Illum previous editions

ILLUM 22 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1403837

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

Stefan Zrinzo Azzopardi 22 IL-ĦADD 22 TA' AWWISSU 2021 • illum opinjoni €193 miljun ta' investiment fil-qasam soċjali I l-qasam tal-Fondi Ewropej huwa wieħed vast li jinvolvi tħejjijiet u implimentazzjo- ni b'sorveljanza kontinwa. Jinvolvi kemm l-ipprogrammar u l-infieq ta' miljuni ta' Ewro li jridu jintefqu biex minnhom il-poplu tagħna jikseb l-aqwa vantaġġi li jkomplu jtejjbulu l-livell tal-għajx- ien tiegħu. Il-Qafas Multi-Annwali Finanzjarju (MFF) għas-snin 2021-2027 li għalih Malta rnexxielha tikseb mill-Unjoni Ewropea allokazzjoni ta' €2.27 biljuni joffri opportunità unika lil Malta biex tinvesti fir-riżors uman tagħha, li huwa l-aktar riżors importanti li għandha. Dan l-investiment jista' jsir primarjament permezz tal- Programm tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (ESF+) li se jikkumplimenta investimenti u interventi oħra finanzjati mill- Unjoni Ewropea f 'dan il-qasam. Ħejjejna l-ewwel dokument minn sensiela li fihom se nkunu qed nipproponu kif il-Gvern għandu jonfoq il-Fondi Ewropej allokati għal Malta. Dan l-ewwel dokument dwar il-Fond Soċjali Ewropew (ESF+) tnieda it tal-ġimgħat ilu u issa jinsab għall-Konsultazzjoni Pubblika li se tintemm fit-30 ta' dan ix-xahar. Wara li tagħlaq din il- Konsultazzjoni, il-Gvern jevalwa l-opinjonijiet espressi u mbagħad nimxu biex nibdew ninvestu dawn il-fondi. Waqt li konna qed nagħmlu dan, qegħdin naħdmu wkoll fuq dokumenti oħra li ser inressqu quddiem l-imsieħba soċjali u l-pubbliku dwar programmi oħra ta' infieq mill-baġit allokat għal Malta. Il-Programm ESF+ għal Malta, b'budget totali f 'inizjattivi u investiment li se jlaħħaq il-€193 miljuni, se jkompli jibni fuq l-appoġġ li diġa' ingħata lill-qasam tar-riżorsi umani fi programmi preċedenti, iżda il-programm il-ġdid se jkun qed jirrifletti b'mod partikolari lejn l-isfidi li ġabet magħha il-pandemija Covid-19. Nafu lkoll li din il- pandemija ħalliet l-effetti tagħha fuq l-istabbilta fis-suq tax-xogħol u l-proviżjoni ta' servizzi f 'diversi oqsma, fosthom fis-saħħa u l-edukazzjoni. Il-pandemija esponiet lil diversi gruppi vulnerabbli, fosthom nies fir- riskju tal-faqar għal riskji ġodda fil-qagħda soċjo-ekonomika tagħhom. F'dan id-dawl, l-investimenti taħt il-programm ESF+ għandhom l-għan li jżidu l-kapaċitajiet fis-setturi kollha li jaqgħu fid-dimensjoni tar- regolament Ewropew dwar ESF+, partikolarment is-settur tal- impjiegi, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-qasam soċjali, bl-oġġettiv li jitjiebu is-servizzi mogħtija f 'dawn l-oqsma u li jiġu adattati għall-ħtiġijiet ġodda li qed naraw jiżviluppaw. ESF+ għal Malta ħa jkun ibbażat fuq erba' prijoritajiet prinċipali li huma: • Jissaħħu l-opportunitajiet tax-xogħol u r-reżiljenza tas-suq tax-xogħol; • It-trawwim ta' inklużjoni attiva għal kulħadd; • Edukazzjoni ta' kwalita u inklussiva, u tisħiħ fit-tagħlim tul il-ħajja (lifelong learning); • Tiġi indirizzata r-realtà ta' persuni mċaħħda minn affarijiet materjali. Barra dawn il-prijoritajiet se jkun hemm ukoll nefqa ta' €1 miljun bħala appoġġ ta' għajnuna teknika lill-imsieħba soċjali għaliex nemmnu li dawn l-imsieħba għandhom ikomplu jagħtu l-kontribut tagħhom permezz ta' proposti għall-politika dwar saħħa, edukazzjoni, id-dinja tax-xoghol u l-inklużjoni soċjali fost affarijiet oħra. Nindirizzaw il-problemi ta' dawk l-aktar vulnerabbli Ir-riżorsi mill-Programm ESF+ se jkunu indirizzati b'mod dirett lejn il-ħtiġijiet ta' dawk vulnerabbli, l-iżvantaġġati u gruppi emarġinati fis-soċjeta fosthom it-tfal, persuni fir-riskju tal-faqar, l-eżkluzjoni u ċ-ċaħda materjali, persuni