Illum previous editions

ILLUM 8 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1399954

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

Robert Aquilina Robert Aquilina huwa l-President ta' Repubblika 24 IL-ĦADD 8 TA' AWWISSU 2021 • illum opinjoni Lagħaqa, Iġħna u żero kompetenza politika S al-ħin li fih qed nikteb dan l-artiklu, Edward Zammit Lewis għadu l-Min- istru tal-Ġustizzja u l-Governanza ta' pajjiżna. Sal-ħin li fih qed nikteb dan l-artiklu, l-uniku ħaġa li għamel Robert Abela dwar Zammit Lewis kienet li żanżan sett bill- boards ġodda fit-toroq Maltin biex jirribatti għall-bilboards tal-Partit Nazzjonalista dwar l-istess Zammit Lewis. Din il-ġimgħa pprotestajna quddiem il- Ministeru ta' Zammit Lewis fil-Belt Valletta u morna anke fid-distrett ta' Zammit Lewis biex niżguraw li iktar nies ikunu jafu x'tip ta' persuna għandu pajjiżna fil-kariga ta' Ministru għall-Ġustizzja. U jekk il-Prim Ministru jwebbes rasu u jħalli lil Zammit Lewis f 'postu għandu jistenna iktar protesti u protesti ikbar. Il-lagħaqi ta' Yorgen Fenech Il-messaġġi ppubblikati fl-aħħar jiem juru biċ-ċar li wara li kulħadd f 'Malta u Għawdex kien jaf li Yorgen Fenech huwa s-sid tal-kumpanija 17 Black, Zammit Lewis mhux talli żamm kuntatt u ħbiberija miegħu, iżda saħansitra bagħatlu messaġġi ta' ammirazzjoni. 'Kburi bik,' qallu lil Yorgen Fenech. Kburi biex? Kburi b'Yorgen Fenech għax kien inqabad b'kumpanija sigrieta li skont email ta' Nexia BT kellha tħallas €5,000 ewro kuljum lill- kumpaniji fil-Panama ta' Konrad Mizzi u Keith Schembri? Il-messaġġi juru li l-Ministru tal-Ġustizzja tant kien infatwat b'Yorgen Fenech li baqa' jibgħatlu l-messaġġi anke meta Fenech kien jinjorah u ma jweġbux. Hawn m'għandniex każ ta' kriminal miljunarju jiġri wara politiku imma ta' politiku jilgħaq kemm jiflaħ lill- kriminali miljunarju. 'I miss you,' ġie rrapurtat li qallu f 'messaġġ ieħor. X'kien qed jimmissja Zammit Lewis? Għaliex kien qed jiġri wara dal-miljunarju li dwaru kien hemm allegazzjonijiet u indikazzjonijiet ċari li kien qed jikkorrompi politiċi tal-Gvern? Feraħ għax ma kinitx se ssir ġustizzja Agħar minn hekk, illum għandna Ministru tal-Ġustizzja li nafu li jifraħ meta l-ġustizzja ma ssirx. Meta l-Qorti ċaħdet it-talba ta' Simon Busuttil biex il-kumpanija 17 Black tkun investigata, Zammit Lewis mar jindirizza konferenza stampa ma' Robert Abela li matulha ċċelebraw is-serħan il-moħħ li kien għadu kif kiseb Yorgen Fenech. Sirna nafu li wara l-konferenza stampa, Zammit Lewis bagħat messaġġi lil Yorgen Fenech biex jiżżeblaħ b'min f 'pajjiżna kien qiegħed tassew jissielet għall-ġustizzja. Kif jista' pajjiżna jittieħed bis-serjetà meta jgħid li bidel ir-rotta meta għandu fil-kariga ta' Ministru tal-Ġustizzja lil xi ħadd li jifraħ mal-kriminali meta jkun żgurat li ġustizzja mhix se ssir? Żero kompetenza politika Lil Yorgen Fenech, Zammit Lewis kien jibgħatlu wkoll dwar sħabu l-Ministri. Lil dawn, li bħal Zammit Lewis instab li għandhom responsabbiltà xi jġorru fl- assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, iddeskrivihomlu