Illum previous editions

ILLUM 8 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1399954

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 8 TA' AWWISSU 2021 • illum aħbarijiet Ċertifikat tal-vaċċin għall-istabbilimenti? Min jaqbel biex jiftaħ bla restrizzjonijiet u min ma jaqbilx 'għax mhu se jbiddilu xejn' Diversi pajjiżi qed jillimitaw l-istabbilimenti u postijiet ta' divertiment għall-persuni li ħadu l-vaċċin biss. F'Malta għandna nagħmlu l-istess? Is-sidien tal-istabbilimenti jaqblu? X'jaħsbu? YENDRICK CIOFFI Fost is-sidien tal-istabbilimenti tad-divertiment u tal-ospitalità hemm taħlita ta' opinjonijiet dwar l-introduzzjoni taċ-ċertifikat tal- vaċċin biex jilqgħu biss lil dawk il-persuni li jkunu mlaqqma kompletament, kif qed jagħmlu diversi pajjiżi oħra Ewropej, fosthom Franza u l-Italja. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' diversi sorsi tagħha minn dawn is-setturi l-aktar milquta mill-pandemija tal-Covid-19 u kkonfermaw li għalkemm dan mhux qed ikun diskuss b'mod formali, l-awtoritajiet qed isegwu dak li qed jagħmlu pajjiżi oħra biex jaraw x'se jkun ir-riżultat. "Pajjiżi bħal Franza għamluha ċara li mhux se jintroduċu restrizzjonijiet jew lockdowns nazzjonali. Ir-restrizzjonijiet se jkunu biss għal dawk li ma ħadux il-vaċċin. Indikazzjonijiet biss għandna imma jidher li 'l hemm resqin," insista. Min favur ħalli jiftaħ bla restrizzjonijiet u min kontra għax mhu se tbiddilu xejn Fost is-sorsi, l-ILLUM tkellmet anke ma' operaturi u jidher li hemm min jaqbel ma' dak li qed jagħmlu pajjiżi oħra iżda oħrajn li huma aktar xettiċi dwarha minħabba diversi raġunijiet. "Hemm min jaqbel li jitlob iċ-ċertifikat tal-vaċċin għax dan suppost għandu jfisser li jkun jista' jżid l-ammont ta' persuni li jista' jilqa' fl-istabbiliment tiegħu," saħaq wieħed mis-sorsi. Madanakollu, oħrajn huma xettiċi, partikolarment sidien ta' ristoranti u barijiet għax issa ilhom ġimgħat miuħa, ix-xogħol qabad u ma kellhomx problemi. 'Kieku jkollna nżidu l-ħaddiema ... minn fejn se nsibuhom?' Sors ieħor insista li jekk Malta tagħżel li tagħmel l-istess bħalma qed jagħmlu pajjiżi oħra u ċ-ċertifikat tal-vaċċin jibda jintalab biex persuna tidħol fi stabbilimenti ta' divertiment u oħrajn ta' ospitalità, se jkunu qed jiżdiedu l-problemi loġistiċi li se jkomplu jżidu mal-piż li qed jiffaċċjaw l-operaturi li diġà għandhom ħafna restrizzjonijiet u protokolli li jridu jimxu magħhom. L-istess sors fakkar fl-isfida tan- nuqqas ta' ħaddiema li qed jiffaċċjaw ħafna setturi, b'mod partikolari dawk fis-setturi tad-divertiment, it- turiżmu u l-ospitalità u li l-gazzetta ILLUM kitbet dwarha wkoll fl- aħħar ġimgħat. 'Il-kuntest ta' Malta differenti minn dak ta' pajjiżi oħra' Sors ieħor mill-istess setturi li tkellem mal-gazzetta ILLUM insista li ma jagħmilx sens li Malta toqgħod tħares lejn dak li qed jagħmlu pajjiżi oħra, għax fi kliemu, il-kuntest huwa kompletament differenti. Insista li l-pajjiżi li qed jintroduċu dawn ir-restrizzjonijiet fuq persuni li ma ħadux il-vaċċin huma dawk li għadhom lura ħafna fit-tilqim jew inkella għandhom ammont kbir ta' persuni li ma jridux jieħdu l-vaċċin. "It-turist li qed jiġi Malta huwa mlaqqam kompletament għax qed nitolbu ċ-ċertifikat tal-vaċċin. Il- maġġoranza tal-popolazzjoni hija mlaqqma kompletament. Mhijiex se tagħmel differenza enormi. Ma nistax niem x'vantaġġ jistgħu jieħdu s-sidien jekk idaħħlu biss nies bil-vaċċin," insista. 'Min ħa l-vaċċin ma jistax ibati ma min ma ħadux' Madanakollu, meta ffaċċjat b'dan l-argument, sors ieħor mis-settur insista li tlaqqam kemm tlaqqam nies, xorta se jkollok persuni li mhux se jkunu ħadu l-vaċċin. Fi kliemu, dawn huma aktar f 'riskju li jieħdu l-virus u li jgħadduh lil ħaddieħor. "Il-kwalità tal-ħajja tagħhom żgur li se tkun differenti minn dawk li huma mlaqqma. Ma tista' tisforza lil ħadd jieħu l-vaċċin imma min ħa l-vaċċin ma jistax jibqa' jbati magħhom," kompla jisħaq. 