Illum previous editions

ILLUM 12 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1409315

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 12 TA' SETTEMBRU 2021 PRELIMINARY MARKET CONSULTATION The Ministry for Tourism and Consumer Protection hereby notifies interested parties that it is issuing a PRELIMINARY MARKET CONSULTATION (PMC) for the provision of services to design and develop a Cost Benefit Analysis addressing digital investment in the Tourism Sector across the Maltese Islands (Ref: MTCP 01/21). The PMC document can be downloaded from etenders.gov.mt. Response to the PMC is to be submitted through etenders.gov.mt by not later than Monday, 4th October 2021 at 10 am (GMT+2). For any queries you can send an email on digitaltourism@gov.mt MINISTRY FOR TOURISM AND CONSUMER PROTECTION €12-il miljun f'vouchers għadhom ma ntużawx; Issa jistgħu jintużaw sal- aħħar ta' Ottubru YENDRICK CIOFFI Il-Ministru għall-Ekonomija, Silvio Schembri ħabbar li qed tkun estiża d-data sa meta jistgħu jintużaw il-vouchers tal-Gvern biex issa l-aħħar vouchers jistgħu jissarrfu sal-aħħar ta' Ottubru u mhux sal-15 ta' Settembru. Waqt li żar diversi negozji u ristoranti f 'Marsalforn, il-Ministru spjega li kwart tal-vouchers tal- Gvern għadhom ma ssarfux. Dan ifisser, kompla jispjega, li fadal x'jintefqu madwar €12-il-miljun f 'vouchers. Sa issa ġew użati aktar minn €33 miljun f 'vawċers, li jfisser 74% tal- vawċers. Minn dan l-ammont, spjega l-Ministru Schembri, €30.6 miljun ġew użati f 'Malta filwaqt li €2.4 miljun ġew użati f 'Għawdex. B'kollox inħarġu vouchers għal 447,669 persuna għall-valur ta' €44.77 miljun. Minn dawn, 117,485 persuna niżżlu l-vouchers b'mod diġitali filwaqt li 330,184 ppreferew l-istampati. It-tieni sett ta' vouchers tqassmu it qabel beda s-sajf bil-għan li tkun mgħejjuna l-ekonomija u n-negozji wara d-daqqa li ħadu minħabba l-pandemija. Din id-darba, €40 setgħu jissarrfu fi ħwienet bħalma huma dawk tal-ħwejjeġ jew dawk li joffru servizzi tas-sbuħija, filwaqt li €60 setgħu jissarrfu f 'ristoranti, bars u anke lukandi. Madwar 29,000 persuna, il- maġġoranza tagħhom barranin li jgħixu f 'Malta, baqgħu ma ġabrux dawn il-vouchers. Sa issa ġew użati aktar minn €33 miljun f'vouchers B'kollox inħarġu vouchers għal 447,669 persuna għall-valur ta' €44.77 miljun Engerer maħtur negozjatur tas-Soċjalisti dwar il-Qagħda tad-Drittijiet Fundamentali fl-UE L-Ewroparlamentari Laburista Cyrus Engerer kif ġie maħtur bħala n-negozjatur tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fuq r-rapport dwar l-qagħda tad-drittijiet fundamentali madwar l-Unjoni Ewropea. Dan huwa s-sitt rapport li Engerer ġie fdat bih bħala negozjatur fl-ewwel 9 xhur tal-mandat tiegħu. F'dawn l-aħħar it xhur, Engerer tkellem ħafna fil-Parlament Ewropew bħala l-vuċi għad-drittijiet fundamentali madwar l-Ewropa. Aktar kmieni din is-sena, Engerer mexxa n-negozjati fuq riżoluzzjoni storika li kkundannat b'saħħa l-azzjonijiet tal-Gvern Ungeriż kontra ċittadini tagħhom stess li jidentifikaw bħala LGBTIQ, u li sejħet lill-Kummissjoni Ewropea biex twaqqaf kull tip ta' fondi Ewropej lill-Ungerija sakemm l-Gvern mmexxi minn Viktor Orban jirrimedja s-sitwazzjoni. Qabel dan, Engerer kien ukoll maħtur bhala n-negozjatur tas-Soċjalisti u Demokratiċi fuq riżoluzzjoni li kkundannat t-twaqqif ta' 'LGBT-free zones' fil-Polonja u l-Ungerija, filwaqt li ddikkjarat lill-Unjoni Ewropea bħala 'LGBTIQ Freedom zone' - b'ritaljazzjoni kontra l-omofobija li kienet qiegħda tikber f 'dawn ir-reġjuni, u madwar l-Unjoni Ewropea. "Id-drittijiet fundamentali huma pilastru għad- demokrazija. Huwa grazzi għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li tipproteġi l-identità ta' kull persuna bħala individwi uniċi. Din il-karta tipproteġi l-libertajiet tagħna. L-libertà li tkun int innifsek, l-libertà li tesprimi lilek innifsek, u l-libertà li tħobb," insista Engerer.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 September 2021