Illum previous editions

ILLUM 12 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1409315

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 12 TA' SETTEMBRU 2021 jirrispetta l-intelliġenza tan-nies nagħmlu stunts redikoli' dubju ta' xejn li l-amministrazzjonijiet ta' qabel il-bidu ta' Gvern Laburista, skartaw għall-kollox milli jimplimentaw riformi bħal dawn għaliex kienu pjuttost komdi għalihom. Is-sistema amministrattiva f 'pajjiżna kienet staġnat. Bla dubju ta' xejn bis-saħħa tal-bidliet li Robert Abela, se jkomplu jiġu milgħuba dawn l-isfidi li għandna quddiemna. Infakkrek li dawn ir- riformi ġew imfaħħra mill-Kummissjoni Venezja u l-MoneyVal. Apparti l-ħsara li saret lil isem Malta, kemm taħseb li saret ħsara lir-reputazzjoni tal- Partit Laburista bl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia? Bl-ebda mod ma nista' niġġustifika delitt – speċjalment meta dan jipprova jkun ta' theddida fuq il-libertà tal-kelma. Imma ma nistax ma nirrikonixxix li f 'dan il-każ il-ġustizzja qed issir u ejja nħalluha ssir, ma kulħadd. Infakkar kif hemm persuna qed tiskonta sentenza ta' priġunerija effettiva, filwaqt li hemm persuni oħra li huma akkużati bil-qtil jew kompliċità. Nirrikonoxxi wkoll r-rieda li dan il-każ jissolva u kif l-investigaturi ingħataw l-għodda neċessarja biex wasslu għall- konklużjonijiet tagħhom – xi ħaġa li ma rajnihiex f 'każijiet oħra tal-istess portata, avolja kien hemm min wiegħed li jekk jirbaħ elezzjoni jgħaddi l-informazzjoni li kellu. Il-ġenerazzjoni żagħżugħa speċjalment dik li ma tiftakarx Gvern Nazzjonalista sew, għadha tħares lejn il-PL għas-soluzzjonijiet? U x'inhuma s-soluzzjonijiet li l-PL qed joffri? Il-Partit Laburista joffri s-soluzzjonijiet biex pajjiżna jibqa' miexi 'l quddiem, kull jum. Ejja nirrikonoxxu li bħall-kumplament tad-dinja din l-aħħar sena u nofs kienet sfida waħda wara l-oħra. Minflok awsterità, pajjiżna addotta politika ta' inċentivi biex in-negozji, min iħaddem, il-ħaddiem, u l-familji ma jaqtgħux qalbhom. Apparti l-Covid-19 u l-miżuri kollha li ġew addottati, ma nistax ma nagħmilx referenza għall-kisbiet oħra kbar. Mill-Unjoni Ċivili għall-adozzjoni minn persuni gay għal żwieġ indaqs; il-liġi tal-koabitazzjoni; ir- riformi fil-liġijiet tad-divorzju; iż-żieda sena wara l-oħra fl-istipendji; trasport pubbliku b'xejn għall-istudenti; il-politika li wasslet għall-anqas rata ta' qagħad, anke fost iż- żgħażagħ – dawn kollha, fost ħafna aktar huma xhieda ta' kif il-Partit Laburista huwa s-soluzzjoni. Dan ma jfissirx li mhemmx aktar xogħol xi jsir, jew mhemmx sfidi oħra li għandhom jinstabu soluzzjoni għalihom – bħall-ambjent. Filwaqt li twettaq ħafna biex l-ambjent u l-kwalità tal-arja jitjiebu, fadal xi jsir! Imma Gvern Laburista kellu l-kuraġġ li jimplimenta proġetti kbar li ambjentalment qed jgħinnu ħafna – bħat-tneħħija tal-HFO minn Malta u x-shore to ship. Minn naħa l-oħra, kif dejjem nisħaq, hija sfortuna li s-soluzzjonijiet ta' kif inkomplu nġeddu lil Malta joffrihom biss Partit Laburista. Ħaddieħor joffri Covid action team tal-PN, li lanqas biss jiltaqa' u hu ispirat mill-istess nies li kitbu l-Local Plans tal-2006 li serqulna art minn barra l-iżvilupp daqs is-Siġġiewi kollu. Għalhekk ma jistgħux ikunu kredibbli meta jilgħabuha tal-puri! Illum qed tikber ġenerazzjoni aktar sensittiva għall-ambjent. Tagħraf dan? Kif se tara li l-PL ikun xprun għal Gvern li