Illum previous editions

ILLUM 12 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1409315

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 12 TA' SETTEMBRU 2021 Ġimgħa Mqaddsa, allura hemm jemmen li l-festi jkunu tpoġġew f 'riskju kbir. Madanakollu insista li l-entużjażmu u l-interess għadu hemm. Fil-fatt, Bonnici ilu snin jippreżenta programmi marbuta mal-festi u fi kliemu, qatt daqs din is-sena ma kellu rispons u interess daqshekk kbir. Kompla jisħaq li jemmen li it it il-festi se jerġgħu jiġu għal dak li kienu u saħansitra saħaq li hemm ċans ukoll li "jissaffew." "Nemmen ukoll li biex jibqgħu ħajjin ma nistgħux inħallu l-festi kif kienu għaxar snin ilu. Kieku ta' qabilna ma mxewx maż-żmien u tawna l-festa kif nafuha llum, kieku llum il-festa għadha limitata għal quddiesa, purċissjoni u forsi xi ikla. It-tiġdid huwa importanti. Kif u kemm se tiġġeded jagħmel id-differenza," insista Bonnici. Mistoqsi jekk hux qed jara xi ħaġa differenti li tista' ssir fl- immedjat, Bonnici saħaq li hemm ħafna modi kif il-festi jistgħu jiġġeddu jew jaddattaw, kif wara kollox għamlu fl-aħħar xhur, għaċ-ċirkostanzi. "Jekk eżempju se jkun hawn nuqqas kbir ta' bandisti, irridu noħorġu b'soluzzjonijiet oħra biex nadattaw għaċ-ċirkostanzi," kompla jispjega. Mistoqsi x'jista' jsir biex nipproteġu l-festi, Bonnici insista li minnufih jeħtieġ li jkun hemm grupp b'saħħtu li jagħmel pressjoni biex il-festi s-sena d-dieħla jsiru u li l-awtoritajiet minn issa jagħtu indikazzjoni li l-festi se jsiru, ġaladarba l-pandemija tibqa' taħt kontroll. "Minn San Pawl għadna nibdew. Imma l-awtoritajiet minn issa jridu jitkellmu. Mal-festi qed ninkludi wkoll il-Ġimgħa l-Kbira, il-Karnival li xorta ma jistax isir bħas-soltu u għandu jkun hemm indikazzjoni wkoll anke għall- Milied," kompla Bonnici. Fil-fatt fakkar li dan il-Milied se jkun iċċelebrat l-ewwel ċentinarju minn meta saret l-ewwel purċissjoni bil-Bambin. Qal li jkun dnub jekk dan ma jkunx iċċelebrat b'mod xieraq, anke għax din it-tradizzjoni diġà naqset. Bonnici qal ukoll li huwa importanti u tajjeb li l-Gvern qed jgħin lill-għaqdiet kollha tal-festi, imma fi kliemu dan ma jagħmilx sens jekk il-festi jibqgħu wieqfa. "Ħadd mhu se jinvesti jew jaħdem fuq proġetti ġodda jekk ma jarax futur." 'L-esaġerazzjonijiet iridu jiġu mrażżna u nkunu responsabbli jekk irridu li l-festi jirritornaw' Anke l-President tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Baned (GĦNKB), Noel Camilleri, saħaq mal-gazzetta ILLUM li fost l-aktar affarijiet li qed jinkwetawh hemm il-fatt li ħafna mill-każini, fi żmien li damu magħluqin, esperjenzaw nuqqas fl-impenn komunitarju u fil-voluntiera. Insista li l-festa hija waħda komunitarja, li tibda mill- funzjonijiet fil-knejjes u tkompli fit-toroq. "Il-fatt li ħafna minn dawn l-attivitajiet ma sarux, naqas is-sens ta' komunità u ta' appartenenza. Huwa fundamentali li nerġgħu ndaħħlu fil-komunitajiet tagħna dan is- sens għax wara kollox tissaħħaħ is-soċjetà kollha kemm hi," insista. Anke Camilleri saħaq li jinkwetah il-fatt li jista' jkun hemm bandisti li jnaqqsu mill- impenn tagħhom. "Il-fatt li dawn il-bandisti għamlu żewġ staġuni ma jdoqqux żgur li ma għenx." Saħaq li jekk verament hawn imħabba għall- mużika allura dan huwa żmien li kulħadd iqum għal din l-isfida biex il-baned jerġgħu jinstemgħu fit-toroq u t-teatri. Semma wkoll il-problema tal-fondi u l-ġbir li l-każini u l-għaqdiet tal-festi għadhom ibatu minnha. "L-għajnuna fuq bażi nazzjonali u mhux distrettwali hija essenzjali jekk verament nemmnu li l-festu għandhom jibqgħu jsiru." Appella biex jinħoloq fond nazzjonali biex jgħin lis- soċjetajiet tal-banda waqt li insista li dawn huma patrimonju nazzjonali u jaħdmu ħafna favur il-komunitajiet. "Dan il-fond għandu jkun amministrat mill-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda jew minn Federazzjoni Nazzjonali li jkollha fi ħdanha dawk l-għaqdiet volontarji involuti fil-festi inkluż anke l-Festi tal-Ġimgħa Mqaddsa," insista. Mistoqsi dwar il-futur tal-festi, Camilleri saħaq li jekk wieħed irid ikun realistiku jrid jirrikonixxi li hemm diffikultajiet