Illum previous editions

ILLUM 22 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1403837

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' AWWISSU 2021 • illum 'L-ewwel Wied il-Għajn ġabuha ġungla tal- konkrit u issa se jduru għall-baħar' - ADPD Iċ-Chairperson ta' ADPD – e Green Party Carmel Cacopardo emfasizza li l-proposta ta' Transport Malta (TM) biex jibda l-proċess ħalli tkun żviluppata yacht marina f 'Wied il-Għajn tagħmel ħafna ħsara. Huwa staqsa min kienet il-persuna li ddeċidiet dwar il-ħtieġa ta' din il-marina. "Li mhux jgħidu hu li wara li ttrasformaw lil Wied il-Għajn f 'ġungla tal-konkos fuq l-art, issa jridu jħarbtu l-baħar ukoll," sostna Cacopardo. Huwa qal li dan l-iżvilupp ir- residenti ma jriduhx u allura TM għandha tieqaf u tisma' dak li għandhom xi jgħidu in-nies: "għax jekk in-nies dan l-iżvilupp ma tridux xi skop hemm li jibqa' għaddej?" "Wied il-Għajn mhix l-unika lokalità li qed tgħum f 'dan it- taħwid ikkawżat minn żvilupp bl-addoċċ: hi biss l-aktar eżempju riċenti," saħaq iċ-Chairperson tal-ADPD. Huwa qal li għalhekk, "bħala partit tkellimna b'mod ċar dwar din il-ħerba, f 'Wied il- Għajn u fil-bqija tal-pajjiż. Dan kollu nistgħu nindirizzawh bi pjani lokali li jirriflettu l-ħtiġijiet u l-aspettattivi tan-nies, li jrażżnu l-iżvilupp esaġerat u li jagħtu nifs lin-nies. Pjani lokali li ma jservux lill-flus imma li jservu lin-nies." Melissa Bagely, Deputat Segretarju Ġenerali tal-partit qalet li l-proposta tal-marina fil-bajja ta' Wied il-Għajn hija eżempju ieħor ta' nuqqas ta' konsultazzjoni mar-residenti u anke mal-Kunsilli Lokali. "Għal darba oħra l-Gvern u l-awtoritajiet qed jinjoraw l-obbligu tagħhom skont il-liġi li ssir konsultazzjoni mal-Kunsill tal- lokalità." "Il-fatt li l-marina qegħda fil- pjan lokali mhix skuża biex ma ssirx konsultazzjoni kif suppost," qalet Bagley li fakkret illi lura fl- 2006 l-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien kien għadda "bħal gaffa minn fuq kulħadd" u għax kien favur żvilupp bla rażan ma għamilx l-istudji tal-impatti kif suppost. "Il-pjani lokali huma skaduti," kompliet tgħid Bagley li qalet ukoll illi issa l-Partit Laburista fil- Gvern "bħal ta' qablu qed jiġi jaqa' u jqum mill-konsultazzjoni, bħal ta' qablu huwa favur il-qerda tal- bajjiet u tal-kosta tagħna. Qerdu l-art u issa daru għall-baħar ukoll." 'Assalt fuq raħal pittoresk' Brian Decelis, resident ta' Marsaskala, li fil-passat serva ta' kunsillier f 'isem Alternattiva Demokratika fil-Fgura qal li f 'dawn l-aħħar erba' snin kemm ilu joqgħod f 'din il-lokalità ra dak li jsejjaħ "assalt" fuq dak li qabel kien raħal pittoresk, "bi żvilupp ma jaqta' xejn kull fejn tħares." Decelis qal illi l-proposta tal- marina hija "l-kolp tal-mewt – qerdu l-art u issa anke l-baħar hu ikkundannat. Marina tfisser daqshekk se nkunu nistgħu nibqgħu ngħumu, nniżlu l-canoes jew dinghies, jew nilgħabu fil-baħar kif aħna mdorrijin bih sal lum." "Żgur li tqum il-mistoqsija: għaliex dan il-proġett tħabbar illum propju it qabel m'għanda tissejjaħ elezzjoni ġenerali? Għal li jista' jkun, għandu x'jaqsam, ma' proġett massiċċ ieħor ġewwa Marsaskala, qiegħed nirreferi għal dak tal-Jerma li xi kultant nisimgħu bih?"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 August 2021