jagħmel il-bidliet neċessarji u dawk li jirrispettaw lill-ambjent? Fil-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista ta' Frar 2020 kont għedt li aħna l-aktar ġenerazzjoni konxja dwar l-ambjent. U nemmen fiha. Aktar ma jgħaddi ż-żmien qed napprezzaw il-fatt li dinja waħda għandna u rridu nibżgħu għaliha – mhux biss għalina, imma għall-ġenerazzjonijiet ta' warajna. Nemmen li qed ngħixu l-akbar kriżi eżistenzjali tal-umanità bl-isfidi kollha li qed iġġib magħna l-bidla fil-klima. F'dan is-settur mill-ġdid jidħol il-punt ta' kredibbiltà. L-oppożizzjoni tipprova tippriedka dwar l-ambjent imma fl-istess ħin daqqa tfaħħar u daqqa ma tridx tisma dwar ir-razzjonalizazzjoni tal-2006 għax qed tieħu l-pariri ta' min kitibhom u li żammithom fil- qalba tal-magna tal-ħidma tagħha fid-Dar Ċentrali. U allura, in-nies qed tiżen u tagħraf min tassew għandu għal qalbu l-ambjent. Min mhux biss neħħa l-aktar żejt li jniġġes mill-konsum tal-enerġija, imma issa qed jaħdem biex jaqta' darba għall-dejjem l-HFO mill-Port permezz tax-shore to ship u jien bħala persuna li ngħix fl-akkwati napprezza l-importanza ta' dan! Qed naraw proġett ambjentali, wieħed wara l-ieħor li jiġi mħabbar, bħal vertical green walls, miżura li aħna bħala Żgħażagħ Laburisti konna pproponejna. Qed naraw ukoll il- pjan li sal-2050 pajjiżna jkollu ekonomija ħielsa mill-karbonju. Qed issir ħidma għall-eletrifikazzjoni tal-flotot tal-vetturi, inkluż dawk tat-trasport pubbliku. Il-ban għall-importazzjoni u l-bejgħ ta' single-use plastics sas-sena d-dieħla... dawn fost ħafna miżuri ambjentali oħra biex ikun assigurat li dak li għandna jkun protett, filwaqt li naċċertaw li l-ġenerazzjonijiet li ġejjin ikunu jistgħu jgawdu dak li aħna kellna wkoll! Għalfejn żagħżugħ għandu jagħżel lil Robert Abela bħala Prim Ministru wara l-elezzjoni li jmiss u mhux lil Bernard Grech? What you see is what you get. Ikolli ċ-ċans li nitkellem ma' Robert Abela spiss u l-ispirazzjoni li jimlini biha biex inkompli naħdem biex inkomplu nitkellmu dwar what's next għal pajjiżna hija raġuni minnha nfiha għaliex Robert Abela huwa l-għażla naturali. Apparti minn hekk Robert Abela, onest. Jirrispetta l-intelliġenza tan-nies u leali. Qatt ma ħaseb li ż-żgħażagħ se jivvutaw lill-Partit Laburista għax nitkellmu dwar il-kannabis, kif qal Bernard Grech. Qatt ma bgħatna nagħmlu stunts redikoli biex jipprova jiskurja xi punt politiku kif għamel Bernard Grech. Robert Abela dejjem kien konsistenti fil-pożizzjoni tiegħu u qatt ma ċaħad lil pajjiżu kif għamel Grech. Il-PN jidher li qed jpoġġi liż-żgħażagħ aktar fuq quddiem. Kemm tħossha ta' theddida l-avvanz li jista' jkun qed jagħmel il-PN fost iż-żgħażagħ? Jekk l-PN iqis li qed ipoġġi liż-żgħażagħ fiċ-ċentru għax juża xi fergħa biex jipprova jibgħat xi messaġġ politiku, naħseb li allura għandu problema kbira. Min-naħa l-oħra aħna nibqgħu mħeġġa nressqu 'l quddiem l-ideat tagħna biex inġeddu lil Malta. Se tkun kandidat fl-elezzjoni ġenerali li jmiss? Fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, se niffoka biex bħala President ta' Żgħażagħ Laburisti, nassigura li l-Partit Laburista jkun mill-ġdid l-għażla naturali tal-elettorat. Għalhekk il-Partit Laburista lest għat-tiġdid tal-pajjiż, għax fi ħdanu għandek nies li ma jiddejqux jesprimu l-opinjonijiet tagħhom anke fuq suġġetti sensittivi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 September 2021