għall- festi kollha inkluż tal-Ġimgħa Mqaddsa. "Madanakollu jekk kif ipproponiet l-Għaqda nibdew diskusjonijiet minn issa bejn kull min hu involut u mal-awtoritajiet, nemmen li b'ħidma kollettiva u b'għajnuna fuq bazi nazzjonali mill-Gvern nistgħu negħlbu dawn l-isfidi," insista. "Kien proprju għalhekk li l-Għaqda waqqfet working group biex nipproponu metodi u protokolli kif jistghu ssiru l-festi mis-sena d-dieħla." Mistoqsi x'jista' jsir biex il-festi jkunu protetti, Camilleri fakkar kif l-GĦNKB ħadmet bla nifs biex tiddaħħal applikazzjoni mal- UNESCO biex il-Festa Maltija tkun rikonoxxuta bħala wirt intanġibbli dinji. Fl-immedjat insista li kulħadd għandu jaħdem biex il-festi jingħatalhom rikonoxximent konkret. Fakkar li kemm mil- lat turistiku u anke minn dak kummerċjali, il-festi huma importanti ħafna. "Għandna bżonn ukoll naħdmu sabiex aktar zgħażagħ jimu l-importanza tal-festi fuq bazi komunitarja. Hemm nuqqas kbir ta' sens ta' appartenenza li n-nuqqas tiegħu se jkollu effett fuq il-festi." Appella għal aktar dixxiplina minn kulħadd biex ikunu dawk involuti fil-festa stess li juru li l-festi jistgħu jerġgħu jiġu ċċelebrati. "Irridu nammettu li f 'dawn l-aħħar snin l-esaġerazzjonijiet żdiedu ħafna u nħoss li hemm bżonn li nkunu responsabbli u fejn hemm l-esaġerazzjonijiet jiġu mrażżna jekk verament iridu li l-festi jrisu u saħħet iċ-ċittadin tinżamm fuq nett tal-prioritajiet tagħna," temm jisħaq. 'L-entużjażmu għall-festa hemm baqa' imma jrid ikun hemm inizjattivi li jgħinu lill-entitajiet tal-festa' Ottimist kien id-Deputat, tabib u dilettant tal-festi u n-nar Godfrey Farrugia. Fakkar kif anke jekk il-festi ma sarux kif wieħed imdorri bihom, matul dan l-istaġun kien hemm bliet u rħulha fejn apparti l-festa interna, organizzaw ċertu attivitajiet, dejjem skont ir-restrizzjonijiet. Pereżempju kien hemm baned li organizzaw kunċerti fil-knisja u anke festi li organizzaw attivitajiet fil-pjazez bir-restrizzjonijiet u l-protokolli fis-seħħ. "Dan juri li hemm il-ħerqa tan-nies li tipparteċipa," insista Farrugia. Kompla jisħaq li minkejja dan kollu, l-identità ta' komunità ma ntilfet qatt, tant li n-nar, li l-irwol tiegħu fil- festa huwa ta messaġġier, baqa' jinħaraq. Mill-banda l-oħra insista li d-daqqa ta' ħarta nħasset fil- ġbir u kien hawn li appella lill- Gvern biex jgħin b'mod konkret lill-entitajiet tal-festa, inkluż lill-każini li għamlu sagrifiċċji kbar meta baqgħu għal żmien twil magħluqa biex irażżnu l-pandemija. Ikkritika l-fatt li l-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-NGOs tefa' f 'keffa waħda lill-għaqdiet kollha, inkluż dawk tal-festa fir- regoli dwar ġbir ta' fondi. Fakkar li l-għaqdiet tal-festa huma magħmula minn voluntiera li ħafna drabi joħorġu l-flus minn buthom. Fi kliemu din kienet mossa kerha li affettwat negattiv lill-festi. Mill-banda l-oħra faħħar l-impenn tal-Ministeru għat- Turiżmu li organizza festivals u attivitajiet li permezz tagħhom żamm lill-kmamar tan-nar attivi. "Imma ma ngħidx li l-festa qalgħet daqqa ta' ħarta. Anzi, b'mod matur, ħadet xejra differenti u xorta ġiet iċċelebrata b'modi differenti," insista. "Nemmen li l-festa, matul is-sena d-dieħla, għandha ċans li terġa' tieħu l-atmosfera li kellha eżatt fl-2019." Farrugia insista li l-festa għandha dimensjoni reliġjuża, soċjali u kulturali. Saħaq li l-aspett kulturali baqa' u anke l-aspett reliġjuż. Spjega kif kien l-aspett soċjali li waqaf imma insista li l-ħerqa tan-nies li jerġa' jkollhom il-festa għadu hemm. "Tħares lejn il-Facebook u l-mod kif il-Facebook iċċelebra l-festa fl-aħħar sentejn, juri li l-entużjażmu għadu hemm," insista. "Fil-ħajja moderna u mgħaġġla n-nies ma għandhomx ċans jiltaqgħu. In-nies bla ma trid tfittex dan il-kuntatt. In-nies se toħroġ. Fil-festa,il- manifestazzjoni tan-nies tiċċelebra lilha nnifisha u lill- padruni li huma parti mill- identità tal-lokalità." Kien hawn li temm jisħaq li qalbu mhijiex maqtugħa anke jekk tenna li għandu jkun hemm l-inizjattivi neċessarji biex il-festi jkunu sostnuti. Noel Camilleri Godfrey Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 September 2021