. Dan jidher ukoll fil-ftit proża li kiteb Fenech bħal fil-każ tar-rumanz Ix-Xitwa ta' Wara s-Sjuf, li donnu jittraduċi din l-attitudni f 'rakkont semi- awtobijografiku ta' ħlewwa nostalġika u riflessjonijiet essenzjali dwar il-ħajja. Friggieri, minkejja s-suċċessi ta' xogħlijiet bħal L-Istejjer tar-Ronnie, il-ġawhar tiegħu ssibu fl-imkejjen siekta, jew inkella dawk li xorta jibqgħu jfsefsu minkejja s-snin li jgerbu u jheddu jidfnuhom taħt it- trab tan-nisi, bħat-'togħma tal-pastizzi' tal-poeżija Jekk Fhimtek Sewwa. Reċensjoni reċenti ta' Mark Anthony Falzon ta' Il-Fiera tal-Fuħħar, volum ieħor fis-sensiela tal-Kite, lir- rakkonti qosra ta' Friggieri ssejħilhom 'pjaċiri sempliċi' li jitnisslu primarjament mill- ekonomija u l-konċiżjoni li joħorġu mit-tħaddim kliniku tal-kelma Maltija, imma wkoll, kif inkomplu naraw fl-aktar volum riċenti, minn kif il-ġrajja sempliċi jew anki r-rakkuntar ħafif jistgħu jħallu tifsir tqil li jkompli jidwi. It-titlu tal-ġabra, Widnet il- Baħar, li jagħti wkoll l-isem lill- ewwel rakkont, donnu xhieda tal-universalità u l-kostanza ta' ġrajjet il-bniedem. Il-fjura mxabbta mal-irdumijet taf l-istejjer kollha, minn tal- ibgħad żminijiet sa dak tal- lum, u l-istejjer ta' Friggieri stess jinfirxu bħal imrewħa fuq kull aspett taż-żmien u l-ħajja, u jirrakkuntaw mill-istejjer ta' slaten f 'belt immaġinarji sal- battibekk amoruż jivvjaġġa minn mobile għal ieħor. Kull okkażjoni kapaċi tnebbaħ, u kważi tista' tistħajjel lill-awtur jiċċassa nemmies lejn il-ħajja li tgħaddi quddiemu, anki fl- inkonsegwenzjalità tagħha, u kontinwament tfaqqaslu s-sitwazzjonijiet biex jinħadmu fi ġrajjiet li jibdew imma mhux neċessarjament jintemmu. Fid-daħla għall-ġabra, Immanuel Mifsud ukoll iwissi dwar potenzjal ta' 'eżasperazzjoni' għall-fatt li Friggieri kapaċi jkun inkejjuż u spiss jaf iħallik imdendel, tistenna tmiem li qatt ma jiġi, jew wegħda mhux miżmuma li l-istorja għandha tkompli. Din il-logħba, li l-qarrej xorta waħda jieħu gost jieħu sehem fiha, anki meta jaf li mhux bilfors se jirbaħ dak li jrid, tidher bħala r-riżultat tal-ħila fabulatorja ta' Friggieri, li jiġborna għal ftit minuti biex jgħidilna storja bit-ton tal-ħarrief, u min-naħa l-oħra, l-ironija kontinwa li biha jaffronta sew ir-rakkont sew il-materjal tagħha, jiġifieri l-ġrajjiet tal-ħajja, li fil-varjetà B'digriet tal-24 ta' Mejju, 2021 mogħti mill-Qorti tal- Maġistrati (Malta), dina il-Qorti ordnat il-pubblikazzjoni tal-estratt li jidher hawn taħt biex iservi ta' notifika skont l-Artikolu 187(3) tal-Kodiċi tal-Proċedura u Organizzazzjoni Ċivili (Kap.12). Illi b'rikors ippreżentat mill-Perit Robert Fenech K.I. 383566M fl-4 ta' Diċembru, 2020 qed jintalab l-iżbank fl- ammont ta' elf u tlett mija u wieħed u għoxrin Ewro u sittax-il ċenteżmu (€1,321.16) tal-kreditu tiegħu fil-konfront tad- debitur depożitati b'ċedola ta' depożitu numru 2665/2020 fl-ismijiet: Perit Robert Fenech K.I. 383566M vs Salvatore Condorelli K.I. 0043412A Il-Qorti ordnat in-notifika lill-kontro-parti b'jumejn (2) żmien għar- risposta. Reġistru tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta), illum il-Ħamis, 10 ta' Ġunju, 2021. GAETANA AQUILINA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 August 2021