Illum previous editions

ILLUM 19 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1411835

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 19 TA' SETTEMBRU 2021 • illum 'Il-ġurnali internazzjonali mhux nqabad b'joint imma bil-kriminal MARIANNA CALLEJA Jekk il-gazzetta ILLUM tinżel fit-toroq u tistaqsi lill-pubbliku kif jafu lil ta' Team Start, il-probabbiltà hi li jissemmew iċ- ċekk ta' Yorgen Fenech li twassal minn din l-għaqda fil-kwartieri ġenerali Laburista jew inkella s-sun beds fl-eqqel tax-xemx ta' quddiem il-Parlament. Għaldaqstant l-ILLUM iltaqgħet virtwalment mal-President ta' Team Start, Eve Borg Bonello, wiċċ sinonimu mal-protesti tal-2019 u tkellmet magħha fuq dawn iż- żgħażagħ fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, fuq id-deċiżjonijiet li ħa l-Partit Nazzjoanlista fil- konfront ta' sitwazzjonijiet soċjali u anke dwar l-idea tagħha fuq suġġetti li frekwentament jiġu indirizzati lejn in-nisa. 'Li niġġieldu l-korruzzjoni mhijiex redikola' Fil-fatt il-gazzetta mal-ewwel staqsiet lill- Eve Borg Bonello rigward ix-xogħol li qiegħed isir minn Team Start f 'dawn l-aħħar it xhur. B'mod partikolari, b'dawk li fl-intervista ta' nhar il-Ħadd mal-ILLUM, President tal- Forum Żgħazagħ Laburisti, Georvin Buġeja, sejjaħ bħala "stunts redikoli." Nirreferu għas-sun beds, il-kpiepel mill- panama u ma ninsewx iċ-ċekk enormi li twassal minn din l-għaqda mal-bieb tal- Kwartieri Ġenerali Laburista. Borg Bonello mal-ewwel iddefendiet l-azzjonijiet ta' Team Start u qalet li dawn saru biss biex jasal messaġġ fis-soċjetà b'mod speċjali dik żagħżugħa dwar il-korruzzjoni f 'pajjiżna. "Li nara redikolu li nisimgħu dawn l-istejjer kollha jduru mal-korruzzjoni u mbagħad naraw l-istess politiċi jilagħbuha ta' progressivi, dak hu redikolu, mhux li nagħmlu aħna." Hi tennet li kull azzjoni u deċiżjoni minn Team Start saret biss biex ikunu viċin iż- żgħażagħ u biex inwasslu l-messaġġ. "L-istess għamilna biċ-ċekk ta' Yorgen Fenech. Ħarġet fuq it-Times li allegatament Yorgen Fenech kien se jagħti ċekk ta' €200,000 lill-Partit Laburista. B'hekk għamilnielu ħajtu aktar faċli u għaddejnihomlu aħna u staqsejna lill-Kummisarju tal-Pulizija jinvestiga dawn il-flejjes." Stqarret li dawn l-ideat ħarġu sforz is- sitwazzjonijiet li skonthom mhumiex ġusti u minflok għamlu konferenza tal-aħbarijiet wara mejda, "tipika ta'organizazzjoni poltika", ħarġu b'sun beds quddiem il-Parlament. Iddeskriviet dan kollu bħala azzjoni "aktar interattiva u forsi wkoll iktar interessanti għal żgħażagħ bħalna". Il-gazzetta ġibdet l-attenzjoni fuq każ ta' bullying li seħħ fuq membru ta' Team Start propju wara li ġew ippubblikati numru ta' ritratti fuq il-midja soċjali. Il-gazzetta staqsiet jekk azzjonijiet bħal dawn jħallux impatt fuqhom bħala għaqda jew jekk jaqtgħux qalbhom. "Mhux se nigdiblek, dejjem se tkun diffiċli speċjalment meta tkun żagħżugħ jew żagħżugħa, għadek żgħira, f 'età mimlija insigurtà u mbagħad tara dawn l-affarijiet, imma iva worth it għax jekk mhux aħna mela min?" Hawn Borg Bonello semmiet l-esperjenza tagħha fejn wara protesta kella theddid fuq ħajjitha. Minkejja dan kollu hi insitiet li tippreferi hekk, li taffaċja t-theddid milli tgħix f 'pajjiż f 'dan l-istat. 