'Jekk aħna niftħu biċ-ċertifikat, l-istess għandu jagħmel kulħadd' Mill-banda l-oħra, l-aktar li huma favur l-introduzzjoni taċ- ċertifikat tal-vaċċin biex ikunu jistgħu jerġgħu jiħu u b'inqas restrizzjonijiet, huma dawk li jorganizzaw l-attivitajiet tal-massa u anke s-sidien tal-istabbilimenti tad-divertiment. Fil-fatt, kienet din l-istess gazzetta li żvelat il-pjan li l-kampanja Restart (li tinkludi DJs u operaturi ta' postijiet ta' divertiment) kienet ippreżentat lill-awtoritajiet tas- saħħa biex jirritornaw, b'mod gradwali, l-attivitajiet bis-saħħa taċ- ċertifikat tal-vaċċin. Il-kampanja ilha ġimgħat tisħaq li jekk jintuża ċ-ċertifikat tal- vaċċin, anke l-istabbilimenti tad- divertiment ikunu jistgħu jibdew jiħu it it u ma jkunx hemm bżonn li persuni jibqgħu bilqiegħda. Sidien saħqu kif minkejja li qed jingħad li l-attivitajiet għal nies bilwieqfa se jkunu jistgħu jibdew isiru min-nofs Awwissu 'l quddiem, għalissa għad ma ġie kkommunikat xejn min-naħa tal-awtoritajiet u għalhekk għadhom fil-limbu. Sors mis-settur tad-divertiment insista mal-gazzetta ILLUM li sa issa għadu mhux ċert x'se jkun qiegħed jiġri, anke jekk mill-informazzjoni li qed tasal għandu, l-awtoritajiet qed jikkunsidraw li jestendu l-użu taċ-ċertifikat tal-vaċċin għall- istabbilimenti tad-divertiment u l-istadiums fost oħrajn. "Jekk inkunu nistgħu nerġgħu nibdew noperaw, niħu u l-udjenza tkun tista' tibqa' bilwieqfa, ma nistax ma naqbilx maċ-ċertifikat tal-vaċċin," insista l-istess sors. Anke jekk insista li l-uniku interess tiegħu bħalissa huwa li jerġa' jibda jiaħ l-istabbiliment tiegħu u tirritorna l-udjenza bilwieqfa, saħaq li ma jkunx jagħmel sens li d-dħul fi stabbilimenti tad-divertiment ikun biċ-ċertifikat tal-vaċċin u fi stabbilimenti oħra ma jkunx. "X'differenza hemm bejn mitt persuna bilwieqfa fi stabbiliment tad-divertiment u mitt persuna bilwieqfa f 'każin?," staqsa. Tikber l-isfida tal-istaff... Insista wkoll mal-ILLUM li lanqas ma jagħmel sens li l-istaff ta' dawn l-istabbilimenti jkunu kostretti jkollhom ċertifikat tal- vaċċin jew inkella jagħmlu PCR test kull tant żmien. Fakkar kif ħafna mill-istaff f 'dawn l-istabbilimenti huma barranin li għadhom ma ħadux jew lanqas ma jridu jieħdu l-vaċċin. "Jekk l-istaff tagħna se jkun mitlub iċ-ċertifikat tal-vaċċin jew PCR test u l-istaff ta' bar jew ristorant le, allura mhux se jkun hemm level-playing-field. Diġà għandna problema bl-istaff fl- istabbilimenti tagħna. Dawn se jagħżlu li jmorru jaħdmu f 'bar jew ristorant," temm jisħaq. Xi żvelat il-gazzetta ILLUM? Il-Ħadd li għadda, il-gazzetta ILLUM żvelat kif l-ewwel tliet attivitajiet tal-massa imma b'kontrolli, organizzati mill-Gvern qed jistennew l-approvazzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa. Dawn l-attivitajiet organizzati mill-Awtorità Maltija għat- Turiżmu huma proposti li jsiru matul Settembru, ikunu miuħin għal persuni vvaċċinati biss, ikunu attivitajiet bilqiegħda u n-nies se jkunu f 'bubbles ta' mhux iktar minn 330 persuna kull wieħed. Dan ikompli jitfa' f 'dubju kemm attivitajiet għal udjenza bilwieqfa se jkunu possibbli qabel din id-data. L-attivitajiet - fuq il-Fosos tal- Furjana - huma Joseph Calleja in Concert nhar it-3 ta' Settembru, il-BBC Orchestra in Concert nhar l-24 ta' Settembru u Pete Tong Malta Classics nhar it-28 ta' Settembru. Jekk mhux vvaċċinata persuna mhux se titħalla tidħol, l-istess kif qed isir bħalissa f 'każ ta' attivitajiet żgħar li huma permessibbli.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 August 2021