Illum previous editions

ILLUM 12 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1409315

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' SETTEMBRU 2021 • illum 'F'ħames snin 109,000 persuna sfaw vittma YENDRICK CIOFFI Il-kriminologu, il-Professur Saviour Formosa, spjega mal- gazzetta ILLUM li f 'ħames snin, bejn l-2015 u l-2020, 109,149 persuna sfaw vittma ta' reat kriminali, bi kważi 18,000 minnhom ikunu anzjani li għandhom aktar minn 60 sena. Mill-banda l-oħra, fl-istess perjodu, daħlu il-ħabs medja ta' 1,000 persuna fis-sena, jiġifieri madwar 5,000 persuna f 'ħames snin. Kien f 'dan id-dawl li l-Professur Formosa saħaq mal- gazzetta ILLUM li kwalunkwe ħaġa li tiġi proposta dwar il- ħabs u dak kollu li għandu x'jaqsam miegħu, il-kriminalità u l-priġunieri, għandu jkun ibbażat fuq il-fatti u mhux fuq l-emozzjoni. "Fejn tidħol il-kriminalità m'hemmx emozzjoni. Hemm biżżejjed vittmi. Kulma nipproponu jrid ikun ibbażat fuq il-fatti u mhux fuq l-ispekulazzjoni," insista Formosa. Fakkar kif bħalissa hemm diversi inkjesti għaddejin dwar il-ħabs u twaqqaf bord biex jinvestiga l-proċeduri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Fi kliemu, wieħed għandu jistenna l-eżitu ta' dawn il-proċessi u jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet li dawn jagħmlu. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Professur Formosa fid-dawl ta' diversi rapporti u kritika li qed issir bħalissa fuq it-tmexxija tal-Faċilità Korrettiva u anke wara l-100 proposta li ressqu l-Professur Andrew Azzopardi u l-ġurnalist Peppi Azzopardi għall-ħabs u għad-drittijiet tal- priġunieri infushom. Formosa insista li f 'Malta minn dejjem kien hawn "il- problema" li l-enfasi jitpoġġa aktar fuq l-aggressur milli fuq il-vittma u fi kliemu dan żdied bi programmi, bħalma kien Xarabank, li poġġa ħafna enfasi fuq it-tajjeb tal-priġunier. Insista li dan huwa pożittiv sakemm ma jkunx għad-dettriment tal-vittmi u l-familji tagħhom. Insista li l-kriminoloġija ma tistudjax biss il-kriminal. "Jiġri x'jiġri, l-aggressuri u l-kriminali se jibqgħu hemm u se jibqgħu jiżdiedu u jinbidlu. Illum il- kriminal mhuwiex dak li jmur jisraq xkora patata biss, imma l-kriminal sar aktar sofistikat u għalhekk il-vittma qed ibati aktar," saħaq. "Qed niffukaw fuq ħaġa waħda biss. Niffokaw fuq siġra waħda u ninsew li qegħdin ġo foresta sħiħa." 'Ma nistgħux niffukaw fuq parti biss mill-problema' Iżda l-ILLUM tistaqsih x'qed jagħmlu ħażin dawk li qed jitkellmu favur id-drittijiet tal- priġunieri. Formosa insista li hu assolutament mhux qiegħed jikkontesta dan jew jiġġustifika dak li allegatament qed isir fil- ħabs, anzi faħħar is-suċċess li għamlu għaqdiet bħar-RISe u anke Mid-Dlam għad-Dawl li jaħdmu mill-qrib mal-priġunieri għar-rintegrazzjoni tagħhom fis- soċjetà. "Jiena qed ngħid biss li ma nistgħux niffukaw biss fuq parti mill-problema," spjega. Kien hawn li bħala eżempju semma l-medjazzjoni u staqsa kemm kien hemm vittmi li marru jitkellmu mal-aggressur. "Din ma ħadmitx daqs kemm xtaqna. Jiena naħseb li qed ninjoraw l-isfida vera u qed niffukaw fuq l-attakki personali, " kompla. "Jiena mhux se nitkellem fuq jekk direttur għandux jitneħħa jew le. Dak hemm proċessi u proċeduri u mhux iqum xi ħadd filgħodu u jiddeċiedi jekk jafx jgħajjat." 'Qabel kienu jmutu bl-overdose u llum bis-suwiċidju ... xorta gravi' Insista li l-vera sitwazzjoni hija li Malta kellha ħabs li, fi kliemu, ma għandha qatt tmur lura għalih. Qal li meta beda r-riċerka tiegħu hu, il-ħabs kien immexxi minn Amerikan li kien iffissat fuq ir-reliġjon u "biddel il-ħabs f 'tempju." "Konnha nżewġu l-priġunieri, inġibuhom fuq it-televiżjoni u jmur il-Ministru. Imma kienet biss qoxra," insista. Saħaq li rieda vera li l-affarijiet jinbidlu ma' kienx hemm, sakemm bdew imutu persuna wara l-oħra bl- overdoses. "Illum ma jmutux bl- overdoses. Qed imutu bis- suwiċidju. Gravi ħafna xorta waħda. Imma jiena naħseb li qed nibnu monstru minn monstru ieħor. Il-ħabs huwa dak li hu, mhux faċli timmaniġjah. Il-ħabs l-aktar li jesa 600 persuna. Tista' tispjegali kif se timmaniġja 1,000 ruħ?", kompla jistaqsi. Insista wkoll li b'Pulizija u Qrati aktar effiċjenti u b'aktar riżorsi, in- nies li jidħlu l-ħabs se jiżdiedu u mhux jonqsu. Iċċara u insista fuq il-punt li kemm ir-renju tal-biża' iżda anke r-renju tal-free for all huma estremi u għandhom jiġu mitigati. 'Id-diskussjoni ma tistax tkun ibbażata fuq persuna imma fuq struttura sħiħa' Saħaq li hemm ħafna x'jista' jsir u li hu ilu ħafna żmien jitkellem anke fuq miżuri, bħalma hija dik tat-tagging (li hu pproniha fuq firxa aktar wiesgħa) li issa qed terġa' tkun proposta. Fi kliemu, meta pproponiha hu, spiċċa quddiem il-Kummissarju għall- Protezzjoni tad-Data. "Id-diskussjoni ma tistax tkun ibbażata fuq persuna jew oħra. Id-diskussjoni għandha tkun fuq l-istruttura sħiħa," kompla jisħaq. Il-Professur Formosa insista li ħafna drabi, aktar milli l-istorbju, il-ħidma ssir fis-skiet u għandha tkun ibbażata fuq il-fatti. Fakkar li r-riforma fil-Pulizija kienet frott snin ta' ħidma fis-skiet u li llum bdiet tħalli l-frott tagħha. Madanakollu l-ILLUM tistaqsih jekk jaħsibx li saru proposti tajbin u insista li hemm ħafna punti li jaqbel magħhom fosthom dik li jkun hemm Ombudsman għall-ħabs u l-probation. 'U l-vittma li qiegħda hemm barra? X'se jsir minnha?' Iżda l-ILLUM tkompli tfakkru li r-rati ta' reċividiżmu qed juru li l-ħabs mhuwiex jiffunzjona. Insista li l-ewwel u qabel kollox wieħed irid jagħmel differenza bejn dik li sejħilha bħala "reentry" u reċividżmu. Spjega kif fil-ħabs illum hemm nies li daħlu anke aktar minn 80 darba u għalhekk saħaq li waħedha tqum il-mistoqsija jekk din il-persuna tistax tiġi rijabilitata. Staqsa wkoll għaliex priġunieri li jingħataw id-dritt li japplikaw għall-parole mhux qed jagħżlu dan u minflok qed imorru għar- remission, jiġifieri jippreferu jagħmlu it aktar snin fil-Faċilità u mbagħad joħorġu mingħajr l-ebda restrizzjoni jew inkella biżgħa li jekk jagħmlu xi ħaġa mill-ġdid se jerġgħu jispiċċaw il-ħabs. Fakkar li bil-parole, anke jekk priġunier joħroġ mill-ħabs, f 'każ li f 'dak iż-żmien li ffranka mill- ħabs iwettaq xi reat, se jerġa' jidħol minnufih. "Ma jagħmilx sens li jkun hemm ir-remission meta hemm il-parole. U l-vittma li qiegħda hemm barra? X'se jsir minnha?", kompla jistaqsi l-kriminologu. 'L-età ta' responsabbilità kriminali għandha tonqos mhux tiżdied' Semma wkoll il-fenomenu magħruf bħala 'crime family.' Insista li riċerka ta' Janice Formosa Pace turi kif f 'Malta hawn 622 crime family, li jfisser li terz tal-persuni li jidħlu l-ħabs jappartjenu għal dawn il-familji. Saħaq li dwar dan ħadd mhu jitkellem. Tkellimna wkoll fuq il- kwistjoni dwar jekk tfal jew adoloxxenti għandhomx jispiċċaw il-ħabs. Fakkar kif it tas-snin ilu, Malta għolliet l-età ta' responsabbilità kriminali minn disa' snin għal 14-il sena. "Kellna każi ta' tfal ta' erbatax-il sena li wettqu reati kbar," insista. Kien hawn li saħaq li filwaqt li hawn min qed jargumenta li l-età ta' responsabbilità kriminali għandha tiżdied għal 18-il sena, hu jemmen bil-kontra, jiġifieri li għandha terġa' tonqos għal disa' snin. "Fl-aħħar snin rajna li fejn hemm il-familji fil-kriminalità, dawn qed jużaw din il-bidla Il-kriminologu Saviour Formosa jisħaq mal-ILLUM li dak kollu li jkun propost 'għandu jkun ibbażat fuq il-fatti u mhux fuq l-emozzjoni' waqt li appella biex id-diskussjoni ma tiqafx biss mal-ħabs jew it-tmexxija imma tħares lejn l-istampa l-wiesgħa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 September 2021