Illum previous editions

ILLUM 12 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1409315

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' SETTEMBRU 2021 • illum MILL-FESTA TA' BORMLA BĦALA ESPERIMENT, GĦAT-TĦASSIB DWAR IL-BANDISTI U L-FONDI. X'GĦANDHOM X'JGĦIDU D-DILETTANTI TAL-FESTA? YENDRICK CIOFFI Ħafna mir-restrizzjonijiet issa tneħħew u anke attivitajiet b'udjenza bilwieqfa rritornaw. Tista' tgħid li l-festi biss għadhom lura ħafna biex jibdew jiġu ċċelebrati kif kienu. Fl-aħħar jiem diversi dilettanti u persuni involuti fil-festi waqqfu gruppi fuq Facebook jilmentaw dwar dan u saħansitra jisħqu li l-festi qalgħu d-daqqa tal-mewt. Fid-dawl ta' dan, l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda waqqfet working group li se jħejji pjan ta' azzjoni, biex jingħata lill- awtoritajiet biex il-festi, inkluż tal-Ġimgħa Mqaddsa jerġgħu jibdew isiru. Dwar dan kollu, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' erba' dilettanti u persuni li ħadmu qatigħ tul is-snin biex ikabbru l-isem tal-festa Maltija. 'Il-festa ta' Bormla għandha sservi ta' esperiment biex mis-sena d-dieħla l-festi jerġgħu jibdew isiru' L-ILLUM bdiet titkellem mal-istoriku u ċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Esterni Santa Venera, Mario Coleiro li mill- ewwel wera t-tħassib tiegħu fuq id-daqqa li l-volontarjat fil-festa jista' jieħu jekk dawn jibqgħu wieqfa kompletament. Coleiro insista li dan huwa l-akbar tħassib tiegħu. Saħaq li persuna li qabel kienet tagħti ħafna mill-ħin tagħha għall- festa u issa sabet modi ġodda kif tgħaddi l-ħin liberu, kapaċi tibda ssibha diffiċli biex terġa' tibda tinżel il-maħżen. Mistoqsi x'jaħseb li kien l-akbar impatt tal-pandemija fuq il-festi, Coleiro insista li bla dubju ta' xejn il-ġbir qala' l-akbar daqqa. Fakkar kif għal diversi xhur, l-attivitajiet li kienu jiġu organizzati biex jinġabru fondi għall-festa, waqfu kważi kollha u llum għadhom limitati. Madanakollu, Coleiro ma jaħsibx li l-pandemija kienet id-daqqa tal-mewt għall- festi, inkluż dawk tal-Ġimgħa Mqaddsa. Madanakollu insista li daqqa ħadu u fi kliemu, irid jgħaddi "it taż-żmien mhux ħażin" biex jerġgħu jilħqu l-livell li kienu laħqu. Fi kliemu, kollox jiddependi minn kemm se jdumu ma jerġgħu jibdew jiġu organizzati l-festi esterni u festi oħra bħal dawk tal- Ġimgħa l-Kbira. "Jekk mhux se nibdew nerħu xi it mir-restrizzjonijiet u nibdew norganizzaw xi ħaġa, il-festi se jkunu ħadu daqqa qawwija u jrid jgħaddi żmien biex jerġgħu lura għal dak li kienu," insista. L-ILLUM staqsiet lil Coleiro x'jaħseb li jista' jsir fl-immedjat biex il-festi kif nafuhom ikunu protetti. Fakkar kif bħalissa qed issir esperimentazzjoni fuq attivitajiet tal-massa, bħalma huma kunċerti u festivals. Fakkar li anke attivitajiet sportivi bl- udjenza reġgħu bdew. Kien għalhekk li saħaq li bl-istess mod għandhom isiru esperimenti bil-festi esterni biex jinstab mod kif dawn ikunu jistgħu jerġgħu jibdew jiġu organizzati, anke