Illum previous editions

ILLUM 12 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1409315

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 12 TA' SETTEMBRU 2021 • illum aħbarijiet 17% biss jemmnu li l-Gvern Malti qed jagħmel biżżejjed biex jilqa' għat-tibdil fil-klima Il-gazzetta ILLUM lura bl-istħarriġ tal-Kummisjoni Ewropea rigward it-tibdil fil-klima. Din id-darba b'analiżi ta' dak li jaħsbu l-Ewropej fuq l-azzjonijiet meħudha mill-UE u l-Gvern rispettiv tagħhom MARIANNA CALLEJA Il-Maltin kienu fost l-Istati Membri li għarfu li hemm bżonn ta' iktar azzjoni fil-konfront tal- isfidi ambjentali li qed taffaċċja d-dinja fil-preżent, b'mod speċjali dawk li jittrataw it-tibdil fil-klima. Il-Maltin huma wkoll fost is-26 Stat Membru fl-Unjoni Ewropea (UE) li jemmnu li l-Gvern Nazzjonali mhux jagħmel biżżejjed biex jittratta t-tibdil fil-klima. Dan ħareġ fl-istħarriġ speċjali tal- Kummisjoni Ewropea permezz tal- Eurobarometer. 26 stat membru tal-UE inkluż il- Maltin, jaħsbu li l-Gvern tagħhom mhux jagħmel biżżejjed L-istħarriġ juri li f '26 Stat Membru tal-UE, aktar min-nofs dawk li wieġbu jaħsbu li l-Gvern tagħhom mhux qed jagħmel biżżejjed biex jindirizza t-tibdil fil-klima. Fost dawk bl-ogħla persentaġġi kien hemm il-Kroazja (89%), il-Portugall (85%) u l-Italja (84%), u l-inqas fl-Awstrija (54%), id-Danimarka (56%) u l-Lussemburgu (63%). Fil-każ tal-Maltin, 79% jemmnu li l-Gvern mhux jagħmel biżżejjed biex jindirizza t-tibdil fil-klima. B'kollox mill-inqas tlieta minn kull 10 persuni li wieġbu huma tal-fehma li l-Gvern tagħhom qiegħed jagħmel biżżejjed fost l-aktar kuntenti nsibu d-Daniżi (37%), l-Awstrijaċi (33%) u l-poplu tal-Lussemburgu (30%). F'dan l-każ, 17% biss tal-Maltin wieġbu li jemmnu li l-Gvern qiegħed jagħmel biżżejjed biex jiġġieled it- tibdil fil-klima. Il-Finlandja hija l-uniku pajjiż minn 27 Stat Membru, fejn l-akbar grupp ta' dawk li wieġbu jaħsbu li l-Gvern tagħhom qed jagħmel biżżejjed biex jindirizza t-tibdil fil- klima b'40%. Kwart ta' dawk li wieġbu jaħsbu li l-Gvern Nazzjonali tagħhom qed jagħmel wisq biex jindirizza t-tibdil fil-klima fil-Finlandja (25%) u warajhom insibu l-Iżvezja b'10%. B'kuntrast, 0% għandhom din il- fehma fil-Kroazja u 1% biss fi tmien Stati Membri tal-UE, inkluż Malta. Ftit iktar minn wieħed minn kull għaxar persuni li wieġbu li ma jafux x'inhu jagħmel il-Gvern tagħhom biex jaffaċja din l-isfida. L-ogħla persentaġġ ta' persuni li wieġbu "ma nafx" kienu l-Bulgari b'11%. Fil- każ ta' Malta, 3% ma jafux x'inhu jagħmel il-Gvern f 'dan ir-rigward. X'jaħsbu l-Ewropej fuq l-miri tal-UE u l-Gvern tagħhom inkluż il-miri tal-2030? Il-parteċipanti ġew mistoqsija kemm jaħsbu li huwa importanti li ż-żewġ awtoritajiet, il-Gvern Nazzjonali tagħhom u l-Unjoni Ewropea stess, jistabbilixxu miri ambizzjużi biex iżidu l-ammont ta' enerġija rinnovabbli użata, bħall- enerġija