Illum previous editions

ILLUM 19 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1411835

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' SETTEMBRU 2021 • illum Il-Gvern ma jgħidx fiex wasal l-istudju u d-diskussjonijiet fuq il-kunċett tal- Living Income F'Awwissu tal-2020 il-Ministeru fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru kien ħabbar li kkummissjona rapport tekniku dwar il-possibbilità li Malta tintroduċi l-kunċett tal-Living Income PRELIMINARY MARKET CONSULTATION The Ministry for Tourism and Consumer Protection hereby notifies interested parties that it is issuing a PRELIMINARY MARKET CONSULTATION (PMC) for the provision of services to design and develop a Cost Benefit Analysis addressing digital investment in the Tourism Sector across the Maltese Islands (Ref: MTCP 01/21). The PMC document can be downloaded from etenders.gov.mt. Response to the PMC is to be submitted through etenders.gov.mt by not later than Monday, 4th October 2021 at 10 am (GMT+2). For any queries you can send an email on digitaltourism@gov.mt MINISTRY FOR TOURISM AND CONSUMER PROTECTION YENDRICK CIOFFI Il-Ministeru fl-Uffiċċju tal- Prim Ministru ma qalx fiex wasal l-istudju jew inkella jekk bdewx id-diskussjonijiet dwar il-kunċett tal-Living Income. Mistoqsi mill-gazzetta ILLUM dwar dan, il-Ministeru, wara li ta rendikont ta' miżuri li daħħal il-Gvern biex iżid id- dħul għal individwi u l-familji, qal biss li d-diskussjoni "għadha għaddejja." Kien fil-31 ta' Awwissu tal- 2020 li l-Ministeru ħabbar li kkummissjona rapport tekniku dwar il-kunċett tal-Living Income, mekkaniżmu differenti mill-COLA (li jikkalkula ż-żieda għall-għoli tal-ħajja) u li jassigura li kulħadd ikollu dħul diċenti (ara paġna 7). Il-Ministru Carmelo Abela, meta kien qed jindirizza laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), kien spjega li l-Ekonomista u l-Professur Joe Falzon se jkun qed jagħmel din ir-riċerka, fejn fost oħrajn għandu jagħti stimi preliminari ta' kemm jista' jiġi jiswa l-aktar mudell ideali ta' Living Income bażiku għal Malta u kif dan jitqabbel ma' sistemi ewlenin tas-sigurtà soċjali li huma offruti bħalissa. Kien qal li l-eżitu ta' din ir- riċerka se tiġi ppreżentata lill- membri tal-MCESD għal iżjed diskussjoni. Propju għalhekk li aktar minn sena wara, il-gazzetta ILLUM staqsiet lill-Ministru fiex wasal dan il-proċess, jekk bdewx id- diskussjonijiet u staqsiet ukoll speċifikament meta l-Gvern qed jimmira li jimplimenta dan il- kunċett. Il-Ministeru wieġeb biss hekk: "Il-gvern jibqa' kommess u impenjat li jniedi miżuri u jiddiskuti passi li jista' jieħdu biex il-livell ta' għajxien ta' dawn il-familji u l-ħaddiema jkomplu jitjiebu u d-diskussjoni, inkluż dwar dak li tirreferi għalih int, hi waħda li għadha għaddejja. Apparti minn hekk ta rendikont ta' dak li wettaq fl- aħħar snin biex, fi kliemu jżid id-dħul tal-ħaddiema. Fakkar li kien l-ewwel Gvern li żied il-paga minima, saħħaħ il- pensjonijiet u anke naqqas il- kontijiet tad-dawl u l-ilma. Fakkar ukoll f 'miżuri oħra bħalma huma dawn tal-in- work benefit u t-tapering tal-benefiċċji soċjali li kienu mmirati għal dawk il-persuni li jaqilgħu inqas. Insista li lanqas il-pandemija ma waqfet lill-Gvern milli jsaħħaħ l-għajnuna lill-familji inkluż żied ic-childrens allowance "Dan kollu wassal biex studju indipendenti tal-Bank Ċentrali wera kif illum dawk bil-paga minima qegħdin f 'pożizzjoni aħjar minn kif kienu fi żmien amministrazzjoni preċedenti biex ilaħħqu mal-ispejjeż tal- ħajja," insista l-Ministeru. Il-PN ukoll qiegħed jitkellem fuq il-Living Income Intant ta' min ifakkar li dwar il-kunċett tal-Living Income jew inkella tal-Living Wage (ara d-differenza f 'paġna 7), qiegħed jitkellem ukoll il-Partit Nazzjonalista. Fit-tweġiba tiegħu għall-Baġit 2021, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kien qal li wasal iż-żmien li l-pajjiż jirrevedi l-mekkaniżmu tal-COLA. Tkellem favur Patt Soċjali ġdid u kien qal li se jagħti prijorità ewlenija lejn l-introduzzjoni tal- Living Income. Anke l-ġimgħa li għaddiet, waqt konferenza tal-aħbarijiet fuq għoli tal-ħajja, il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab miftuħ għar-reviżjoni tal-COLA u anke l-kunċett tal-Living Wage.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 September 2021