bħala 'tfal u pożi ... political competence zero'. Ibda biex, allaħares it-tfal iġibu ruħhom bħall-kollegi ta' Zammit Lewis, għax kieku pajjiżna vera m'għandux tama! Imma fuq il-pożi u l-kompetenza politika, Zammit Lewis għandu it raġun. Anzi, għandu ħafna raġun. Meta ppubblika r-rapport tal-inkjesta pubblika, il-Prim Ministru Robert Abela ddikkjara, b'ħafna pożi, li kien se jaġixxi fuq dak li qaltlu l-inkjesta. S'issa wera li biex jippoża biss tajjeb. S'issa, ma wera ebda kompetenza politika. Kieku għandna Prim Ministru tassew kompetenti, lil Zammit Lewis ilu li dabbarlu rasu mill-Ministeru. Kieku għandna Prim Ministru li jaf jagħmel iktar milli jippoża, lil Zammit Lewis kien jordnalu jitlaq minnufih. Iġħna u tradituri Ma nafx il-kelma Iġħna hix tassew il-plural ta' Ġaħan. Imma matul dil-ġimgħa smajtha spiss, għoġbitni u bdejt nużaha! Skoprejna li waqt li kien qed jilgħaq b'ilsien daqshiex lil Yorgen Fenech, il-Ministru Zammit Lewis ma ddejjaq xejn jiddeskrivi lil-Laburisti li jivvotawlu bħala Ġaħan. Mill- istorja kollha, din ta' Ġaħan, jew Iġħna, qisha l-iktar li weħlet man-nies. Li hu żgur hu li Yorgen Fenech mhuwiex xi Ġaħan. Lill-ħbieb intimi ma kienx jagħżilhom fost l-Iġħna li lmenta dwarhom Zammit Lewis. Il-ħbieb kien jagħżilhom fil-kurituri tal-poter u kien jaf iżommhom kuntenti wkoll. Pereżempju, lil Joseph Muscat kien jagħtih fliexken tal-inbid u arloġġi li jiswew iktar minn xhur ta' paga li jitħallsu l-ħaddiema Maltin. Lil Rosianne Cutajar kien iżommha kuntenta bl-eluf ta' ewro cash u hi kienet tpattilu billi tmur tiddefendih barra minn xtutna. Imbagħad dan-nies ikollhom l-ardir jgħajru lil ħaddieħor traditur! Il-Korrott Dinji tas-Sena La semmejna lil Muscat, tajjeb nuża l-aħħar it mill-ispazju li tani l-editur biex inserraħ ras il-Prim Ministru li lill-eks Prim Ministru u eks Korrott Dinji tas-Sena ma nsejniehx u mhux se ninsewh. Is-Sibt li għadda sbaħt quddiem il-kwartieri tal-Partit Laburista u ħallejt ittra lill-President Ramona Attard. F'din l-ittra, aħna ta' Repubblika, għednielha ċar u tond li post Joseph Muscat mhuwiex fil-Partit Laburista. Fakkartha li Muscat instab personalment responsabbli mill-inkjesta pubblika li kien 'fiċ-ċentru tat-tnawwir, tat-tgħajjir, tal-gideb u tal-ħolqien tal-ambjent ta' impunità li fihom seta' jseħħ l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia'. Għedtilha li partit politiku huwa obbligat jibgħat messaġġ qawwi lis-soċjetà li imġiba bħal ta' Muscat u ta' dawk li tkellmet fuqhom l-inkjesta, mhumiex aċċettabbli f 'demokrazija. Kif għedt ukoll lill-Prim Ministru Robert Abela waqt il-protesta tat-Tlieta, il-ġejjieni ta' pajjiżna jiddependi ħafna fuq id-deċiżjonijiet li se jittieħdu fil-Gvern u fil-Partit Laburista f 'dawn il-ġranet. S'issa Robert Abela ddeċieda li jagħmel sett billboards. Tgħid dawn il-billboards se jkunu biżżejjed biex nikkonvinċu lid-dinja toħroġna mil-lista l-griża? Jekk nemmnu li l-kumplament tad-dinja mmexxija mill- Iġħna...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 August 2021