Illum previous editions

ILLUM 29 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1405697

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 22 TA' AWWISSU 2021 analiżi aħfrulna' - Peppi u Andrew jipproponu bidliet radikali fil-Ħabs Huma jgħidu li l-binja preżenti għandha ssir żona ta' rikreazzjoni, akkomodazzjoni soċjali u ċentru sportiv. Kumment: Il-mistoqsija hija jekk jagħlaq il-ħabs f 'Raħal Ġdid fejn se jsir ieħor minfloku? Isir fejn isir se joħloq tgergir kbir - jekk isir fl-urban żgur li se jsib ħafna oppożizzjoni mir-residenti tal-lokalità. Jekk ma jsirx fl-urban isib l-oppożizzjoni ta' ħafna ambjentalisti. Mhux ċar ukoll kif ħabs F'Ħal Qormi, il- Mellieħa jew Kemmuna, għall-argument u eżempju - se jfisser inqas stigma, ladarba l-istituzzjoni se tibqa' l-istess. Oġġettivament, il-kummenti u tixbih ma' Auschwitz huma eseġerazzjoni tal-prima klassi! Arja ikkundizzjonata! Peppi u Andrew qed jisħqu li hemm bżonn illi tiġi nstallata arja kkundizzjonata mal-ħabs kollu "immedjatament." Jisħqu li l-bard u anke s-sħana qed tkun waħda mir- raġunijiet li qed twassal għal disperazzjpni u attentati ta' suwiċidju. Kumment: Peress li Malta mhix eżattament l-Iżlanda u kif rajna fl-aħħar jiem is-sħana tas-sajf tista' tkun kiefra ħafna, li priġunier ikollu aċċess għall-arja kkundizzjonata għandha tkun xi ħaġa bażika. Peppi Azzopardi kien ikkwota lil priġunier fl-istess ċella ma' Colin Galea (li miet it ġranet ilu) jgħid li lanqas fann ma riedu jagħtuhom fiċ-ċella! Porkerija kbira! Fl-aħħar mill-aħħar dawn huma bnedmin u għandhom jiġu trattati ta' bnedmin! Rappreżentanza mill-priġunieri stess! Waħda mill-proposti ta' Peppi u Andrew hija li kull diviżjoni jkollha r-rappreżentant tagħha tal-priġunieri u li dawn ikollhom aċċess il-ħin kollu għal membru tal- amministrazzjoni. Qed jipproponu wkoll li jinħoloq kumitat magħmul minn priġunieri, eks-priġunieri, professjonisti, nies fil-midja u aktar. Qed jipproponu wkoll li tinħoloq skola tal-arti espressiva fil-Ħabs li toħloq attivitajiet ta' teatru, mużika, skultura u oħrajn. Dan apparti li qed jipproponu wkoll li jinħoloq vlog jew gazzetta jew mezz tax- xandir li jagħtihom vuċi. Kumment: It-tmexxija tal-ħabs, bħat- tmexxija ta' diversi entitajiet oħrajn, ma tistax isseħħ jekk mhux bil-parteċipazzjoni tal-priġunieri. Huwa importanti li persuna tħoss li hija parti mit-tmexxija u minn dak li jiddetermina l-ambjent li fih qed tgħix, f 'kull ċirkostanza u allura anke fil-Ħabs. Għalhekk din il-proposta tidher li tagħmel sens. Mezzi tax-xandir li jagħti vuċi lill- priġunieri huma tajbin, sakemm iżda jitmexxew u jkollhom persuna li qed tevalwa b'reqqa u tivverifika dak li qed jingħad, għax naturalment min ikollu aġenda jaħbi u min ikollu aġenda jeseġera f 'ħabs (bħal kullimkien!)! Ma jidhirx iżda, bil-programmi televiżivi kif ukoll spazji li qed jingħata fil-gazzetti dan is-suġġett, li hemm bżonn mezz ieħor. Aktar viżti u t-tfal qatt ma jitwaqqfu minnhom Peppi u Andrew qed jipproponu li l-viżti ta' familjari jkunu aktar frekwenti, li jerġgħu jiddaħlu l-laqgħat konjugali u li t-tfal qatt ma jiġu penalizzati minn waqfa tal-viżti. Huma qed jipproponu li priġunieri bi tfal jitħallew jaraw lit-tfal f 'postijiet adegwati mhux fil-Ħabs, filwaqt li jisħqu li telefonati għal Malta u anke internazzjonalment għandhom ikunu mingħajr ħlas. Fi proposta oħra Peppi u Andrew jisħqu li l-priġunieri għandhom jingħataw iċ-ċans ikunu preżenti f 'attivitajiet bħal preċetti u birthdays "mingħajr il-bżonn ta' uffiċjali" għax jgħidu li t-tagging għandu jkun biżżejjed. Kumment: Parti mill-fejqan ta' persuna hija l-familja, bla dubju u f 'kull ċirkostanza fil-ħajja - inkluż priġunerija. Din il- proposta tagħmel ħafna sens mil-lat uman kif ukoll dak soċjali u psikoloġiku u żgur li sservi biex tmewwet u tnaqqas mit-tensjoni tal-post. Ikun ifisser aktar bżonn ta' sigurtà - bla dubju - iżda xejn li ma jistax isir. Direttur biż-żewġ terzi u l-Ħabs taħt il- Ministeru ta' Falzon! Naturalment ma setax jonqos li Peppi u Andrew jagħmlu proposti fuq il-kariga li tant u tant qed jikkritikaw bħalissa - jiġifieri dik ta' direttur tal-ħabs. Huma qed jgħidu li din il-kariga għandha tingħata fuq kuntratt ta' tliet snin, li jiġi kkonfermat kull sena, liema rwol qed jipproponu li jingħata bl-approvazzjoni taż-żewġ terzi tal-Membri Parlamentari. Huma qed jisħqu li t-tmexxija tal-Ħabs għandha tiġi maqsuma bejn id-direttorat ta' tmexxija u d-direttorat tas-sigurtà - li jaqgħu d-direttur ġenerali. Qed jipproponu wkoll li d-direttur preżenti jgħaddi minn personality testing, "ħalli jiġi stabbilit jekk dan għandux ħiliet, l-intelliġenza emottiva u l-kapaċità li jħenn." Jipproponu wkoll li kull direttur ġdid għandu jgħaddi minn skrutinju. Mil-lat politiku qed jgħidu li l-Ħabs għandu jimxi taħt il-portafoll tal-Affarijiet Soċjali, taħt it-tmexxija tal-Ministru Michael Falzon li jgħidu illi għandhom fiduċja għamja fih. Kumment: Wara diversi riformi li saru fl-aħħar sena u nofs diversi rwoli pubbliċi u istituzzjonali bħal Ombudsman qed jinħatru biż-żewġ terzi. Naturalment kif qed naraw fil-każ tal-Ombudsman din is-sistema tista' twassal għal inċertezza minħabba nuqqas ta' qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni - minkejja li fuq il-karta tibqa' sistema tajba biex min jinħatar igawdi fiduċja politika kemm jista' jkun kbira. In-nuqqas ta' qbil li jwassal għal status quo għal ġimgħat jew xhur ma tistax tiġri fil-ħabs, għal raġunijiet ovvji, u forsi minflok din is-sistema għandha tkun evalwata aħjar dik li biha issa beda jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija - meta jiġi biex jinħatar id-Direttur tal-Ħabs. Peppi Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 August 2021