Illum previous editions

ILLUM 8 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1399954

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni IL-ĦADD 8 TA' AWWISSU 2021 • illum Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD Il-mina: rovina I l-mina proposta bejn Malta u Għawdex, għal darba oħra qegħda fl-aħbarijiet. Waqt konferenza stampa, iktar kmieni matul il-ġimgħa, kelliema tal- PN fissru kif jaħsbuha dwar il-mina proposta bejn Malta u Għawdex. Bħas- soltu jippruvaw jogħġbu liż-żewġ naħat (favur u kontra l-mina), din id-darba bil- proposta ta' referendum dwar jekk il-mina għandhiex issir jew le. Kieku kellu jseħħ referendum ta' din ix-xorta, dan għandu jinvolvi lil kulħadd, u mhux biss lill-Għawdxin. Dan billi l-impatti negattivi tal-mina, jekk isseħħ, ser jolqtu liż-żewġ naħat tal-fliegu: kemm f 'Malta kif ukoll f 'Għawdex. Mid-dettalji li nafu s'issa dwar il-mina, hu magħruf li f 'Malta din ser tibda minn ħdejn l-Għerien, villaġġ ċkejken, villaġġ trogloditiku fil-limiti tal-Mellieħa. Kif jixhed ismu dan il-villaġġ hu parzjalment fl-għerien, fejn kienu jgħixu uħud mill- ewwel abitanti f 'dawn il-gżejjer. Riżultat tat-tħaffir għall-mina dan il-villaġġ ser jinqered kompletament. F'Għawdex, min-naħa l-oħra, l-mina tibda fl-inħawi Ta' Kenuna, fil-limiti tan-Nadur b'impatt qawwi u negattiv fuq il-biedja lokali. Tajjeb li neżaminaw mill-ġdid uħud mill-argumenti għala mhemmx ħtieġa ta' mina li kull ma ser iġġib hu rovina. Il-mina proposta bejn Malta u Għawdex ser tkun tiddependi mill-karozzi w inġenji oħra li għax jagħmlu użu minnha jħallsu. Biex il-mina tagħmel sens ekonomiku n-numru ta' karozzi u inġenji li jagħmlu użu mill-mina jrid ikun wieħed sostanzjali. F'wieħed mill-istudji li saru u li hu pubbliku kien hemm estimu li l-moviment ta' karozzi u inġenji oħra bejn Malta u Għawdex jiżdied bi tlett darbiet, minn 3,000 kuljum għal 9,000 kuljum. L-istudju hu intitolat Establishing a Permanent Link between the Island of Gozo and Mainland Malta: An Economic Cost Benefit Analysis of Available Strategic Options u kien ikkummissjunat mill-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija flimkien ma' Transport Malta. Jagħmel sens li l-karozzi li kull jum jiżdiedu fit-toroq Għawdxin jiżiedu bi tlett darbiet? It-toroq Għawdxin jifilħu għal dan? Għandna nissagrifikaw il-kwalità tal-arja f 'Għawdex ukoll? Jagħmel sens li nesportaw il-problemi tat-traffiku minn Malta għal Għawdex? it-tweġiba ovvja għal kull waħda minn dawn il-mistoqsijiet hi: le, dan ma jagħmilx sens. Bosta minna huma konxji li anke illum, it-toroq Għawdxin diġa ma jifilħux għat-traffiku li jiġi minn Malta kuljum. Is-servizz tal-katamaran (fast-ferry service) li riċentement beda jitħaddem għandu l-potenzjal għal soluzzjoni fit-tul biex tkun indirizzata b'mod raġjonevoli l-mobilità sostenibbli bejn il-gżejjer. Imma dan is-servizz, waħdu, mhux biżżejjed, jeħtieġ li jkun rinfurzat mis- servizz tat-trasport pubbliku kif ukoll minn faċilitajiet aħjar fil-port tal-Imġarr Għawdex. Mid-dibattitu tul ix-xhur qed tissaħħaħ l-idea li minbarra r-rotta diretta bejn l-Imġarr u l-Port il-Kbir jista' jkun utli li jkun hemm xi waqfiet. Din hi proposta li tajjeb li tkun ikkunsidrata, imma irridu noqgħodu attenti li din ma tkunx skuża li warajha tinħeba strateġija biex jiżdied l-iżvilupp mal-kosta, b'mod partikolari dawk il-partijiet tal-kosta li għadhom mhux mittiefsa. Ikun tajjeb li nillimitaw ruħna għall-infrastruttura kostali eżistenti. L-iżvilupp tas-servizz tal-katamaran, b'dan il-mod, mhux biss iwassal għal ħolqa effiċjenti u permanenti bejn il-gżejjer. Iwassal ukoll għal tnaqqis ta' karozzi mit-toroq tagħna, kemm f 'Malta kif ukoll f 'Għawdex. Il-mina proposta mhix soluzzjoni, hi problema, iġġib rovina. Nistgħu nsolvu l-problemi ta' mobilità bis-sens komun. Is-servizz tal-katamaran hi waħda minn dawn is-soluzzjonijiet: issolvi problema illum mingħajr ma tgħabbi l-ġenerazzjonijiet futuri. Il-mina proposta mhix soluzzjoni, hi problema, iġġib rovina. Nistgħu nsolvu l-problemi ta' mobilità bis-sens komun. Is-servizz tal-katamaran hi waħda minn dawn is-soluzzjonijiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 August 2021