Illum previous editions

ILLUM 12 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1409315

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 12 TA' SETTEMBRU 2021 Carmel Bonnici Andy Hardy – it-tfajjel tipikament Amerikan f'serje ta' films popolari (1) Waħda mill-aktar serje ta' films popolari ta' kull żmien, il-familja Hardy dehret għall-ewwel darba fuq il-liżar ċinematografiku fl- 1937 fil-film A Family Affair, bl- atturi Lionel Barrymore u Mickey Rooney bħala l-missier u l-iben. Fl-1938, You Only Die Once beda din is-serje uffiċjali fil-belt ta' Carvel b'Rooney bħala Andy Hardy, teenager tipikament Amerikan b'interess fil-karozzi u t-tfajliet, Lewis Stone bħala l-Imħallef James Hardy, missier ta' dixxiplina imma li jagħder u jiem, Fay Holden bħala l-omm mill-aktar baħbuħa, Cecilia Parker hija Marian, oħt il- kbira ta' Andy, ħerqana li ssir mara żagħżugħa, Sara Hayden bħala z-zija Millie u Ann Rutherford hija Polly, il-ħabiba spiss injorata minn Andy meta jkun impenjat iżda li, fl- aħħar mill-aħħar dejjem jirrikorri għaliha. George B. Seitz idderieġa l-maġġoranza tax-xogħlijiet ta' din is-serje. Prova soda kemm din is-serje kienet tappella għall-udjenzi kien l-Oscar speċjali li l-M.G.M. irċevew "talli b'mod ċar ippreżentaw il-ħajja tipikament Amerikana." Minn naħa tagħhom dan l-istudjo għamlu użu minn din is-sensiela twila biex taw ċans li jiorixxu atturi femminili prinċipjanti bħal Judy Garland, Lana Turner, Esther Williams, Kathleen Grayson u Donna Reed. Il-films ta' Andy Hardy mhux dejjem jinżlu tajjeb bl-intriċċi ta' Mickey Rooney u b'ħafna kliem b'djalett ta' żmien is-snin erbgħin, fejn dawn il-produzzjonijiet ġieli jinħassu antikwati. F'wieħed mill-films Andy jgħid lil missieru, "Tista' terġa' tgħidhieli" u l-Imħallef iwieġeb: "Għalfejn nerġa' ntennieha. Ma imtiex l-ewwel darba?" In-natura sentimentali ta' ħafna minn din is-serje ma tiffittjax ma' kif naħsbuha llum u ġeneralment il-films ta' Andy Hardy jservu l-aktar bħala tiira vivida ta' żmien li f 'Hollywood u l-Amerika ilu li nbidel u għadda. Infatti, meta l-grupp kollu barra Lewis Stone reġgħu ngħaqdu fl- 1958 għall-film Andy Hardy Comes Home, maħdum 12-il sena wara l-aħħar wieħed, din il-formola ma tatx riżultat sodisfaċenti. Li baqa' minn dawn il-produzzjonijiet hi żgur it-talent li bihom inħadmu. Dan li ġej hu xi tagħrif qasir dwar din is-serje kollha: A FAMILY AFFAIR (1937) (69 min.) Direttur George B Seitz. Jaħdmu Lionel Barrymore, Mickey Rooney, Spring Byington, Cecilia Parker. L-ewwel produzzjoni divertenti f 'din is-serje modesta iżda li għamlet suċċess finanzjarju qawwi. L-Imħallef Hardy jkollu jsolvi ħafna problemi familjari waqt li qed jipprova jerġa' jkun elett. Introduzzjoni tajba għall-ħlewwa sentimentali tal-ħajja b'viżżjoni ta' belt żgħira Amerikana. YOU'RE ONLY YOUNG ONCE (1938). (78 min.) Direzzjoni George B. Seitz. Jaħdmu Lewis Stone, Cecilia Parker, Mickey Rooney, Fay Holden, Ann Rutherford. It- tieni film dwar Andy Hardy fejn hu u oħtu jfittxu l-imħabba meta l-familja tkun vaganza f 'Catalina. JUDGE HARDY'S CHILDREN (1938) (78 min.) Dirett minn George B Seitz. Jidhru Lewis Stone, Mickey Rooney, Cecilia Parker, Fay Holden, Ann Rutherford. It- twajjeb imħallef ikollu doveri x'jaqdi f 'Washington D. C. fejn Andy jinkaram wara t-tifla ta' diplomatiku Franċiż. LOVE FINDS ANDY HARDY (1938) (90 min) .Dirett minn George B. Seitz. L-atturi prinċipali huma Lewis Stone, Mickey Rooney, Judy Garland, Cecilia Parker, Fay Holden, Ann Rutherford, Lana Turner. Wieħed mill-aqwa ta' din is-serje jurina lil Andy Hardy qisu miġnun jinnamra ma' żewġ tfajliet fl-istess ħin. Judy Garland u Lana Turner jagħtu support tajjeb waqt li Judy tkanta 3 kanzunetti, nkluż Meet e Beat Of My Heart. OUT WEST WITH THE HARDYS. (1938) (84 min.) Direttur George B. Seitz. Jaħdmu Lewis Stone, Mickey Rooney, Cecilia Parker, Fay Holden, Ann Rutherford Sara Haden. Avventuri f 'razzett għall-familja Hardy fejn ħabib tagħhom qed jiffaċċja problemi tal-ilma. Sara Haden tagħmel debut feliċi f 'din is-serje. THE HARDYS RIDE AGAIN. (1939) Dirett minn George B. Seitz. Jidhru Lewis Stone, Mickey Rooney, Cecilia Parker, Fay Holden, Ann Rutherford. L-inkwiet finanzjarju jitfaċċja meta l-familja Hardy jixtru qasam tal-bini u hawn jidħlu fid- dinja ta' dawk sinjuri ġodda. Ikompli l-ġimgħa d-dieħla

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 September 2021