Illum previous editions

ILLUM 22 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1403837

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 22 TA' AWWISSU 2021 aħbarijiet 'La naqbel ma' sistema li taqfel u tarmi ċ-ċavetta pero' lanqas ma' sistema fejn il-ġustizzja mal-vittma ma ssirx' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri wieġeb għall-kritika li saret fl-aħħar jiem, speċjalment wara li priġunier li pprova jagħmel suwiċidju spiċċa tilef ħajtu fl-isptar - tmien ġranet wara li ddaħħal. Il-Ministru f 'messaġġ twil fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook sostna illi filwaqt li fl-aħħar jiem ħafna qalu tagħhom fuq il-ħabs, "sfortunatament xi drabi din id- diskussjoni anke ħadet forma ta' dibattitu ta' opinjonijiet estremi, li nemmen li ma jagħmlux ġid." Huwa qal li hu la jaqbel ma' dawk li jipproponu sistema li taqfel u tarmi ċ-ċavetta u lanqas ma' dawk li jinjoraw ċerti realtajiet u jipproponu sitwazzjoni fejn il-ġustizzja mal-vittma ma ssirx. "Xi argumenti anke wasslu fl-assurdità daqs li kieku hemm xi gwerra bejn min qed jiskonta sentenza u l-bqija tas-soċjetà, li jferxu gideb jew li jattakaw lill-ħaddiema, li kulħadd jaf li m'għandhomx xogħol faċli." Fid-dawl ta' dan il-Ministru Camilleri ħabbar li minbarra l-inkjesta maġisterjali, li hemm obbligu legali li ssir ma' kull inċident jew mewt ta' priġunier, huwa għadu kif ħatar bord biex jevalwa l-proċeduri interni tal- Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, skont l-Att dwar l-Inkjesti. Dan il-Bord se jkun qed jiskrutinizza l-assessjar li jsir fil- ħabs fuq is-saħħa fiżika u mentali tal-priġunieri kollha, ir-regoli tal- introduzzjoni fil-faċilità, il-miżuri tal-ħabs għall-prevenzjoni tas- suwiċidji, il-proċeduri dwar ir- riabilitazzjoni tal-priġunieri mill- vizzji, fost materji oħra. "Għażilt din it-triq għaliex nemmen li hemm bżonn li nistrieħu fuq opinjonijiet ta' professjonisti fis- settur sabiex inkomplu ntejbu l-affarijiet," sostna l-Ministru Camilleri. Laqgħat ma' diversi persuni dwar il-Ħabs Huwa qal illi fl-aħħar ġimgħat kompla jiltaqa' ma' diversi persuni li għandhom għarfien jew opinjoni b'saħħitha dwar din il-materja. Il-Ministru Camilleri sostna wkoll li ħafna jesprimu l-opinjoni li l-Ħabs illum huwa differenti minn it żmien ilu għax hemm "aktar ordni, aktar indafa, mingħajr droga aċċessibli, servizz mediku b'saħħtu u nbeda proċess fejn permezz ta' professjonisti jkun hemm għajnuna ta' riabilitazzjoni għal min ikun qed jiskonta sentenza." Ammetta iżda li bosta jisħqu li hemm ħafna iktar xi jsir, speċjalment fid-dawl taż-żieda fil-popolazzjoni fil-ħabs fl-aħħar snin li jgħid illi poġġiet sfida qawwija fuq il-bini. Huwa jgħid li ħafna minn dawk li jkellmuh jinsistu fuq sistema li tittratta priġunieri differenti, li wettqu reati differenti b'mod differenti iżda jisħaq li dawk li kellmuh jgħidulu wkoll li ma jridux is- sistema laxka "li kien hemm sa it żmien ilu, għax fuq din is-sistema ma tibni l-ebda riabilitazzjoni." "Kulħadd ixxokja ruħu b'ċerti każi ta' kriminalità li kellna tul is-snin. Mhux se noqgħod insemmihom hawn, imma ma kinux wieħed u tnejn. Il-pubbliku seta' jara operazzjonijiet kbar tal- forzi tal-ordni biex saru l-arresti u bdiet it-triq tal-ġustizzja. Infakkar dan għax quddiem ċrieki ta' kriminalità organizzata, is-sigurtà tibqa' kruċjali, anke fil-faċilità korettiva." spjega l-Moinistru tal- Intern. Huwa kompla jispjega li daqstant ieħor hija realtà ta' persuni vittmi taċ-ċirkostanzi fosthom ta' droga li ħafna minnhom jixtiequ li jirriabilitaw. "It-triq ta' xi wħud tkun aktar diffiċli minn ta' oħrajn, u sfortunatament xi wħud anke jirriutaw kull għajnuna, inkluż mingħand persuni li jaħdmu f 'dan il-qasam. Ma hemm ebda riabilitazzjoni li tagħti riżultati perfetti, iżda bħal kollox din tista' dejjem issir aħjar. Forsi l-akbar nuqqas kien u għadu li għal snin twal dejjem poġġejna lil kulħadd f 'keffa waħda." Fakkar li huwa għalhekk illi l-Gvern nieda proċess ta' konsultazzjoni fuq liġi tal- electronic tagging biex proġett pilota jinfirex u saħaq li fuq din l-Oppożizzjoni, "li tant kellha xi tgħid fl-aħħar jiem" ma daħlitx sottomissjonijiet. Fakkar ukoll li l-Gvern daħal fi ehim u programm li jiddeskrivi "bla preċedent" mal-Għaqda mid- Dlam għad-Dawl biex jgħinu l-familji tal-priġunieri. Huwa temm jgħid illi lest jaħdem ma kulħadd, inkluż ma' dawk l-aktar kritiċi tas-sistema jew anke tiegħu. "Il-linji tiegħi ħafna jafu fejn u liema huma. Xi drabi nkun kostrett li nżomm lura milli nitkellem, minkejja li jkolli aċċess għall-fatti veri. Dan għax nemmen li għandi responsabiltà akbar anke fid-dawl li dik l-informazzjoni ma tkunx pubblika u tkun ta' natura personali. Nemmen li d-diskussjoni trid tibqa' dejjem ibbażata fuq il-fatti, b'rispett lejn l-istituzzjonijiet li jwettqu xogħolhom u li donnu jiġu njorati meta l-ġudizzju tagħhom ma jintgħoġobx," temm jgħid il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri. Il-Ministru Byron Camilleri jħabbar it-twaqqif ta' Bord li se jevalwa aspetti differenti tal-Ħabs: Mill-prevenzjoni mis-suwiċidju sar- riabilitazzjoni mill- vizzji, fost oħrajn Intant il-Kelliem tal-Intern għall- Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami rreaġixxa għal dak li qal il- Ministru u sostna li wara jiem sħaħ ta' skiet Camilleri "reġa' kkonferma kemm huwa maqtugħ mir-realtà gravi li fiha jinsab il-ħabs illum, "b'mod surreali l-Ministru Byron Camilleri qal li fil- ħabs kollox miexi sew u ma hemmx wisq problemi." "Byron Camilleri tant hu maqtugħ mir-realtà li jagħżel li jibqa' jiddefendi lid-direttur tal-ħabs, liema direttur, taħt ħarstu seħħew dawn l-imwiet u l-istess Ministru illum għażel li jibqa' jiddefendi sistema ta' ħabs li minflok tirriforma l-ħabsin, qed twassal għal disprament u suwiċidji," sostna Fenech Adami. Huwa temm jappella biex il-Ministru Camilleri jerfa' r-responsabilità politika. 'Il-Ministru maqtugħ mir- realtà u surreali'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 August 2021