mir-riħ jew mix-xemx, sal- 2030. Kważi disgħa minn kull 10 Ewropej (88%) jaħsbu li hu importanti li l-Gvern Nazzjonali ta' pajjiżhom jistabbilixxi miri ambizzjużi bħal dawn imsemmija. Malta kellha l-ogħla ċifra fejn 76% jaħsbu li hu importanti ħafna li l-Gvern Malti kif ukoll l-UE jistabbilixxu miri ambizzjużi filwaqt li 17% jemmnu li hu xi it importanti. Bil-kontra ta' dan, 2% tal-Maltin jaħsbu li mhux importanti, filwaqt li 1% jaħsbu li assolutament mhux importanti. Din tal-aħħar kienet ċifra komuni mas-27 stat hekk kif madwar wieħed minn kull għaxar parteċipanti (9%) ma jaħsbux li dan huwa importanti. Din il-mistoqsija kienet ibbażata fuq miri stabbilliti mill-Parlament Ewropew permezz tat-trattat tal- EU Green Deal. Il-Kunsill tal- Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew kienu laħqu ehim politiku proviżorju li jistabbilixxi l-liġi ambjentali nnifisha tal-UE, l-għan tal-UE għall-klima newtrali sal-2050, u l-mira kollettiva għat- tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet għal mill-inqas 55% sal-2030. Fil- fatt lill-parteċipanti, il-Kumissjoni Ewropea staqsiethom ukoll jekk jaqblux ma' kull waħda minn dawn il-miri. Disgħa minn kull għaxar parteċipanti (90%) jaqblu li l-emissjonijiet tal-gassijiet għandhom jitnaqqsu għal minimu filwaqt li jiġu kkumpensati l-emissjonijiet li jifdal biex l-ekonomija tal-UE tkun newtrali għall-klima sal-2050, b'75% ta' dawk li wieġbu jaqsmu din l-opinjoni f 'kull Membru Stat tal-UE. Aaron Farrugia Il-ħames sfidi li jinkwetaw lill-Maltin - Dak li ġie rrapportat mill-ILLUM il- ġimgħa li għaddiet Mill-istess stħarriġ speċjali tal-Kummisjoni Ewropea kien determinat li 19% tal-Maltin iqisu t-tibdil fil-klima bħala l-aktar problema serja li qed taffaċja id-dinja bħalissa. Madankollu it-tibdil fil-klima hi kkunsidrata bħala t-tieni l-iktar problema serja għal Maltin hekk kif l-isfida tat-tixrid tal- mard kienet l-ewwel prijorità (29%, ferm ogħla mill-medja tal-UE ta' 17%). B'dan f 'moħħna, il-Maltin irriżulta li huma l-aktar poplu li jinkwieta fuq problemi tas- saħħa kkawżati mit-tniġġiż b'10%. Fil-fatt din l-isfida tikklassifika bħala t-tielet l-iktar sfida inkwetanti għal poplu Malti. Warajha bl-istess persentaġġ ta' 9% hemm l-isfidi ekonomiċi u l-qerda tan-natura. Il-ħames problema li l-Maltin jinkwetaw fuqha hi t-tnaqqir tad- demokrazija u l-istat tad-dritt (7%). Dawn il-ħames sfidi, kif jista' wieħed faċilment jinnota, jiġbru bejn wieħed u ieħor il-kontenut kollu li jiġi diskuss fuq il-mezzi tax-xandir, ġurnali u l-midja soċjali Maltin. Fil-fatt sfidi oħra li għal Maltin huma "xi ħaġa ta' barra" ma ngħatawx daqshekk importanza. Dan nistgħu narawh kemm fl-armi nukleari, fit-terroriżmu u fil- kunflitti bl-armi, li kollha ġew fl-aħħar tal-istatistika b' 1% tal- Maltin biss jinkwietaw fuqhom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 September 2021