jekk b'mod kawt. "Għandna opportunità quddiemna, jiġifieri l-festa tal- Immakulata Kunċizzjoni ta' Bormla," insista Coleiro. Fi kliemu, jistgħu jiġu rrilaxxati xi it mir-restrizzjonijiet biex jippermettu li l-festi esterni jsiru. "Dan għandu jservina ta' mudell biex minn dak li jkun jista' jsir fil- festa ta' Bormla, nibdew inżidu fuqu it it għall-istaġun tal-festi li ġej, fosthom anke l-Ġimgħa l-Kbira," insista Coleiro. Saħaq li jista' jkun hemm min jargumenta li la ma sarux il-festi sa issa, ma ssirx lanqas ta' Bormla, imma insista wkoll li d-dilettanti ma għandhomx jinħlew fuq l-argumenti. "Kull attività bdiet tiċċaqlaq ħlief il-festi. Ejja ma nkunux aħna stess li nżommu l-festi lura billi noqogħdu ngħidu li ħaddieħor se jagħmel xi ħaġa meta aħna ma stajna nagħmlu xejn. Issa hu l-mument li dak kollu li jsir, tkun liema tkun il- festa, nikkunsidrawh bħala ta' ġid għalina lkoll biex ikun pass ieħor biex ngħollu l-festi mill-ġdid fuq saqajhom," saħaq Coleiro. 'L-awtoritajiet minn issa għandhom jitkellmu dwar il-Milied u l-festi għas-sena d-dieħla' Tkellimna mal-preżentatur u s-Segretarju tal-Għaqda Każin Banda San Filep ta' Ħaż- Żebbuġ, Brian Bonnici li insista li waħda mill-aktar affarijiet li jinkwetawh huwa li ntilfu żewġ ġenerazzjonijiet ta' żgħażagħ li għada pit'għada suppost li se jkollhom f 'idhom il-festi. "Huma dawk li ilhom mit- twelid fil-festa jew li l-festa tiġri fil-familja li baqgħu jersqu lejn il- każini u l-imħażen. Ħafna oħrajn tlifnihom," insista. Madanakollu, l-akbar tħassib għal Bonnici huma l-bandisti li għamlu kważi sentejn wieqfa għal kollox. Insista li jinsab ċert li hemm bandisti li mhux se jerġgħu jersqu lejn il-baned. Fi kliemu hemm minnhom li sabu xogħol part-time u oħrajn li issa sabuhom komdi jgawdu s-sajf u mhux kuljum impenjati bid-daqq. Apparti minn hekk, Bonnici saħaq li diġà kien qed jinħass in- nuqqas ta' bandisti u dan kien qed jissarraf fi prezzijiet għolja u aktar spejjeż għall-festa. "Il-każin tagħna għamilna eżerċizzju. Ikkalkulajna li l-ispiża marbuta mal-bandisti se tkun qed tiżdied b'40%," spjega, waqt li fakkar li d-dħul tal-każini u l-għaqdiet kollha tal-festa naqas. "Jekk tiġini festa u titlobni servizz ta' banda b'€1,300, se naħsibha darbtejn qabel naċċetta. Ma tistax toqgħod iddur festi oħra u toħroġ il-flus minn ġewwa." Mill-banda l-oħra saħaq li fil- kmamar tan-nar jidher li għad hemm l-entużjażmu anke għax dawn baqgħu jaħarqu matul il-ġimgħa tal-festa u l-Gvern, apparti l-għajnuna finanzjarja, ħareġ ukoll b'festivals li permezz tagħhom baqgħu attivi. Imma l-festi qalgħu d-daqqa tal-mewt? Bonnici ma jaħsibx li dan huwa l-każ anke jekk saħaq li jekk tiġi t-tielet sena u l-festi jerġgħu ma jsirux, inkluż tal- X'inhu l-akbar tħassib tad-dilettanti tal-festi? Il-festi qalgħu d-daqqa tal-mewt? X'jista' jsir fl-immedjat biex ikunu protetti? L-ILLUM tistaqsi Mario Coleiro Brian Bonnici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 September 2021