Illum previous editions

ILLUM 8 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1399954

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 storja illum • Il-ĦADD 8 TA' AWWISSU 2021 'Long live Malta' - L-aħħar kliem ta' qassis, eroj u għalliem! PATRI HERMANN DUNCAN O.CARM Dun Mikiel Xerri twieled ġewwa Ħaż-Żebbuġ nhar id-29 ta' Settembru tas-sena 1737 mill- ġenituri, Bartholomeo u Anna mwielda Galea. Hu ġie ordnat saċerdot fis-sena 1761 u kompla bl-istudji tiegħu taħt il-Professur Genvesi f 'Napli. Xerri jibqa' magħruf bħala wieħed mill-eroj Maltin li kienu lesti jqumu kontra t-tmexxija Franċiża ta' Malta - tmexxija li damet biss it snin wara l-ħakma ta' mijiet ta' snin mill- Ordni ta' San Ġwann. Dun Mikiel Xerri hu meqjus bħala saċerdot devot, fidil u konservattiv li dejjem wera lealtà sħiħa lejn ir- reliġjon nisranija u kattolika. Sar martri tar-reliġjon u ta' pajjiżna - minħabba l-indifferenza u xi kultant anke mibegħda tal-Franċiżi lejn ir-reliġjon u r-restrizzjonijiet kbar li kienu imponew fuq il-Maltin. Il-qawmien tal-Maltin kontra l-Franċiżi seħħ l-aktar minħabba l-abbużi u s-serq sfaċċat li wettqu fil- monasteri u fil-knejjes ta' pajjiżna. Dun Mikiel kien saċerdot li dejjem ħalla eżempju tajjeb fin-nies tagħna u ħaddan il-ministeru saċerdotali bl-akbar serjetà. Tajjeb li nagħrfu li hu kien ukoll filosfu u matematiku u spikka ukoll fl-istorja u fil-letteratura. Hu għex fi żmien l- Illuminiżmu, meta inxterdet f 'pajjiżna l-influwenza kulturali u kummerċjali Franċiża. Il-Kultura, r-reliġjon u l-Gvern tal- passat kienu meqjusin mhux denji għall-bniedem illuminat u allura kellhom jinbidlu jew jiġu aboliti. Hu kien Rettur fis-Seminarju u kellu kuntatt qawwi maż- żgħażagħ li kienu qed iħejju ruħhom għas-saċerdozju. L-ideat ġodda tal-Illuminiżmu ġabu taqlib rivoluzzjonarju kemm fi Franza u fil-bliet Ewropej l-oħra. Kien żmien ikrah li matulu nibtet il-vjolenza u t-terrur tal-gwerra ċivili Franċiża. Għalliem tal-Filosofija... Nafu mill-Arkivji tal-Università tagħna li għaxar snin qabel ma nqatel mit-truppi tal- Ġeneral Vaulors, Dun Mikiel kien inkarigat mill-Fakultà tal-Filosofija fl- Università ta' Malta. Meta ġew imkeċċija minn gżiritna l-Ġiżwiti, il-Gran Mastru Pinto stiednu biex ikun Rettur tal-Universita'. Meta din saret Studium Generale taħt l-Akkademiku Costaguti minn Bologna, Dun Mikiel Xerri beda jgħallem kors tal-filosofija lill- istudenti kollha, u din kienet tiġbor fiha l-Loġika, il-Metafiżika, l-Etika, l-Fiżika u l-Matematika. Wara li jtemmu dan il-kors setgħu jkomplu għal Dottorat fit-Teoloġija, fil- Liġi jew fil-Mediċina. Kellu kelma ħafifa u dejjem kellu rapport tajjeb mal- Maltin, f 'kull qasam. Il-ħsibijiet ta' ' Jean-Jacques Rousseau Wara t-tkeċċija tal-Ordni u t-twaqqif ta' Gvern mir-Reppublika Franċiża fis-sena 1798, Xerri daħal fil-politika u għamel l-almu tiegħu kollu biex il-poplu jkollu sehem akbar fit-tmexxija. Kien jaf il- ħsibijiet ta' Jean-Jacques Rousseau, għalkemm mhux bilfors kien jaqbel f 'kollox f 'dawn l-ideat politiċi. Rousseau saħaq fuq it-twaqqif ta' Gvern imsejjes fuq il- leġittimità, mhux imposta bis-saħħa. Dun Mikiel saħaq li l-leġittimità morali għandha tissawwar mir-rabta bejn min imexxi u dak li jitmexxa skont it-twemmin nisrani msejjes fil- virtujiet tal-imħabba, tal-karità u l-ħniena mal-proxxmu. Ma kienx favur il-ġlied, iżda kellu sehem fil- komplott tal- General Korsikan Guliermu Lorenzi. Il-Konfoffa kontra l-Franċiżi Dawk imdaħħla