Illum previous editions

ILLUM 8 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1399954

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 8 TA' AWWISSU 2021 tradizzjonali tal-festi - L-ILLUM Caruana medja ta' 14-il kabinett miftuħ madwar Malta. F'ismu kien ikollu wkoll ditti oħra bħal 'tal-Għawdxi' li għalkemm xtrahom meta x-xogħol kien tajjeb, żammilhom l-isem. Kuntrarju ta' dak iż-żmien, il-familja Caruana m'huma jagħmlu xejn bħalissa għax la festi ma sarux, xogħol m'hawnx. Iż-Żebbuġi qal lil din il-gazzetta li matul is-sena xorta għamel numru ta' figolli u qassamhom permezz tad-deliveries fi żmien il-Għid. Minkejja dan l-ordnijiet kienu minimi għax fejn qabel kienu jinbiqgħu 3,000 figolla, din is-sena inbigħu biss 500. L-istorja tal-qubbajt Din il-ħlewwa antika bbażata fuq lewż u għasel (jew zokkor) tinsab f 'diversi pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Ewropa fejn hija magħrufa bħala turrón fi Spanja, torró f 'Cataluña, torrone fl-Italja, pasteli fil- Greċja u cubbaita fi Sqallija. Imbagħad insibu t-terminu derivat mill-Għarbi qubbayt li minnha ġejja l-verżjoni bil-Malti. Huwa maħsub li l-qubbajt kien parti mit-tradizzjoni kulinari Għarbija medjevali fi Spanja u Sqallija, li eventwalment waslet għal Malta. L-ewwel referenzi rreġistrati għal cobaytaro (bejjiegħ tal-qubbajt) imorru lura għall-Ordni ta' San Ġwann (1530- 1798). Mikiel Anton Vassalli ddeskriva l-ingredjenti ewlenin għal dan it-tip ta' qubbajt magħmul fi żmienu bħala, taħlita magħmula minn żerriegħa tal-ġulġlien, lewż, għasel u zokkor. Jidher li l-prattika tradizzjonali li ddawwar il-ħlewwa fuq ċangatura tal-irħam biex tiksaħ qabel ma taqta' f 'porzjonijiet iżgħar, tmur lura għal dan il-perjodu wkoll. Il-qubbajt, bħal kull ikel ieħor, kien ukoll ivarja skont il-klassi soċjali li x-xerrej jiġi minnha. Kien hemm żewġ tipi differenti ta' ħelu li jvarjaw fil-prezz. Kien hemm il-ħelu magħmul minn għasel abjad u ieħor magħmul minn għasel iswed. Dan tal-aħħar, kien iktar magħruf bħala 'melenegra' u normalment kien ikkunsmat min-nies fqar. Fiż-żminijiet ta' qabel kien hemm ukoll tradizzjoni marbuta mal-qubbajt. It- tradizzjoni kienet tiddetta li għarus kellu jixtri biċċa qubbajt għall-għarusa tiegħu bħala sinjal ta' affezzjoni, speċjalment meta tasal il-festa ta' San Pietru u San Pawl magħrufa bħala Mnarja, li tiġi ċċelebrata fid-29 ta' Ġunju. Din kienet l-unika festa jew aħjar l-unika opportunità li kellu għarus biex jwiegħed lill-għarusa li se jeħodha bħalha martu. Din ir-rabta bejn il-qubbajt u l-Qorti kienet saħansitra immortalizzata fil- kanzunetti folkloristiċi Maltin. Robert Caruana ma' martu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 August 2021