Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1399954
26 oroskopju IL-ĦADD 8 TA' AWWISSU 2021 In-New Moon fiż-żodjaku ta' Leo Mill-Ħadd 8 ta' Awwissu sas-Sibt 14 ta' Awwissu Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Aquarius ser ikun qiegħed iwasslek għal perjodu ta' sodisfazzjon għal dak li tant int ħdimt għalih.Ovvjament ser tkun qed tistenna bil-ħerqa r-riżultat li ser ikollok u dan ser jippermetti li jinfetħulek ħafna opportunitajiet ġodda madwarek u b'hekk tkun tista' twettaq ħafna mill-pjanijiet tiegħek.Iż-żodjaku li ser tħossok rilassat miegħu huwa dak ta' Virgo.Il-kristalla ideali għalik hi r-Rose Quartz. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan in-New Moon taż-żodjkau ta' Leo għalik Pisces ser ikun ifisser li ġej lejk żmien aktar feliċi. Iżda għaraf kun kawt għal dak li riesaq lejk. Ikun tajjeb li tieqaf it u tirrifletti kemm dak li hemm u kemm għal dak li ġej sabiex xi nuqqasijiet li stajt wettaqt ma jiġux repetuti u b'hekk tkun f 'qagħda aktar stabbili lejn it-tkabbir li tixtieq ikun imwettaq.Iż-żodjaku li ser tħossok rilassat miegħu huwa dak ta' Sagittarius.Il-kristalla ideali għalik hi l-Spector. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sat-19 ta' April F'dan in-New Moon taż-żodjkau ta' Leo għalik Aries ser ikun mument li jpoġġik fis-sitwazzjoni ta' ħsibijiet profondi. Dan jista' jikkawża li ma tkunx f 'qagħda x'taqbad tagħmel. Il-biża li tħoss ġewwa fik trid iddawru f 'kuraġġ sabiex ma tippermettix li din il-fażi ttelfek mit-twettieq. Għaraf biss li int tista' tkun aħjar minn dak li qiegħed. Iż-żodjaku li ser tħossok rilassat miegħu huwa dak ta' Leo. Il-kristalla ideali għalik hi Zircon. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Taurus ser jagħmlek tgħaraf aktar lilek innifsek u għalhekk iffoka għal dak biss li int trid u li taf li huwa idejalment tajjeb għalik. Tafdax nies li fil-passat tradewk. Għalhekk issa żomm aktar sod f 'dak li int ser twettaq f 'dak li hemm riesaq lejk.Iż-żodjaku li ser tħossok rilassat miegħu huwa dak ta' Aquarius.Il-kristalla ideali għalik hi l-Jade. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal- 20 ta' Ġunju F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Gemini ser tagħmlek aktar iffokat fuq dawk il-bżonnijiet li hemm bżonn li jibdew jitwettqu sabiex minn issa tgħaraf dak l-iżvilupp tant meħtieġ madwarek. Għalhekk issa trid tiaħ aktar moħħok u tgħaraf li dan it- twettieq jibda jitwettaq b'mod igalbat u għaqli.Iż-żodjaku li ser tħossok rilassat miegħu huwa dak ta' Capricorn.Il- kristalla ideali għalik hi l-Orange Kyanite. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat- 22 ta' Lulju F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Cancer ser jagħmlek tħossok tikkumbatti iżda għal xi raġuni m'intiex tasal fejn vera tixtieq. Taqtax qalbek xi kultant ma tarax il- frott li tixtieq mill-ewwel imma jekk int tgħaraf iżomm ma' dak li int qed tħoss ġewwa fik ibqa żġur li finalment ser tasal fejn verament tixtieq.Iż-żodjaku li ser tħossok rilassat miegħu huwa dak ta' Libra.Il-kristalla ideali għalik hi l-White Topaz. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan in-New Moon taż- żodjkau ta' Leo għalik l-istess Leo ser jagħmlek tibda trattab it dak it-twebbis li għandek ġewwa fik. Dan jaf joħloq ċertu problemi madwarek. Vera li forsi għandek xi raġunjiet partikulari għal dan imma wasal iż-żmien li dan jinbidel sabiex tgħaraf tħossok aħjar għal dak li riesaq.Iż-żodjaku li ser tħossok rilassat mieghu huwa dak ta' Aries.Il-kristalla ideali għalik hi l-Rubellite. