Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1411835
17 kotba illum • IL-ĦADD 19 TA' SETTEMBRU 2021 Mark Vella jintebaħ li r-rivista letterarja online Il-Pont għalqet disa' snin ta' pubblikazzjoni kontinwa, u d-diskursata mal-editur tagħha tikxef wisq aktar milli bassar, speċjalment dwar l-itturufnati u l-iskumnikati tax-xena letteraja Maltija li wieħed jista' jkollu fuq ċertu xogħol tagħhom, bħalma għandi jien, jew inkella t-tendenza lejn ċertu metodu jew l-attenzjoni żejda lejn l-inklużjoni fis-sillabi u strutturi simili, huma ġgajta prolifika li xogħlijiethom wieħed jista' anki jħares lejhom imqar per dovere di cronaca. Hija spiss ukoll realtà interessanti tal-awtopubblikazzjoni, li b'xi mod iżżomm lil dak li jkun imbiegħed mill-kurrenti ewlenin. Sammut jaħdem ma' diversi pubblikaturi, imma jemmen li l-awtopubblikazzjoni hija l-iktar għal dawk li sfortunatament ma jsibux pubblikatur, u dan mhux dejjem għax il- livell ta' xogħolhom ikun baxx. Madankollu, Sammut jibbilanċja l-polemika potenzjali mal-aċċettazzjoni li d-dinja letterarja hija neċessarjment magħmula mir-rivalitajiet u l-konfronti. Xorta waħda, għandhom joħorġu fid- dieher. Jesprimi bil-qawwa l-fehma dwar l-eżistenza tal-klikek, u għalih min ma jammettihiex għax wisq probabbli jagħmel parti minn xi "familja" partikolari li l-bibien tagħha miftuħin għal ċerti kittieba u ħbiebhom u ħadd iżjed. L-iskomunika, għal Sammut, tingħata lil numru ta' kittieba validi minn djar tal-pubblikazzjoni partikolari, anki minħabba rivalità jew antipatija li tkun teżisti bejn individwi partikolari. Jgħid li hemm kittieba li tpoġġew fid-dawl minħabba l-barka ta' kritiċi jew reċensuri jew djar tal-pubblikazzjoni u anki edituri ġurnalistiċi partikolari; oħrajn tpoġġew fid-dell minħabba isimhom u raġunijiet oħrajn, mhux bilfors għax ix-xogħol tagħhom hu medjokri jew mhux ta' livell. Jistaqsi spiss, ukoll, għaliex fil-ħwienet tal-kotba tara dejjem fuq quddiem xogħlijiet ta' ċerti ismijiet magħrufa biss, filwaqt li moħbijin wara jew fl- irkejjen issib bosta kotba oħra validi u interessanti. U għal dan ir-raġuni, Sammut jagħlaq kburi li jqis ruħu mal-iskomunikati u proprju għax jaf minn xiex jgħaddu nies bħalu, ħareġ bl-inizjattiva ta' Il- Pont li tqiegħed għad-dawl proprju lil dawn il-kittieba u xogħlijiet, għalkemm mhux biss. Interessanti, imbagħad, il- kostatazzjoni, u din diskussjoni usa' għal darb'oħra, li dan l-aħħar qed iseħħ żvilupp interessanti, saħansitra kurjuż u dovut għal bosta raġunijiet, fejn illum hemm djar tal-pubblikazzjoni li fehmu li hemm bosta kittieba "skomunikati" validi u qed jippubblikaw xogħlijiethom regolarment, xogħlijiet li qed jiġu ppremjati fuq livell nazzjonali. Minn dak li ma magħadx Sammut, hemm ħafna x'tomgħod. Ir-rivista online Il-Pont tinsab fuq https://issuu.com/patrickj.sammut

