Illum previous editions

ILLUM 12 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1409315

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 12 TA' SETTEMBRU 2021 vittma ta' reat kriminali ... ma ninsewhomx' fil-liġi, biex iqabbdu tfal li għandhom inqas minn 14-il sena, biex iwettqu r-reati. Jekk se nżiduha għal 18-il sena, se jkollna rebus assolut. Min qed jipproponi dan, ma għandux idea tal-fatti. L-umanità għandha tkun hemm imma l-ewwel irridu nimu r-realiżmu tal- kriminalità u t-terrur tal-vittma," kompla jisħaq. "Qatt kont vittma ta' assalt, ta' stupru quddiem uliedek, ta fastidju għal xhur twal, ta' fastidju sesswali fuq uliedek, ta' torturi fuq ġismek, ta' swat, ta' vvalenar? Esperjenzajt xi qtil ta' qarib tiegħek b'daqqa ta' mazza? Ma ninsewx lill-vittmi." 'L-Istrateġija għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità qed taħdem' Insista wkoll li qed isir ħafna diskors u proposti biex il- kriminali jibdew joħorġu aktar biex jaħdmu u biex jagħmlu xogħol fil-komunità u hawn anke l-Qrati bdew jiċċaqilqu. Insista li l-edukazzjoni u x-xogħol huma importanti u saħaq li dan juri kemm jagħmel sens dak li huwa mniżżel ċar u tond fl- Istrateġija għall-Prevenzjoni tal- Kriminalità. "Li kieku din l-Istrateġija ma ħadmitx, la hemm il-Pulizija tal- Komunità li issa huwa mifrux f 'ħafna lokalitajiet u riformi oħra li ddaħħlu fis-seħħ fil-Pulizija u anke fil-ħabs. Jiġifieri dawn lanqas ħarsu lejn id-dokumenti u l-miżuri li diġà ddaħħlu," insista. "Kollettivament bejn tnejn min-nies daħħalna 40 sena ta' xogħol, li tinkludi r-riforma u l-istrateġija fil-Pulizija li qed tidħol fis-seħħ. Mhux ġust li qed ngħidu li kollox sar għal-lasta. Ma ninsewx ukoll l-aġenzija għall-vittmi." 'Id-dixxiplina fil-ħabs tjiebet ... imma hemm kwistjonijiet soċjali kbar' Kien hawn li saħaq li jekk hemm bżonn riforma fil-ħabs u l-inkjesti li qed isiru juru dan, din ir-riforma għandha ssir, iżda appella wkoll biex din ma tinbidilx fi kruċjata. "Ħadd ma tkellem fuq kruċjati fi żmien ilu. Jiena dħalt il-ħabs. Kont immur kuljum. Nagħmel riċerka u nitkellem man-nies. Ir- riċerka tiegħi fuq hekk ibbażata," saħaq. Iżda l-ILLUM twaqqfu u tfakkru f 'dak kollu li qed jingħad dwar il-ħabs, fosthom il- famuż siġġu li miegħu jintrabtu l-priġunieri, il-ħitan li qed jinżebgħu suwed u l-kampanja ta' terrur. "Ħa nkun ċar. Fuq dixxiplina l-ħabs mar ħafna aħjar," insista. "Hemm imbagħad kwistjonijiet soċjali kbar li jeħtieġ jiġu indirizzati u li qed ikunu mitigati wkoll bl-ingaġġ ta' professjonisti. Il-ħażin huwa li jitilqu nies li jkunu qed jaħdmu fuq ir- rijabilitazzjoni. Jiena mhux qed ngħidlek li ma hemmx problemi. Kieku ma hemmx problemi ħadd mhu jitkellem. Jiena ma rridx biss li nagħmlu kruċjati." 'Ma nistgħux nfajru s-suġġerimenti...inkunu kawti' Kompla jisħaq li jaqbel assolutament mal-argumenti li l-ħabs ma għandux ikun biss post ta' dixxiplina imma jsir post fejn il-kriminal ibiddel ħajtu anke permezz ta' programmi ta' edukazzjoni u xogħol. "Għalhekk għandu jkun hemm l-inkjesti biex kull argument li jsir jew rapport li jkun hemm, ikun investigat. Però din l-investigazzjoni għandha ssir fis-serħan tal-liġi. Ma nistgħux infajru s-suġġerimenti. Is- suġġerimenti jiġu mill-inkjesti," insista. Dwar il-proposta li l-ħabs imur taħt il-Ministeru responsabbli mill-politika soċjali, il-Professur Formosa insista li għandu kull fiduċja fil-Ministru Falzon imma staqsa wkoll fuq liema bażi ta' riċerka saret din il-proposta. "Liema pajjiż fid-dinja għandu l-ħabs jaqa' mhux taħt il- Ministeru għall-Intern jew tal- Ġustizzja?" kompla jistaqsi. Kien hawn li tenna l-appell biex ikun hemm kawtela f 'dak li jingħad u biex dak li jingħad ikun ibbażat fuq fatt. "Iva fejn hemm kwistjonijiet u nuqqasijiet dawn għandhom jiġi indirizzat," temm jappella l-Professur. "Batejna qatigħ biex irriformajna l-Pulizija, għamilna passi kbar. Meta l-Istat jieħu bis- serjetà riforma, kapaċi jasal." Il-Professur Formosa jappella biex dak kollu li jkun propost dwar il-ħabs u l-priġunieri jkun ibbażat fuq il-fatti u 'mhux sempliċiment l-emozzjoni' Il-kriminologu Saviour Formosa We Have Moved The Embryo Protection Authority with effect from 13 th September 2021, has been relocated to its new offices at: 88, Tarxien Road Luqa, LQA 1811 For further enquiries, kindly contact us on 25951650 M.V. Marie de Lourdes (Registration Number 14243) In accordance Court Decree of 25 August 2021, e administrator of World Water Fisheries Limited with registration Number C 24129 Notifies that Persons/Entities having any claims of whatever nature Including but not limited to share of ownership, title or any other interest in &/or against the above mentioned Marine vessel; are kindly requested to submit their claim supported with the relevant documentation by registered mail with confirmation by 31 October 2021 to the following address. e Administrator, World Water Fisheries Limited 113, Paola Road, Tarxien TXN 1807 e Administrator reserves the right not to consider claims which are not submitted as stated above.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 September 2021