Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1399954
12 intervista IL-ĦADD 8 TA' AWWISSU 2021 • illum Ir-raġel wara il-ħelu tradizzjonali tiltaqa' ma' Robert Caruana Alan Borg MARIANNA CALLEJA B'iktar minn 90 festa matul is-sena fil- gżejjer Maltin, ovvjament li tinħoloq id-drawwa ta' xi uħud li jinżlu l-festa jfittxu l-imwejjed imżejna b'dan il- ħelu tradizzjonali u ħafna aktar. Fost dawk in-nies, kont issib ukoll it-turisti li għalkemm forsi mhux dejjem fehmu d-devozzjoni tal-Maltin għal dawn il- qaddissin kollha, fehmu żgur li l-Maltin iħobbu żaqqhom. Hawn fejn jidħlu nies bħal Robert Caruana, li minn staġun għall-ieħor kien jipproduċi numru ta' ħelu bħal prinjolata fi żmien il-karnival, il-karamelli tal- ħarrub fi żmien il-ġimgħa l-kbira u warajhom il-figolli, u fuq kollox il- qubbajt għaż-żmien tas-sajf. Imma ejja nibdew pass pass, kif eżattament isir il- qubbajt ? Qubbajt tradizzjonali, iebes, roża, isfar u ta' iktar lewż. X'inhi d-differenza? Fil-gżejjer tagħna nsibu żewġ tipi ta' qubbajt, l-iebes u t-tradizzjonali. Il-qubbajt iebes hu iktar assoċjat ma' Malta filwaqt li l-qubbajt tradizzjonali, l-abjad, hu wieħed li ssib anke f 'pajjiżi oħra ewropej. Robert Caruana spjega li 'l quddiem kienu daħlu togħmiet differenti fil-każ tal-qubbajt tradizzjonali. Il-qubbajt l-iebes, magħruf ukoll bħala l-Malti hu taħlita mimlija b'mod kompatt bil-ġewż u lewż ta' kull għamla u ħwawar sottili oħra. F'dan il-każ il-proċess hu pjuttost sempliċi. "L-iebes faċli, isajjar, tqatta, tippakkja u ejja ħa nmorru" qalilna Caruana. Madankollu fil-każ tal-qubbajt abjad l-istorja hi kompletament differenti. Il-proċess hu itwal u fil-fatt Caruana jispjega li jsir f 'ġurnata u l-għada jiġi mqatta u ppakkjat. Qubbajt tradizzjonali huwa magħmul billi ddawwar l-abjad tal-bajd u tgħalli ġulepp taz-zokkor għal temperatura speċifika. Imbagħad jistgħu jiġu miżjuda kwalunkwe ġewż jew ħwawar. F'Malta l-iktar żieda popolari tal-ġewż hija l-lewż. Hawn fejn kienet tiżdied ukoll it-togħma mat-taħlita u l-kulur eżemju kanella għaċ-ċikkulata u r-roża għal-frawli. Bee-hive, il-kumpanija ta' Caruana, għandha sitt togħmiet differenti, minta, banana, ċikkulata, frawli, larinġ u vanilla. Caruana jgħid li fit-taħlita tiegħu jżid ukoll bastun tal-kannella u imsiemer tal- qronfol "Dik f 'ġurnata tissajjar, inħalluha lejl kollu tiksaħ fil-forom tal-injam u l-għada naqilgħu kollox u nqattgħu skont x'ikun hemm bżonn" Ħafna bejjiegħa għad għandhom kabinetti tal-kewba li fil-festa jintlew b'firxa vasta ta' qubbajt. Iktar iva milli le, tista' tara wkoll l-imwieżen antiki bħala parti mid-dekor tal-istess kabinetti. Tipikament fl-għażla tal-qubbajt, jinbiegħu ukoll il-peniti. Dawn ikunu qubbajt forma ta' sigarru. Dan il-qubbajt huwa mgeżwer f 'folji kkuluriti u huwa ħieles mill-ġewż u l-konsistenza hija pjuttost ratba. "Qabel lanqas għall-baħar ma kont insib ċans" Il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Caruana x'kienet tikonsisti ġurnata tipika tiegħu qabel il-pandemija ma waqfet ħesrem dan ix-xogħol. Fis-sajf, Robert Caruana kien iqatta ma' 12-il siegħa kuljum jipproduċi l-qubbajt, kemm dak tradizzjonali, dak iebes u ħelu ieħor. Hu wieġeb li kien jibda filgħodu kmieni fejn fis-sitta ta' filgħodu kien jidħol għax- xogħol qabel l-impjegati tiegħu. Hemm kien jiksi l-forom tal-qubbajt magħmula mill-injam bil-karti tal-ostja sabiex it- taħlita tal-qubbajt ma teħilx magħhom. Kien ilesti wkoll l-ingredjenti kollha filwaqt li jinkalja l-lewż għal-lest. Malli jidħlu l-impjegati, ix-xogħol kien jinqasam bejniethom sabiex jagħġġlu. "Kien ikun hemm tnejn mal-magna li tqatta u tnejn jippakkjaw. Tnejn jew tlieta kienu jkunu mal-ordnijiet u l-bqija jagħmlu t-taħlita ħalli tkun lesta għall- għada" Caruana qal li filgħaxija, wara l-erbgħa, kienu jmorru jarmaw il-kabinetti fl-irħula skont il-festi li jkun hemm dik il-ġimgħa. Hemmhekk huma kienu jbigħu l-qubbajt flimkien ma' numru ta' ħelu ieħor u malli jdoqqu s-sagħtejn ta' filgħodu jibdew jerfgħu ħalli jmorru jistrieħu. L-imwejjed u l-kabinetti kienu jinqasmu jiddependi kemm tkun kbira l-festa. Semmilna li eżempju fil-festa San Filep ta' Ħaż-Żebbuġ, li hi festa pjuttost kbira, Bee Hive kien ikollhom madwar 10 kabinetti. B'kollox kien jipprova jżomm Ġimgħa ilu, din il-gazzetta tkellmet ma' Robert Caruana, magħruf aħjar bħala ż-Żebbuġi, manifattur tal-qubbajt. L-istorja ta' dan ir-raġel ħabrieki li sab ruħu f'baħar ta' inkwiet kawża tal-pandemija ħasdet lil bosta u għalekk, il-gazzetta ILLUM reġgħet kelmet liż-Żebbuġi biex insiru nafu f'aktar dettall mhux biss l-istorja tiegħu iżda l-istorja tal-qubbajt f'pajjiżna. Kien ikun hemm tnejn mal-magna li tqatta u tnejn jippakkjaw. Tnejn jew tlieta kienu jkunu mal-ordnijiet u l-bqija jagħmlu t-taħlita ħalli tkun lesta għall-għada