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta Leo għalik Virgo ser twasslek sabiex turi kemm int persuna responsabli fil-qadi ta' dmirijietek kif ukoll f 'dak kollu li int għandek madwarek u hekk int tibda tħossok aktar int. Jekk hemm xi ħsieb ta' xi tibdil fil-madwar tiegħek għaraf li m'għandekx tgħaġġel għal irrifletti.Iż-żodjaku li ser tħossok rilassat miegħu huwa dak ta' Gemini.Il-kristalla ideali għalik hi l-Labradorite. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Libra ser ikun mument fejn int ser tibda' tħossok aktar sodisfatt kemm fil-karriera tiegħek u kemm fil-pjanijiet li int qed tippjana għax xhur li ġejjin dan huwa perjodu feliċi u għalhekk int għandek tkompli tkattar dak li qed tħoss ġewwa fik.Iż-żodjaku li ser tħossok rilassat miegħu huwa dak ta' Scorpio.Il-kristalla ideali għalik hi l-Moldavite. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Scorpio ser tkun fażi li ser tibda' tiġbed lejha xi ostakli. Għalhekk għaraf sabiex int tibqa tissielet u tikkumbatti għax huwa dan li huwa meħtieġ sabiex il-pjan ta' dik il-bidla li int tant għandek bżonn jitwettaq fiż- żmien qarib iżda żomm il-ħeġġa u determinazzjoni li tant bħalissa huma meħtieġa.Iż-żodjaku li ser tħossok relassat miegħu huwa dak ta' Taurus.Il-kristalla ideali għalik hi t-Titanite. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Sagittarius ser tara ċaqlieq ta' ċertu bibien li fil-passat kienu magħluqin. Għalhekk għandek tgħaraf tieħu dak li ġej b'ċerta għaqal. Dejjem żomm saqajk ma' l-art sabiex dak kollu li riesaq lejk ikun verament dak li tixtieq int b'hekk biss int tista' terġa tibda tħossok lejn aktar tkattir.Iż-żodjaku li ser tħossok rilassat miegħu huwa dak ta' Cancer.Il-kristalla ideali għalik hi l-Moonstone. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Leo għalik Capricorn ser ikun żmien ta'opportunita' li jekk int tgħaraf tilqagħha tajjeb u bil-għaqal taf tiaħlek orizzonti u idejat ġodda ta' tkabbir madwarek li int qatt ma kont timmaġina imma dan kollu jseħħ madwarek jekk int tgħaraf tħaddna lilek għal dak li hemm riesaq lejk, għamel pjan sew. Iż-żodjaku li ser tħossok rilassat miegħu huwa dak ta' Pisces.Il-kristalla ideal għalik hi l-Carnelian. Namaste L-ewwel Premju: Voucher bi skont ta' 25% fuq il- publikazzjonijiet koll- ha ta' PaulJon, flimkien mal- Kalendarju Żodjaku 2020. It-tieni Premju: Voucher bi skont ta' 10% fuq trattament tas-sbuħija, mogħti minn Angels and Crystals Beauty Wellness Salon Marsascala, flimkien ma' tifkira tal-Kalendarju Żodjaku 2020. L-ewwel premju ntrebaħ minn: Svetlana Xuereb minn Ħal Balzan filwaqt li t-tieni premju ntrebaħ minn: Marisa Licari minn Raħal Ġdid Mistoqsija sempliċi ta' din il-ġimgħa: Iż-żodjaku ta' Leo joffrilna diversi kristalli għal benefiċċji tagħna. Semmi TLIETA minn dawn il-Kristalli? Kompetizzjoni "ILLUM", Po Box 27, Paola. Namaste IŻ-ŻODJAKU TA' LEO U S-SEBA' KRISTALLI Iż-żodjaku ta' Leo joffrilna diversi aspetti utili għal aktar enerġija pożittiva, joffrilna direzzjonijiet u għarfien u dan grazzi għall element tan-Nar li dan iż- żodjaku jagħmel parti minnu. Iżda bħal żodjaki oħra għandu dawk il-KRISTALLI utili ħafna sabiex lilna jagħtuna dawk il-benefiċċji kemm fil-karriera, fl-imħabba, fis-saħħa u għarfien lejn iżjed tisħieħ u stabbilita'. L-aktar seba' Kristalli kombinati maż-żodjaku ta' Leo huma: Labradorite, Carnelian, Garnet, Citrine, Rose Quartz, Amethyst u Tiger's Eye. Ovvjament kollha għandhom il-diversita' fil-benefiċċju tagħhom u kif ukoll il-jum partikolari tagħhom ta' meta jintlibsu. Dan huwa ferm importanti li tkun tafu. Għal aktar informazzjoni żur is sit tieghi www. pauljon13.com. Namaste KOMPETIZZJONI MA' PAULJON