Illum previous editions

ILLUM 12 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1409315

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni IL-ĦADD 12 TA' SETTEMBRU 2021 • illum Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-ADPD Il-kumpaniji tal-PLPN jeħtieġ li jkunu rregolati sewwa T al-PLPN, permezz tal-kumpaniji tagħhom tal-midja, għandhom jagħtu l-miljuni lill-Kum- missarju tal-VAT. Kif jistgħu qatt ikunu kredibbli meta jitkellmu dwar il-miżuri meħtieġa kontra l-evażjo- ni tat-taxxa? Mhux aħjar li jkunu huma minn tal-ewwel li jħallsu dak dovut u jagħtu l-eżempju? Iktar kmieni din il-ġimgħa konna infurmati li l-kumpaniji tal-midja tal-PL u tal-PN għandhom jagħtu mal-€5 miljuni lill-Kummissarju tal-VAT. Dan l-ammont hu dovut lill-kaxxa ta' Malta u jirrappreżenta taxxa li nġabret mill-kumpaniji tal-PLPN u nżammet għandhom. Iż-żamma għandhom da parti tal-kumpaniji tal-PLPN ta' dawn il-€5 miljuni jfisser li dawn ħadmu u qed jaħdmu bi flus li mhumiex tagħhom, iżda tal-kaxxa ta' Malta. Huwa self moħbi li minnu bbenefikaw kemm il-PL kif ukoll il-PN. Għalhekk kważi skiet perfett. Fejn jaqblihom iħokku dahar xulxin: malajr jihiemu bi it kliem. L-għaqdiet tan-negozju għamlu sew li semmgħu leħinhom u lmentaw pubblikament dwar dan it-trattament preferenzjali tal- kumpaniji tal-PLPN dwar il-ħlas tal-VAT li dawn għad għandhom pendenti. Huwa essenzjali li l-mexxejja tal-pajjiż imexxu bl-eżempju. Kif ngħidu, il-kliem iqanqal, imma l-eżempju jkaxkar. Il-problema iżda hi ħafna ikbar minn hekk. Xi żmien ilu l-midja kienet ikkummentat dwar il-fatt li tal-PLPN anqas il-kontijiet tad- dawl u l-ilma ma kienu qed iħallsu. Il-kontijiet pendenti kienu enormi. L-aħħar informazzjoni li sibt kienet tindika kontijiet pendenti tal-PLPN u l-kumpaniji tagħhom, flimkien, għall-ammont ta' madwar €2,500,000. Diffiċli biex ikollok informazzjoni preċiża u aġġornata minħabba li l-ARMS tqis li din hi materja kunfidenzjali minkejja li hi materja ta' importanza nazzjonali enormi: għax il-PLPN qed jabbużaw mis-sistema u l-awtoritajiet mhux biss qed iħalluhom imma qed jostruhom. L- ARMS għandha l-obbligu li tittratta lill-kumpaniji tal-PLPN bl-istess mod li timxi ma' kumpaniji oħra: trid tassigura ruħha li anke huma jħallsu l-kontijiet fil-ħin! Għadni ma semmejtx l-arretrati dwar il-ħlas tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà nazzjonali u t-tnaqqis tal-PAYE għat-taxxa tad-dħul tal-impjegati tal-partiti politiċi u tal-kumpaniji tagħhom. Minn dak li ġie indikat fil-passat dawn l-arretrati jistgħu jammontaw għal miljuni kbar, avolja l-ammont eżatt tagħhom mhux magħruf! Dan ifisser li fil-prattika tal- PLPN għandhom sors ieħor mhux iddikjarat ta' dħul li bih jiffinanzjaw il-ħidma tagħhom: għandhom kreditu fuq it-taxxi u pagamenti oħra dovuti lill-istat u istituzzjonijiet oħra. Self ieħor iffinanzjat minn dawk li jħallsu t-taxxi: self mhux iddikjarat li jista' jammonta għal madwar €10,000,000! Kull negozju li jkollu jħallas dawn l-ammonti f 'taxxa u ħlasijiet oħra jkollu inkwiet mhux żgħir. Ikun qabad it-triq tal-falliment. Jkun qed jissogra li l-assi tiegħu jittieħdu biex bihom jitħallsu l-kontijiet pendenti. Imma mal-PLPN, qisu ma ġara xejn! Dan kollu irridu narawh ukoll fil-kuntest ta' xi ehim mistur li niskopru bih minn żmien għal żmien bejn il-partiti l-kbar u x'uħud fin-negozju. L-aħħar każ hu dak tal-abbozz ta' ehim bejn il-Labour u Yorgen Fenech liema ehim kien jipprovdi ħlas ta' €200,000 għal xi servizzi. Dan bla dubju jfakkarna fil-każ l-ieħor ta' xi snin ilu bejn il-Grupp dB u l-PN, dwar servizzi ukoll. F'kull każ wara dawn il-ehim hemm moħbija donazzjonijiet politiċi "taparsi ħlas għal servizzi". B'hekk il-partiti l-kbar ikunu qed iduru mar-regolamenti dwar id-donazzjonijiet li jistabilixxu li l-valur kumulattiv ta' donazzjoni fi flus lill-partit politiku ma tistax taqbeż il-limitu ta' €25,000 minn sors wieħed speċifiku. Dan kollu jipponta lejn nuqqas gravi u intenzjonat fit-tfassil tal-leġislazzjoni li tirregola l-finanzjament tal-partiti politiċi. Għidna repetutament li kemm il-PL kif ukoll il-PN kontinwament qed jagħmlu użu mill-kumpaniji tagħhom biex b'mod konvenjenti jevitaw l-obbligi tar-regolamenti finanzjarji. Kif wieħed jistenna, l-PLPN jiċħdu dan kollu. L-PL jinsisti li l-kumpaniji tiegħu ma daħlu fl-ebda ehim ma' Yorgen Fenech. Il-PN, min-naħa l-oħra jinsisti li m'għandu xejn irregolari. Imma mbagħad it-tnejn li huma ma jimxux mar-regoli. Il-kontijiet ivverifikati tal-kumpaniji tagħhom ilhom snin kbar ma jkunu ppreżentati lill-awtoritajiet skond il-liġi. Bħala riżultat ta' dan ma hemm l-ebda dokumenti li jistgħu jindikaw jekk u kif il-kumpaniji tal-PLPN humiex verament mexjin sew u b'mod partikolari jekk humiex kontinwament jintużaw biex ikunu evitati ir-regoli dwar id- donazzjonijiet lill-partiti politiċi. Hemm ħtieġa urġenti li r-regoli li bihom huma rregolati l-kumpaniji tal-partiti politiċi induruhom dawra sew. Dawn il-kumpaniji għandhom ikunu eżaminati fil-kuntest tal-Att tal-2015 dwar il-Finanzjament tal- Partiti Politiċi. Rappurtaġġ fil-ħin hu essenzjali biex ikun assigurat li dawn il-kumpaniji ma jibqgħux jintużaw biex tinkiser il-liġi. F'dan il-mument il-PLPN u l-kumpaniji tagħhom ikkapparraw self sostanzjali bla ebda awtorizzazzjoni. Dik governanza tajba! Il-PLPN ma jistgħux isolvuha din. Huma parti integrali mill- problema. Huma biss Membri Parlamentari eletti minn fost dawk ippreżentati minn ADPD li jistgħu jibdew it- triq tat-tindif tat-taħwid li ħoloq u kattar il-PLPN.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 September 2021