Illum previous editions

ILLUM 12 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1409315

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 12 TA' SETTEMBRU 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 EDITUR: ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-mistoqsija li jista' jkun li jagħmlu xi osservaturi politiċi hi kif jista jkun li l-Partit Laburista għadu daqstant 'il quddiem fis-sondaġġi. Jekk tħares lejn l-avvenimenti kif ġraw, f 'pajjiz nor- mali, l-Oppożizzjoni tkun ilha li ħadet it-tmun. Mhux qed nitkellmu fuq episodji li huma irrelevanti. Qed nitkellmu fuq numru ta' stejjer li ħallew u qed iħallu effett dirett fuq pajjiżna. Fuq quddiem jibqa' l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, persuna li kienet karattru li jew tħobbha jew tobgħodha. Persuna li għal ħafna, mhux kollha Nazzjonalisti, kienet eroj. Għal min safa vittma tal-pinna tagħha, kienet persuna krudili u bla skrupli, personali u kattiva fil-mod kif tkisser il- persuna. Imma minkejja kollox kellha l-unur li tikxef skandli ta' korruzzjoni u bla dubju dan wassal biex ikun ippjanat il-qtil tagħha. Agħar minn hekk, Kastilja u persuni fl- uffiċċju tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien ħadmu biex jaħbu l-verità. U jidher li dan sar għax kien hemm min kellu interess li jaħbi s-sehem tiegħu f 'atti illeċiti marbutin ma' ħasil ta' flus u korruzzjoni. Imbagħad kellna r-rabta kerha bejn il-poter tal-Gvern u proġetti kbar bħalma huma l-Electrogas, il-Vitals u ħafna u ħafna oħrajn. Dan biex ma nsemmux is-sehem dirett ta' persuni, banek, avukati, awdituri u konsulenti finanzjarji li kellhom xi ħaġa inkomuni, jiġifieri r-rabta ċara ma' Kastilja. M'aħniex hawnhekk nitkellmu fuq affarijiet żgħar. Qegħdin nitkellmu fuq flejjes kbar, korruzzjoni ta' vera. Attentat bla mistħija biex nies isiru sinjuri minn fuq dahar l-Istat. Kellna mbagħad, biex ngħaxxqu kollox, id-dgħufija tal-Pulizija dwar dawn l-allegazzjonijiet. Xi drabi mhux sempliċiment allegazzjonijiet imma kienu fatti ċari. Dan kollu ma seħħx b'kumbinazzjoni. Meta rriżenja Joseph Muscat, kellna Oppożizzjoni akka, immexxija minn persuna mhux denju li jkun Kap tal- Oppożizzjoni u kellna Partit Laburista li ma fehemx li fiċ-ċirkustanzi l-aħjar pass kien ikun li jinħatar interim leader sakemm tissejjaħ Elezzjoni Ġenerali. Mhux hekk ġara. Il-PN min-naħa tiegħu biddel il-kap, u l-PL ħatar mexxej ġdid. Imma l-problema baqgħet magħna. Għandha Gvern li tajbin kemm huma tajbin l-intenzjonijiet tiegħu ma jistax jinjora l-fatt li biex jirbaħ il-leġittimità jrid isejjaħ elezzjoni. U għandha Oppożizzjoni li urietna li mhux kapaċi tispira. Imma jibqa' l-fatt li naqblu jew ma naqblux, ma jistax ikun li l-episodji koroh li rajna b'wiċċna jiġu indirizzati b'sempliċiment bidla fit-tmexxija. Dan il-pajjiż u niesu ħaqqhom aktar rispett u dan jiġi billi nagħrfu u nimu li l-legat ta' Joseph Muscat irid jiġi mħassar għal kollox, inkluż dak tal-Gvern Robert Abela. Għax il-ġid kollu li stajna rajna f 'dawn is-snin ma jistgħu qatt jiġġustifikaw il-ħażin li rajna ma wiċċna. Il-mistoqsija hi…

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 September 2021