b'diżabilita, kif ukoll iż-żgħażagħ u persuni barranin. Dan bil-għan li tikber l-inklużjoni u l-integrazzjoni. Il-programm ser ukoll itejjeb, jimmodernizza u jkabbar l-aċċessibilita fl-edukazzjoni, isaħħaħ l-isforzi biex il-livell tal- impjiegi f 'pajjiżna jibqa' wieħed stabbli u b'saħħtu. Il-programm ESF+ irid ukoll jippromwovi opportunitajiet ġodda ta' impjiegi fosthom inizjattivi biex tonqos id- diskrepanza fil-pagi bejn is-sessi. Fost l-inizjattivi ewlenin li qed jiġu proposti f 'dan id-dokument hemm dik li jkun estiż il- programm "One tablet per child" sabiex ngħaddu l-għodda lill- istudenti f 'livell sekondarju biex jaħtfu l-opportunitajiet li se tkun qed toffrilhom id-dinja tax-xogħol fl-era diġitali. Insaħħu l-kapaċitajiet tal-forza tax-xogħol Fis-snin li għaddew tajna importanza kbira lit-tagħlim u t-taħriġ għaż-żgħażagħ tagħna u minn investimenti kbar ta' miljuni ta' Ewro, fosthom minn Fondi Ewropej rajna eluf ta' żgħażagħ jitgħallmu, jitħarrġu u jsibu impjieg tant li f 'pajjiżna għandna fost l-inqas rati ta' żgħażagħ jirreġistraw għax-xogħol fl-Ewropa kollha. Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet ser naħdmu biex insostnu l-miżuri li jintegraw liż-żgħażagħ fid-dinja tax-xogħol permezz ta' miżuri imsejjħa work exposure measures. Irridu nsaħħu l-kapaċitajiet tal-forza tax-xogħol tagħna bil-għan li l-ħaddiema tagħna jkunu mħejjija għall- impjegi li jinħolqu permezz tal- Green Deal u l-Istrateġija Diġitali Ewropea. B'dan il-programm ESF+ irridu naħdmu biex nilqgħu l-isfidi li qed ipoġġu quddiemna ż-żminijiet tal-lum partikolarment fil-qasam tax-xogħol fosthom il-mobilità professjonali biex nibqgħu dejjem kompetittivi fuq skala internazzjonali. Fost affarijiet oħra qed nipproponu allokazzjoni li se tkun qed tiffoka fuq it-tagħlim tul il-ħajja kif ukoll biex jinħolqu opportunijiet ta' upskilling u reskilling għal kulħadd. Se nkomplu wkoll nagħtu għotjiet sostanzjali għal scholarships f 'diversi oqsma biex iż-żgħażagħ tagħna jkollhom l-opportunità jkomplu jippreparaw ruħhom għad-dinja tax-xogħol kif inhi llum u kif se tkun fil-ġejjieni. Ngħinu lill-aktar vulnerabbli mċaħħda minn affarijiet materjali Se nkunu qegħdin naħdmu biex ikompli jonqos l-għadd tal-persuni mċaħħda minn affarijiet materjali u rridu li ssir integrazzjoni ta' dawn il-persuni biex jinkiser iċ-ċirku tal-faqar u b'hekk ikompli jonqos l-għadd tagħhom. Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet qed jiġu ppjanati miżuri bil- għan li jsir ix-xiri ta' oġġetti tal-ikel, il-ħażna, it-trasport u d-distribuzzjoni tagħhom lill- persuni milquta. Se jkun qed jingħata appoġġ għal sistema ta' vawċers għall-persuni mċaħħda minn affarijiet materjali. Qed tkun mistħarrġa il-vijabbilita ta' sistema ta' din ix-xorta kif ukoll l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tagħha. Bil-għan li jinkisbu l-aqwa livelli fis-servizzi offruti tas-saħħa il-programm ESF+ se jappoġġja investimenti li jsiru biex jissaħħu l-kapaċitajiet u l-istrutturi tas- servizzi tas-saħħa u ta' kura billi jsir aktar taħriġ f 'kull qasam ħalli s-servizzi kollha dejjem ikunu ċċentrati fuq il-ħtiġijiet tal- pazjent. Il-fehma tiegħek tiswa Fadal it jiem biex kull min huwa interessat jagħti wkoll l-opinjoni tiegħu dwar kif ser inkomplu nsaħħu l-qasam soċjali ta' pajjiżna. F'dan il-perjodu ta' konsultazzjoni pubblika rridu nkomplu nisimgħu m'għand in-nies jekk għandhomx ideat oħra jew prijoritajiet li forsi aħna m'aħniex nindirizzawhom f 'dan id-dokument li ressaqna quddiemhom. Determinat li nagħmlu l-aqwa investiment fin- nies permezz ta' dawn il-fondi. Stefan Zrinzo Azzopardi huwa s-Segretarju Parlamentarri għall-Fondi Ewropej fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 August 2021