fil-konfoffa kellhom il-ħsieb li jaħtfu l-Belt imblukkata mill-Maltin - biex ikeċċu lill-Franċiżi - filwaqt li kienu qedgħin moħbija fil-Lazzaret fix- Xatt ta' Marsamxett. B'xorti ħażina nqabdu minn uffiċjali Franċiżi li kienu sejrin lura lejn il-Forti Manwel u nkixfet il-konfoffa. L- istudent tiegħu Franġisku Saverju Caruana kien issieħeb miegħu f 'dan il-komplott u assigura li Dun Mikiel jistkenn f 'Ħaż- Żebbuġ qabel ma ssir ir-rewwixta fit-2 ta' Settembru tas-sena 1798. Iżda ġara li n-nies tal- Belt kienu favur il-Franċiżi u qatt ma żammu ma' dawk imdaħħla fir-rewixxta. Dun Mikiel u l-Ġeneral Gugliermo Lorenzi inqabdu u nxteħtu fil-ħabs, iżda qatt ma' waslu biex jikxfu l-ismijiet ta' sħabhom fir- rewwixta. Għaddew qorti marzjali. Lil Dun Mikiel wegħduh maħfra jekk jikxef l-ismijiet ta' sħabu l- oħra mdaħħlin fir-rewwixxta, iżda hu b'kuraġġ ta' sur kien lest li jmut għal ħtijietu mingħajr ma jikxef lil sħabu. Ma nafux biżżejjed dwar il-ħajja ta' dan l-eroj hekk nobbli li dejjem kien viċin il-poplu, dak iż-żmien muġugħ u batut f 'perjodu ta' ġuħ u għaks. Billi kien joqgħod il-Belt, dejjem induna bis-serq tal-Franċiżi u għex fl-istess post tal-magħruf Gugliermu Lorenzi, qrib il-Bażilika tal-Karmnu. Jidħol f 'din ix-xena Mattew Pulis, li kien inkarigat biex jipprofuma u jiffumiga l-merkanzija fil-gżira Manwel. Flimkien ma' Xerri u Lorenzi, Pulis kien wieħed mill- mexxeja prinċipali tal-komplott biex tinħataf il-Belt Valletta. Dun Mikiel tkellem ma' Gugliermu Lorenzi, ma' Mattew Pulis, ibnu u ħuħ. Il-Qassis Franġisk Saverju Caruana kellu l-kamp f 'Tas-Samra, filwaqt li Ċensu Borg "Braret" kien f 'Tal-Għargħar l-iżjed qrib il-Gżira Manwel. Għaddew xi messaġġi bejniethom. Kienet daħlet il-Galathee - opra tal-Baħar Ġenoiża - bl- ikel u saret serata fit-Teatru Manwel, u minħabba li sparaw il- kanuni, il-Franċiżi ħarġu fuq is-swar. Il- qanpiena l-kbira ta' San Ġwann ma daqqitx u l-bibien ma nfetħux biex jiddaħlu n-nies tal-kumpanija min Porturjal, u n-nies mill-Kottonera u oħrajn Karkariżi u Mostin taħt it-tmexxija Ċensu Borg "Braret". Il- Maltin kienu sfortunati għax il-pjan tagħhom sfuma fix-xejn minħabba xi spjuni bħal Satariano u xi Griegi li kixfu kollox biex isalvaw ħajjithom. Dun Mikel Xerri kellu influwenza kbira fuq Franġisku Saverju Caruana, Peralta u oħrajn, l-aktar minħabba l-esperjenzi li kellhom fi żmien it-tmexxija tal-Ordni. Waqt id-disfatta, Dun Mikiel baqa' juri l-akbar kuraġġ billi dejjem lissen kliem ta' fidi u ta' faraġ għal sħabu l-oħra li messilhom il-fuċillazjoni fi Pjazza San Ġorġ - magħrufa bħala Place de la Liberte' fi żmien il- Franċiżi. Kieku seħħet ir- rewwixta, x'aktarx li Malta ma kinitx tkun umiljata miż-żewġ potenzi li ehmu fuq it-trasferiment tal- poter. L-istorja ta' pajjiżna kienet tieħu żvolta oħra, u ma konniex ngħaddu mill-esperjenza tal-kolonjaliżmu Ingliż. Iżda l-istorja ħadd ma jista' jdawwarha u wieħed irid jagħraf ukoll l-għajnuna u l-vantaġġi - u xi zvantaġġi magħhom - ta' żmien l-ħakma tal-Ingliżi f 'Malta. Dun Mikiel Xerri nqatel - xkubbettjat - fis-17 ta' Jannar tas- sena 1799 u huwa magħdud bħala wieħed mill-eroj li kienu lesti biex jiddefendu lil pajjiżna. Xerri jingħad li għadda arloġġ lis-suldat li kien qiegħed fuq xogħol u wara staqsieh biex jisparalu f 'qalbu. Qabel miet l-aħħar kliem ta' Dun Mikiel Xerri kienu: "Long live Malta!" Il-monument ta' Dun Mikiel Xerri fil-Belt Valletta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 August 2021