Illum previous editions

ILLUM 12 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1409315

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 kultura IL-ĦADD 12 TA' SETTEMBRU 2021 • illum Settembru għenna niffurmaw l-identità CHARLES XUEREB Settembru, Settembrina, jibdlilna s-sala mal-kantina. Għalkemm il-qawl Malti jfakkarna kemm Settembru jġibilna riħ isfel – u allura aħjar tinżel fil-kantina għall-frisk (meta ma kienx hawn l-arja kkundizzjonata) – dan ix- xahar xorta jibqa' marbut ma' ġrajjet Malta aktar minn xhur oħra. Bħal fil-qawl Malti, hemm raġuni klimatika wkoll għaliex ġara dan fl-istorja tagħna. Kif kulħadd jaf li Settembru jagħlaq is-sajf biex jagħti bidu għall-ħarifa, meta t-temp Mediterranju jippermetti it aktar frisk sabiex idaħħal jiem aktar xitwin 'il quddiem. Filwaqt li llum is-sajf hu żmien meta nehdew mix-xogħol u mill- akkademja biex nistrieħu u nqattgħu aktar ħin liberu, fl-imgħoddi – meta t-trasport u l-komunikazzjoni kienu kollha bil-baħar jekk mhux fl-art – is-sajf kien l-aktar żmien bieżel għal min ried ibaħħar, sew għan- negozju u l-kummerċ marittimu kif ukoll għal proġetti ġeo politiċi li kienu jinkludu taqtigħat, kunflitti u saħansitra battalji. Wara battalji fis-sajf, Malta qalbet paġna ġdida Jidher li l-biċċa l-kbira ta' battalji u gwerer miġġielda fuq il-mewġ sa minn żminijiet bikrin – il-Puniċi kontra r-Rumani fl-ibħra tagħna Qabel Żmienna – kienu miġġielda matul ix-xhur sħan iżda komdi tas-sajf. Eqreb lejn żmienna fis-sena 870 il-ħtif ta' dawn il-gżejjer minn idejn il-Biżantini mill-Musulman Għarbi Aħmad, Ħabaši bin Umar, bin Abd Allaħ, bin Al-Aġlab, neputi ta' Ibraħim I ta' Sqallija seħħet lejn l-aħħar t'Awissu. Aktar tard, wara li l-antenati tal-Maltin tal-lum kienu diġà waslu minn Sqallija bħala Għarab Misilmin fis-seklu ħdax u bdew jiġu Ewropanizzati taħt in-Normanni u l-Anġevini – żewġ forzi Franċiżi – fl- 1283 ukoll fis-sajf seħħet battalja fil-Port il- Kbir li fiha ħarġu rebbieħa l-qawwiet navali tal-Aragoniżi u l-Katalani permezz tal- ammiral ħabrieki Ruġġier ta' Lauria. Din battalja qalila li fetħet it-triq għal kisbiet oħra militari Spanjoli fil-Mediterran. Forsi minħabba 'l bogħod fiż-żmien u l-Assedju l-Kbir tal-1565, intilfet mal-Medjuevu għalkemm l-istoriku bravu Charles Dalli jitfa' ħafna dawl fuqha permezz ta' riċerka intriganti. Malta baqgħet fewdu Aragoniż sal-1530. Nistgħu ngħidu li Settembru kull darba kien ix-xahar li fih dawn il-ġzejjer kienu qalbu paġna ġdida. Bla dubju ta' xejn l-akbar avveniment marbut ma' Settembru jibqa' l-Assedju l-Kbir minħabba li meta telqu l-qawwiet tal-Ottomani fl-1565 wara sajf jassedjaw il-Birgu, ħabat lejlet il-Vitorja, festa ta' Marija Bambina propju fl-ewwel jiem ta' Settembru. Dan il-jum mhux biss bqajna nfakkruh sal-lum iżda saħansitra ngħodduh bħala festa nazzjonali, kif xtaqu l-ewwel parlamentari Maltin fl-1921 malli ħadu l-ewwel kostituzzjoni rappreżentattiva kolonjali. Il-Franċiżi u t-Tieni Gwerra Dinjija Ġraw aktar ħwejjeġ storici f 'Settembru iżda l-aktar riċenti fosthom kienu tnejn. Waħda minnhom seħħet fl-1800 meta l-Franċiżi mmexxija mill-Ġeneral Vaubois kellhom iċedu l-Belt u l-Kottonera għax spiċċawlhom il-provvisti tal-ikel wara li kienu mblukkati mir-raħħala tal-kampanja għal sentejn. Din kienet ġrajja mbikkma mhux biss għax ħalliet mal-10,000 vittmi Maltin li ddgħajfu u mietu b'mard u ġuħ fil-kampanja biex jobdu l-qassisin politiċi u n-negozjanti madwar l-Imdina, mgħejjuna mill-marina Brittanika, iżda wkoll għax telfu lil gżiritna sebħ politiku bikri bil-qabda aħjar minn dak li kienu qed jistennew l-abitanti tal-ġzejjer bħala kolonja Brittanika. It-tieni avveniment storiku f 'Settembru hu ferm eqreb lejna. Fit-Tieni Gwerra Dinjija Malta spiċċat taħt il-mira ħarxa tal-attakki mill-ajru tan-Nażi u l-Faxxisti minħabba li l-gzira kienet bażi navali tal-Inglizi. Hawn il-Maltin u l-Għawdxin salvaw bis-saħħa ta' dak li kien fadal mill-konvoj Pedestal, magħruf fostna bħala ta' Santa Marija, għax wasal hawn lejlietha. Settembru għalhekk mill-ġdid għenna nibnu l-ġzejjer tagħna mill-ġdid, ukoll jekk il-veru konvoj li fejjaq il-ġuħ ta' missirijietna wasal hawn it xhur wara, f 'Novembru. Dawn li semmejna hawn kienu kollha battalji li seħħew fis-sajf għax it-temp kien jippermetti tbaħħir aħjar matul xhur anqas riskjużi. L-Indipendenza u l-festi nazzjonali Fl-aħħarnett Settembru jibqa' magħruf bħala t-twelid ta' Malta bħala nazzjon għaliha magħrufa mill-Ġnus Magħquda meta l-Ingliżi għoġobhom jagħtuna l-Indipendenza fil-21 ta' Settembru. Għalkemm din id-data kellha sseħħ it qabel, illum tibqa' mfakkra bħala l-bidu mill-ġdid ta' nazzjon ċkejken li fl-aħħar seta' jieħu nifs u jieqaf fuq saqajh waħdu. Dak Settembru. Imma l-Maltin u l-Għawdxin għandhom jiem oħra mħarsa bħala nazzjonali matul sena. Kronoloġikament insibu s-Sette Giugno (Ġunju), Jum ir-Repubblika (Diċembru) u Jum il-Ħelsien (Marzu). Kien il-Parlament Malti fl-1989 li għadda liġi biex ikollna ħames festi – forsi biex ħadd ma jiġġieled jew iħossu tħalla barra. Tgħid veru għalhekk? Fuq kollox f 'dawn il-ħames festi tidħol riflessjoni stupenda storika oħla minn sempliċiment kompromess partiġġjan. Il-festi nazzjonali jirriflettu l-identità ta' poplu minħabba li spiss huma mfassla fuq il-ġrajjiet ewlenin li ċ-ċittadini k o l l e t t i v a m e n t iżommu fil- memorja tagħhom. Ngħidu aħna f '46 pajjiż Ewropew, 16 minnhom g ħ a n d h o m l-indipendenza bħala l-jum n a z z j o n a l i filwaqt li ħamsa oħra jħarsu jum i l - k o s t i t u z z j o n i u erbgħa jħarsu jum ir-repubblika. Insibu tlieta jfakkru jum il- ħelsien filwaqt li r-Renju Unit ma jħares ebda f e s t a nazzjonali ħlief jikkunsidra jum San Ġorġ għall-Ingliżi, Sant'Andrija għall- Iskozja, San David għal Wales u San Patrizju għall-Irlanda fuq bażi informali. Tradizzjonalment il-Brittaniċi jagħtu importanza lil festi oħra, xi wħud irjali u oħrajn bankarji. Festi li jfakkru l-firda Britannika Niġu għall-festi tagħna. Meta l-leġislaturi tagħna, 25 sena wara l-Indipendenza ħasbu f 'dawn il- ħames avvenimenti, forsi anki bla ma kienu konxji, kienu qed jiċċelebraw ħames dati li jfakkru kif inqtajna mill- kolonjaliżmu Brittaniku li għal kważi 200 sena kien joħnoq kull inizjattiva li ttina identità diversa minn dik imperjali. Nibdew bl-aktar antika, dik li fakkarna it jiem ilu biss. It-8 ta' Settembru, Jum il- L-istoriku Charles Xuereb, l-awtur ta' diversi kotba li jagħtu perspettivi differenti ta' dak li mdorrija nisimgħu dwarhom dwar żmien il-Franċiżi u l-Ingliżi f'Malta, jikteb dwar Settembru u kif dan ix-xahar dejjem kien fiċ- ċentru tal-istorja li żviluppat nazzjon Ir-rigal li qalgħet Malta mill-Ingilterra fl-Indipendenza

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 September 2021