'Bdejna b'pedament sod imma ridna nkunu aktar pro-attivi' Din il-fergħa fi ħdan il-Partit Nazzjonalista tilqa' fiha żgħażagħ bejn l-14 u t-18–il sena. Ilha attiva għal dawn l-aħħar it snin iżda l-gazzetta nnotat kif fil-preżent qed tkun aktar pro-attiva. Qegħdin juru l-preżenza tagħhom fuq pjattaformi soċjali oħra bħal Tik Tok, qed joħorġu b'ideat ġodda u anke jitkellmu fuq ġrajjiet kurrenti ħafna iktar minn qatt qabel, imma x'ġara? X'inbidel? Iż-żagħżugħa spjegat li meta hi kkontestat u telgħat bħala President, baqgħet tinsisti għal politika tat-toroq. Għalkemm ta' qabilhom għamlu xogħol siewi hi xorta kellha viżjoni għal start-up politika ġdida li "ilna ma naraw ħafna f 'pajjiżna." "Personalment nipprijoratizza dawk il- kelmtejn li jintqalu barra d-dar ċentrali, f 'konverżazzjoni bejn żgħażagħ bħalna." Hija fakkret li l-ewwel ħaġa li għamlu l-ewwel darba li ġew eletti, kienet xahar sħiħ ta' clean ups miuħin ukoll għal publikku speċjalment iż-żgħażagħ madwar Malta u Għawdex kollha. Permezz ta' dawn il-clean- ups infetaħ djalogu bejniethom u żgħażagħ li marru u fehmu x'hemm bżonn li jsir. Mistoqsija, imma għaliex inħasset il-ħtieġa li jinfetaħ Team Start meta diġà kien hemm MŻPN miuħ għaż-żgħażagħ? Mhux aħjar kiber l-MŻPN? Wieġbet li minkejja r-relazzjoni tajba ma' MŻPN, fl-opinjoni tagħha ma taħsibx li tista' titkellem u tiddibati ma' dawk ta' 30 sena bħalma tfiehem, titkellem u jkollok konverżazzjoni ma' dawk li għadhom deħlin fil-politika. "Urejna li kien hemm bżonn għal pjattaforma għaż-żgħażagħ li huma forsi it iżgħar" L-għaqda żagħżugħa għandha l-istess ħsieb bħall-partit dwar l-abort, l-ewtanasja u l-kannabis? L-ILLUM tkellmet ma' Eve Borg Bonello rigward numru ta' deċiżjonijiet jew aħjar pożizzjonijiet li ħa l-Partit Nazzjonalista f 'kwistjoniet li qamu fl-aħħar xhur fosthom il-kannabis. Bdiet billi ċċarat li Team Start jemmnu li ħadd m'għandu jmur il-ħabs fuq joint. F'diskussjonijiet interni ssemma' wkoll kif minbarra li tiġi dekriminalizzata, għandu jkun hemm mod legali kif tinxtara l-kannabis iżda l-persuna ma tagħmel l-ebda kuntatt ma' kriminali jew is-suq l-iswed. Hija żiedet tgħid li skontha ma jistax ikun illi l-Pulizija ta' Malta tagħmel tfittixijiet tad- drogi li jwasslu għall-arrest ta' żgħażagħ fuq joint. Fl-istess waqt hi saħqet li l-Pulizija Maltija għadhom jinatgħu r-riżorsi biex iffittxu u jarrestaw il-kriminali li qegħdin jaħslu għexieren ta' miljuni ta' ewro, jevadu t-taxxa, b'networks sħaħ ta' kriminalità u korruzzjoni. "Il-ġurnali internazzjonali, xi jsemmu? Dawk iż-żagħżagħ li nqabdu b'joint f 'lukanda jew dawk il-kriminali korrotti li rnexxielhom igawdu l-immunità, bl-istituzjonijiet fil-but u jagħmlu ħsara lil Malta u isimha barra minn xtutna fuq livell legali u kummerċjali." "Li edukazzjoni sesswali f'Malta ddur mal- astinenza, mhux reali" Il-gazzetta dawret id-diskussjoni fuq l-abort, prostituzzjoni u suġġetti simili li ġeneralment "jolqtu lin-nisa." L-ILLUM staqsiet lill-Eve Borg Bonello kif taħsibha fuq dan kollu, mhux biss minn lenti politika iżda wkoll personali bħala mara. Qabel irrispondiet però l-gazzetta ma qagħdhietx lura milli tfakkarha li l-Partit Laburista għalkemm ma ħareġ fl-ebda mument ma ħareġ favur l-abort jew l-ewtansja iżda semma li lest li jiddiskuti. Il-Partit Nazzjonalista min-naħa l-oħra bħal donnu qata' linja u żamm mad-deċiżjoni li kellu fis-snin ta' qabel. L-istess deċiżjonijiet li frekwentament jiġu deskritti bħala "konservattivi." Eve Borg Bonello Minn partit li fl-aħħar xhur ġie msejjaħ "konservattiv", "patrijarkali" u "ma jafx xi jrid." X'jemmen il-PN dwar in-nisa fil-politika? X'jaħsbu ta' Team Start dwar il- korruzzjoni f'Malta? Fuq kollox, x'inhi l-idea tal-President ta' Team Start, Eve Borg Bonello, dwar kwistjonijiet soċjali bħall-ewtansja, l-abort u l-kannabis?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 September 2021