Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1409315
12 intervista IL-ĦADD 12 TA' SETTEMBRU 2021 • illum 'Robert Abela onest u jirrispetta ... qatt ma bagħtna nagħmlu Alan Borg ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Kemm ilek fil-kariga ta' President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti? X'tibdil tara li wettaqt? Ħadt dan l-irwol fl-2020. Matul din is- sena u nofs komplejt nibni fuq il-ħidma li wettaqt kemm ilni attiv fil-politika u fil- Partit Laburista – jiġifieri primarjament biex insaħħaħ l-opportunitajiet. Flimkien mat- tim li għandi miegħi l-ħidma kienet mifruxa fuq diversi livelli. Mill-aspett politiku ma nistax ma nsemmix ir-riforma li xprunajna 'l quddiem – qed nirreferi għall-użu personali b'mod responsabbli tal-kannabis. Sa mill- bidu, sħaqt li ma rridux nibżgħu minn dawn it-tip ta' diskussjonijiet – li għalkemm mhux popolari, jistgħu jtaffu piżijiet kbar, imposti mis-soċjetà imma anke mill-mod li nipprijoritizzaw il-ġlieda tagħna fir-rigward ta' sustanzi jew kriminalità. Apparti minn hekk, tkellimna f 'diversi istanzi dwar temi oħra, fosthom komplejna bil-ħidma politika tagħna biex insaħħu l-parteċipazzjoni taż- żgħażagħ, u xprunajna 'l quddiem diskussjoni biex il-liġi tad-divorzju tkun riformata fost l-oħrajn. Mhux biss, minkejja l-pandemija, saħħaħna l-parteċipazzjoni internazzjonali tagħna. Bil-kuntatt li rnexxielna noħolqu maż-Żgħażagħ Soċjalisti Ewropej (YES) irnexxielna nirbħu 'bid' kontra l-Irlanda ta' Fuq biex fl-ewwel tlett ijiem t'Ottubru li ġej, Malta tkun tista' tospita għall-ewwel darba l-Kungress ta' din l-istess organizazzjoni – li huwa l-ogħla organu, filwaqt li jien kont avviċinat u elett bħala l-ewwel Viċi President Malti tal-YES. Bl-istess mod żammejna u saħħaħna r-relazzjonijiet tagħna mal-IUSY, l-għaqda globali tal-organizazzjonijiet taż- żgħażagħ Soċjalisti u Soċjal-Demokratiku. L-impenn li nsaħħu r-relazzjonijiet ma' organizazzjonijiet oħra kien qawwi wkoll fuq livell lokali bid-diversi attivitajiet li ħloqna, filwaqt li biddilna d-dehra biex nibqgħu niġġeddu. Inħoss li dan l-aproċċ djalogattiv, imma assertiv favur il-bidla kien l-aktar li enfasizzajt ma' sħabi f 'dawn ix- xhur li għaddew. Imma fl-aħħar mill-aħħar, ma nistax inkun jien li niskrutinja ħidmieti stess! Inħallu f 'idejn iż-żmien, biex itina parir! Din il-fergħa hija fost dawk li dejjem imbuttat kwistjonijiet liberali 'il quddiem: Inti bħala President x'taħseb dwar il- legalizzazzjoni tal-kannabis? Ħafna jakkużaw lill-Gvern Laburista li qed jinnormalizza d-droga, kif twieġeb? Aħna qegħdin hawn biex nimbuttaw r-riformi li s-soċjetà tagħna qed tistenna. Bħala fergħa minn dejjem konna konsistenti – għax nemmnu fil-bżonn ta' tibdil f 'dan ir-rigward. Ipparteċipajna fl-ewwel riforma li saret. Imma ħassejna li dak il-pass ma kellux ikun iżolat. Il-ħtieġa tal-bidla ma tiġix darba u daqshekk. Personalment, naf nies li għamlu jew huma users regolari. Dawn huma nies bħali u bħalek. Fuq għażla libera tagħhom, jikkunsmaw il-kannabis. Bħalissa, jiddependu mill-kriminali għax bilfors iridu jfittxu sors illegali. U x'inhuma l-konsegwenzi? Ħafna! Fosthom li kif inhi l-liġi sa issa, jekk anke jinstabu bi it aktar grammi milli tipprovdi l-liġi jkollhom jaffaċċjaw interrogazzjoni, multa jew jitilgħu quddiem it-tribunal. Allura rridu niddeċiedu fuq min verament trid issir il-battalja – adult/a li j/tikkonsma joint fil-kwiet ta' daru/ ha b'għażla personali jew inkella min moħħu biss biex jagħmel il-qliegħ? Nemmen li r-risposta kollha nafuha. Għalhekk mill- bidu konna ċari li naqblu li jkun hemm sors legali minn fejn wieħed jista' jixtri l-kannabis għall-użu personali. Tkellimna man-nies, organizzajna webinar, tkellimna mal-organizzazzjonijiet, saħansitra stedinna liż-żgħażagħ tal-PN, li mhux kollha għażlu li jilqgħu l-istedina tagħna, għarbilna u ssottomettejna s-suġġerimenti tagħna lill-Gvern, għad-differenza tal-PN li la nafu x'pożizzjoni għandu u wisq anqas ipparteċipa fil-konsultazzjoni pubblika! Taqbel li jiġu legalizzati drogi oħrajn? Din hija kwistjoni ta' x'mudell irridu naddottaw bħala pajjiż. L-ewwel nett, ejja nitilqu mill-fatt li mhux kull droga tħalli l-istess impatt ta' ħsara fuq il-ġisem tal- persuna. Irridu nassiguraw li kwalunkwe riforma ssir biex tipproteġi lis-soċjetà tagħna minn ħsara oltre. Nemmen li għandu jkollna qafas b'saħħtu – soċjali; ta' saħħa; rijabilittativ u fuq kollox edukattiv, biex nassiguraw illi jonqos l-ikkunsmar tad-droga. Minn hemm irridu nibdew – kampanja "għid le" biss mhijiex is-soluzzjoni. Ejja nfehmu għaliex tgħid le; x'effetti jkun hemm fuq il-persuna u lil dawk li qegħdin fil-vizzju minflok nkissruhom aktar billi noħolqu dell fuqhom jew nemarġinawhom u naraw li nkunu nistgħu noffrulhom qafas b'saħħtu biex jirrealizzaw l-effetti tas-sustanza fuq is-saħħa fiżika u mentali tagħhom, u jirrijabilitaw. Id-Deputat Mexxej Laburista Daniel Josè Micallef qed jimbutta favur leġiżlazzjoni għall-ewtanasja. Kwistjoni ikkumplikata li titratta wkoll l-etika medika. X'inhuma ħsibijietek? Għalhekk il-Partit Laburista lest għat- tiġdid tal-pajjiż, għax fi ħdanu għandek nies li ma jiddejqux jesprimu l-opinjonijiet tagħhom anke fuq suġġetti sensittivi bħal dawn. Fuq din, naqbel mad-Deputat Mexxej, anke minħabba esperjenza personali li għaddejt minnha. Nemmen li l-ewtanasja b'mod volontarja f 'ċirkostanzi fejn persuna tkun marida b'mard terminali għandha tiġi kkunsidrata u diskussa lil'hinn minn kwalunkwe bias jew ħsieb politiku. Bħala żgħażagħ fil-Partit Laburista konna wkoll kuraġġjużi biex nimbuttaw dan fl-2017. Inti taqbel li jekk mara tagħmel abort għandha tintefa' l-ħabs? Għaliex? Jien mhux persuna li niġġudika. Bla dubju li l-abort mhux suġġett ta' li taqbel jew ma taqbilx. Irridu niddiskutu b'maturità, 'il bogħod mis-sensazzjonaliżmu u l-emozzjonijiet. Suġġetti sensittivi jistħoqqilhom diskussjoni matura, imbagħad il-poplu jkun jista' jiem u jagħżel fejn jixtieq li jmur. Fl-istess waqt, nemmen li wasal iż-żmien li naqbdu diskussjoni matura dwar is-saħħa sesswali – li xi kultant inħoss li għadha taboo f 'pajjiżna. Ilum Malta tinsab fil-Lista l-Griża tal-FATF. Ma taħsibx li Gvern Laburista ġab dan fuq Malta wara li ħalla nies b'kumpaniji fil-Panama jagħmlu negozjati ta' ċerta portata? Int kont tħossok komdu b'nies bħal Keith Schembri fil-partit? Fl-aħħar sena u nofs, l-amministrazzjoni mmexxija minn Robert Abela irnexxielha timplimenta rekord ta' liġijiet u riformi li l-ebda Gvern ieħor ma kellu l-kuraġġ li jintroduċi. Mit-tisħiħ fil-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ħasil tal-flus għall-mod kif ikunu appuntati karigi ta' profil importanti ħafna bħall-ġudikatura u l-maġistratura; il-Kummissarju tal-Pulizija, li ħaddieħor għażel li ma jipparteċipax fil-proċess li sar għall-ewwel darba; għall-ħatra ta' President tar-Repubblika. Dawn huma it mill-ħafna liġijiet li ġew implimentati biex tonqos is- setgħa fl-irwol tal-Prim Ministru u jissaħħu l-istituzzjonijiet. Kienu problemi li bdew mill-2013? Le. Kien hemm żbalji li saru, u li kellhom l-effetti tagħhom, imma bla Kien hemm żbalji li saru, u li kellhom l-effetti tagħhom, imma bla dubju ta' xejn li l-amministrazzjonijiet ta' qabel il-bidu ta' Gvern Laburista, skartaw għall-kollox milli jimplimentaw riformi bħal dawn għaliex kienu pjuttost komdi għalihom Georvin Bugeja Mid-droga, għall-ewstanasja u l-abort. L-FATF u r-responsabbilità tal-PL. Robert Abela u Bernard Grech. L-ILLUM tistaqsi lill-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, Georvin Bugeja