Illum previous editions

ILLUM 8 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1399954

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 8 TA' AWWISSU 2021 aħbarijiet tal-'ġaħan' imma jisfida li 'jġibu ostakolajt il-ġustizzja' żgħażagħ, Kunsillier u Segretarju Parlamentari kif ukoll Ministru fi Gvernijiet Laburisti. "Miegħi jafu fejn qegħdin u se jsibuni kif dejjem sabuni, fosthom meta fl-2017 minflok l-eks PM Muscat, mort jiena niddefendi lill-partit u lill-Gvern ta' Muscat fuq it-TV. Muscat qalli biex immur minfloku u mort - u nerġa nagħmilha," sostna ma' din il- gazzetta Zammit Lewis. Huwa qal li jiskuża ruħu tal- kumment, imma sostna wkoll li l-ħidma tiegħu fil-partit u mal- attivisti titkellem waħedha. 'Indikaw okkażjoni waħda fejn waqqaft il-ġustizzja' Naturalment l-akkuża li qed issir fil-konfront tiegħu bħala Ministru hija: kif jista' jkun li jaqdi dmiru ta' Ministru tal-Ġustizzja sew meta huwa ħabib ma' persuna akkużata b'assassinju ta' ġurnalista? Huwa qal illi x-xogħol li għamel fl-aħħar sena u nofs "jitkellem waħdu u lanqas iħalli dubju." Huwa qal illi kemm ilu Ministru hu żdiedu l-prosekuzzjonijiet, tressqu aktar nies il-Qorti, saru riformi Kostituzzjonali u istituzzjonali u saru riformi biex jitħaffu l-proċeduri fil-Qorti. Iżda Zammit Lewis għamel sfida lil dawk li qed jikkritikawh: "Nisfida li jindikaw okkażjoni waħda, li hi waħda meta waqqa il-ġustizzja milli ssir." "Jiena kont onest biżżejjed li għidt li kont nafu - issa hemm il- pulizija. Min irid jarahom, jarahom il-messaġġi u jaraw isibux xi ħaġa fuqi," saħaq il-Ministru. Huwa sostna li dmiru dejjem qdieh - skont hu - "b'mod impekkabbli" u qal ukoll li ħadd mhu se jwaqqfu milli jaqdi dmiru. 'Dan huwa assassinju tal-karattru' L-aħħar messaġġi li ġew żvelati kienu dawk li fihom huwa jgħid illi qed iħoss ħafna in-nuqqas ta' Fenech ("I miss you so much). Il- gazzetta tistaqsih jispjega x'inhuma eżatt dawn il-messaġġi. Il-Ministru Edward Zammit Lewis reġa' fakkar li hu qatt ma ċaħad li hemm messaġġi bejn it-tnejn u kien hawn li qal li dan "huwa assassinju tal-karattru minn min ma jogħġbux ix- xogħol li qed nagħmel jiena. Min ma jogħġbux dak li għamilt qed jattakkani." Huwa qal li jekk hemm min qed jimplika affarijiet oħrajn "forsi li għandi tendenzi sesswali oħrajn - għalkemm ma jkun ġara xejn - dik ikun jonqoshom jgħidu." Huwa reġa' sostna li huwa ċar "li hemm min ma jridnix Ministru tal- Ġustizzja." Mistoqsi jekk hux qed jimplika li hemm nies lilhinn mill- Oppożizzjoni jew saħansitra fil- Gvern li qed jagħmlulu l-ħsara, Zammit Lewis reġa' sostna li "hemm nies li ma jridunix Ministru tal-Ġustizzja. Ċara. U qed inkun ċar." 'Il-PM tani l-appoġġ sħiħ' Tkellem mal-PM dwar dan kollu? Zammit Lewis jirrispondi billi jgħid illi l-PM "tani l-appoġġ sħiħ u jiġri x'jiġri jiena se nagħtih l-appoġġ tiegħi - għalhekk jiena Laburist," saħaq mal-ILLUM Zammit Lewis. U finalment se jerġa jikkontesta l-elezzjoni? Huwa jgħid illi din hija deċiżjoni tiegħu, "pero' jiena ngawdi appoġġ b'saħħtu fit-tmien distrett elettorali u ħafna jriduni noħroġ," itemm jgħid il-Ministru Edward Zammit Lewis.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 August 2021