Illum previous editions

ILLUM 8 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1399954

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 8 TA' AWWISSU 2021 Carmel Bonnici Cinecittà - Il-Belt taċ-ċinema (2) (...ikompli minn nhar il- Ħadd li għadda) Fis-snin ta' wara l-gwerra sar ħafna xogħol ta' ristrutturar biex Cinecittà terġa' tibda tintuża bħala faċilita għall-produzzjoni tal-films. Bl-ispejjeż fil- produzzjoni tal-films dejjem jiżdiedu f 'Hollywood, ħafna produtturi għażlu li jmorru jaħdmu f 'din il-belt tal-films biex jiffrankaw il-flus u anki jgawdu minn tnaqqis sostanzjali fit-taxxa. Tant dan il-lokal sar popolari mal-Amerikani li laqqmuh 'Hollywood fuq ix- Xmara Tevere.' Fost il-films grandjużi li nħadmu hemm insibu, Quo Vadis (1951), Roman Holiday (1953), Beat The Devil (1953), The Barefoot Contessa (1954), Ben-Hur (1959), Francis Of Assisi (1961), Cleopatra (1963), The Agony And The Ecstasy (1965), Romeo And Juliet (1968), tad-direttur Franco Zeffirelli, Fellini's Casanova (1976). La Traviata (1982), ukoll ta' Zeffirelli u diversi oħrajn. La Dolce Vita (1960) ta' Fellini wkoll inħadem hemm. Dan il-post, għall-ħafna snin kien assoċjat ma' dan il-bravu direttur. Il- maġġoranza tal-films peplum - dawk dwar l-imperu Ruman tal- qedem - u l-oħrajn dwar l-eroj tal-mitoloġija Griega wkoll għamlu użu minn dan il-post. Fl-1996, is-36 edizzjoni tal- Eurovision Song Contest saret fi Stage 15 ta' Cinecittà, minflok f 'San Remo. bħala prekawzjoni minħabba l-Gwerra tal- Golf. Wara perjodu ta' kważi falliment, il-Gvern Taljan fl- 1997 ipprivatizza dan il-post u biegħ 80% tal-ishma. Fid-9 ta' Awwissu 2007 madwar 3,000 metru kwadru ta' dan il-lokal inqered f 'nar qawwi fejn is-sets oriġinali tas-sensiela televiżiva u popolari Rome nħarqu. L-istess reġa' ġara f 'Lulju tal- 2012 f 'teatru nru. 5 fejn Fellini kien iffilmja La Dolce Vita u Satyricon. Films barranin li nħadmu hemm f 'dawn l-aħħar 30 sena jinkludu: The English Patient (1996), Gangs Of New York (2002) ta' Martin Scorsese, The Life Aquatic With Steve Zissou (2004), l-film brutali The Passion Of The Christ (2004) tad-direttur Mel Gibson, eċċ. Reċentement, id-direttur Paolo Sorrentino ffilmja s-serje The Young Pope u anki The New Pope bl-attur Jude Law. Il- ġewwieni tal-Kappella Sistina u anki l-Bażilika ta' San Pietru ġew rikonstitwiti fl-istudjos ta' Cinecittà. Xi serje oħrajn tat-televiżjoni li ġew maħduma f 'dan il-lokal jinkludu Rome tal-kumpaniji BBC/HBO, xi episodji tal- popolari Dr. Who, dawk ambjentati f 'Pompeii tal-antik u oħrajn dwar Ruma tal-qedem tas-serje Kaamelott. Dante Ferretti, l-produttur disinjatur tal-films li rebaħ l-Oscar tliet darbiet, fassal Cinecittà World Theme park - bħal Disneyland - biex min jixtieq iżur dan il-post ikun jista' jgawdi u jesperjenza, fost ħafna affarijiet oħrajn, is-sets imponenti bħat-Tempju ta' Moloch, użat fil-film grandjuż mutu tal-1914 Cabiria u jieħu idea konkreta kif kienet Manhattan fis-snin 20, fuq disinn ta' Ferretti stess. L-attrazzjoni ta' Cinecittà World kienet qed tilqa' aktar minn miljun viżitatur fis- sena. Kien hemm ukoll il-ħsieb li jespandu aktar bit-twaqqif ta' riserva naturali. Cinecittà, barra li hu miftuħ għall-pubbliku, jibqa' dak il- post ideali mfittex minn dawk li jaħdmu fil-films l-aktar dawk ta' ambjent storiku u tal-kostum, kif ukoll iservi ta' nostalġija għall-istoriċi u l-istudjużi. Tmiem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 August 2021