Illum previous editions

ILLUM 8 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1399954

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 analiżi IL-ĦADD 8 TA' AWWISSU 2021 • illum Meta l-medjokrità ssir eġemonika, iddur tliet mija u sittin grad u tiltaqa' magħha kullimkien, f'kull rokna, xaqq u operat tal-pajjiż ċagħqa. II-Professur Carmel Borg jagħti ħarsa lejn il-medjokrità fis-sistema politika u soċjali tagħna u l-effetti tagħha... 'U IWA!' META D-DEMOKRAZIJA SSIR MEDJOKRAZIJA CARMEL BORG Ma kien hemm l-ebda nar fir- Reichstag, ebda attakk fuq Bastilja jew rewwixta fuq l-Aurora. Il-medjokri ħatfu l-poter mingħajr sparatura waħda. Kliem Alain Deneault, li fil-ktieb tiegħu 'La Médiocratie' jistqarr li l-imperu tal-medjokri huwa globali u mifrux f 'kull sfera tal-ħajja. Il-kittieb Kanadiż itenni li l-medjokri ħakmu l-poter, f 'ekonomija globali fejn il- ħafna jipproduċu l-ikel bilġri, ta' kuljum, f 'volumi industrijali, mingħajr ma jafu jsajru ikla bnina meta jirritornaw f 'darhom. F'din id-dinja maħkuma mill-medjokri: il-prekarji fiċ-ċentri taċ-ċempil iwieġbu telefonati bi preċiżjoni ta' pappagall professjonali; Il- bosta jipparteċipaw fil-ġabra tal-istatistika meta huma għal kollox illitterati fil-qasam tal- Matematika; il-miljuni jistennew b'ħerqa l-aħħar ritratti tal- 'influencer' li ma baqala' xejn naturali f 'ġisimha; u l-eluf ibiegħu l-gazzetti li qatt ma jaqraw. Deneault isemmi litanija ta' theddid għall-milja umana, fosthom, u b'mod partikolari, is- serq fiskali mill-korporazzjonijiet li jħufu globalment; il-vampiri monetarji li l-politikanti ċentristi tant jirsistu biex jattiraw, ifissdu u jipproteġu, anke jekk jafu li se jmentnu lil pajjiżhom. Pudini umani, fejn jispikka fit-togħma l-ingredjent ewlieni u komuni - il- medjokrità. Dawk li jaħsbu li waslu meta għadhom lanqas biss bdew! L-għerq Latin tal-kelma medjokrità jagħtina sens tat- tifsira tat-tikketta medjokri. Fl- oriġini tal-kelma hemm l-idea tan-nofs – medius – medjan, nofs triq, nofs leħja, waqfien f 'nofs tlugħ il-muntanja. Biżżejjed frażijiet fil-miklem biex nindunaw li l-kelma medjokri hija preċiża meta tiġi biex tiddeskrivi lil dawk li jaħsbu li waslu meta għadhom lanqas biss bdew. It- talin li jaħsbu li jafu ħafna meta għerom huwa limitat. Dawk li jaħsbu li jistgħu jiġru meta lanqas biss bdew jimxu, jew li jaraw kbir meta l-viżjoni tagħhom tad-dinja hija ta' gżira f 'nofs il-baħar jew ta' zuntier ta' it metri kwadri. Il-ġwejfa li rashom mimlija għax magħrufa u famużi f 'pajjiż id- daqs ta' skutella; dawk li jaħsbu li laħqu l-ogħla qċaċet f 'art il-ħotob. L-inkompetenti li waslu kmieni u komdi, għax imbuttati; dawk li l-akbar kwalifika li għandhom hija l-qrubija mal-poter. Il-ġgajta li kapaċi tagħmel ħafna ħoss meta t-tank huwa vojt, u taħseb li hija perfetta meta tkun qiegħda timla l-isfreġji tal-binja personali b'ħafna tikħil u żebgħa kożmetika. 'Sistema edukattiva li tindotrinak kontra l-ħsieb kritiku, tħarrġek mingħajr ma tedukak' Il-medjokrità tilħaq livelli perikolużi meta ssir minn ewl id-dinja u s-sens komun ta' kotra li ttellgħet 'l hinn mill-valuri estetiċi u etiċi għoljin, li ssawret f 'kuntest nieqes mix-xenqa għall-eżattezza, l-effiċjenza u l-korrettezza, mill-impenn totali u l-viżjoni u s-sagrifiċċju fit-tul, u mil-litteriżmu kritiku li jesiġi livelli għoljin f 'dak kollu li joħloq u jagħmel il-bniedem. Kotra marida bis-sindromu tal-'prosit tal-programm', li m'għandhiex sabar tistenna, li trid ir-riżultati bilġrija, u li m'għandhiex ħin għar-riflessjoni u għall-istudju profond, għax trid tlaħħaq mal- ħajja jew għax trid tiekol b'mitt ħalq. Kotra li xorbot minn sistema edukattiva li tipproduċi kopji tal- karbonju biżżejjed biex tesporta; sistema edukattiva li tindotrinak kontra l-ħsieb kritiku, tħarrġek mingħajr ma tedukak, toqtollok kull aptit għar-riskju fil-ħajja, filwaqt li twissik kontra il-qtugħ minn kull spag tal-konformiżmu, u tikkundannak jekk tkun differenti. Soċjalizazzjoni mifruxa fejn, kuntrarju għal dawk li jikkuntentaw bix-xejn u japprezzaw il-ħama daqs li kieku kien ilma ġieri, dawk li jesieġu, li jistennnew livelli għoljin, dejjem u kullimkien, u jipprotestaw kontra n-nuqqasijiet, iħossuhom barranin f 'darhom u qaddiefa għajjenin f 'baħar mimli ħalel. Il-medjokrità madwarna: Mid- dehra ta' bini ikrah għall-qerda tal-pajsaġġ urban u rurali Meta il-medjokrità ssir eġemonika, iddur tliet mija u sittin grad u tiltaqa' magħha kullimkien, f 'kull rokna, xaqq u operat tal-pajjiż ċagħqa. Kitba fqira u bla kontenut fil-gazzetti. Xita ta' żbalji fl-ittri u l-kuntratti li nirċievu minn uffiċċji legali, ministeri u dipartimenti tal- gvern. Monumenti ta' nies, bi żbalji bażiċi anatomiċi. Bini ikrah minn periti li jew ma jirrispettawx lilhom infushom, u joqogħdu għad-dittatura tal-iżviluppatur, jew m'għandhom l-ebda ħjiel ta' xi tfisser sbuħija. Toroq li jkollhom jinqalgħu għax ma jsirux sew, jew għax fl-ippjanar tħalla xi xogħol barra. Ippjanar li kiel ħafna mill-ispazji pubbliċi u qered il- pajsaġġ urban u rurali. Bankini Il-funzjoni tal-politiku f'kuntest medjokri hija...li jagħżel b'reqqa n-nies li jiżguraw li r-rota tal- medjokrità tibqa' ddur; nies li jbaxxu rashom għal kollox, ma jmerux, jgħidu iva, jigdmu lsienhom meta suppost qegħdin jwerżqu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 August 2021