Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1411835
IL-ĦADD 19 TA' SETTEMBRU 2021 • illum aħbarijiet 14% tal-Maltin waqfu jieħdu azzjoni kontra t-tibdil fil-klima mill-2019 'l hawn Il-poplu jaf bil- problema tat- tibdil fil-klima, 79% weħħlu fil- Gvern li mhux jagħmel biżżejjed biex jiġġieled din l-isfida, imma issa l-Malti lest jagħmel l-almu tiegħu biex jieħu azzjoni hu wkoll? MARIANNA CALLEJA 74% tal-Maltin li rrispondew l-istħarriġ speċjali tal- Kummisjoni Ewropea dwar it- tibdil fil-klima, qalu li huma personalment ħadu xi azzjoni biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima matul l-aħħar sitt xhur. Fl-aħħar żewġ Ħdud, il-gazzetta ILLUM analizzat iċ-ċifri li ħarġu minn dan l-istħarriġ. L-ewwel artiklu kien dwar kif 19% tal- Maltin jaħsbu li t-tibdil fil-klima hi l-iktar sfida serja fuq skala globali. It-tieni artiklu kien dwar kif 79% tal-Maltin jaħsbu li l-Gvern Malti mhux qiegħed jagħmel biżżejjed biex jiġġieled it-tibdil fil-klima. Imma jekk il-Malti jaf bil- problema u l-maġġoranza weħħlu fil-Gvern li mhux isir biżżejjed, allura l-Malti issa lest li jibda jieħu azzjoni personali dwar it-tibdil fil- klima mid-dar? 74% tal-Maltin jieħdu r-rigni f 'idejhom fil-konfont tat-tibdil tal-klima Mistoqsija jekk ħadux azzjoni personalment biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima, kważi żewġ terzi tal-Ewropej, 64%, jgħidu li ħadu azzjoni. Min-naħa l-oħra 35% qalu li ma ħadu l-ebda azzjoni. Fil-verità ċ-ċifra ta' 35% xorta hi għolja, iżda analiżi fit-tul turi li s-sehem ta' dawk li jwieġbu li ħadu azzjoni biex jiġġieldu t-tibdil fil- klima matul l-aħħar sitt xhur laħaq l-ogħla livell tiegħu minn meta saret din il-mistoqsija għall-ewwel darba fl-2011, minn 53% fl-2011 għal 64% fl-2021. L-istħarriġ juri li f '20 Stat Membru tal-UE aktar minn nofs dawk li wieġbu jwieġbu li huma personalment ħadu azzjoni biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima matul l-aħħar sitt xhur. L-iktar li wieġbu li ħadu azzjoni kienu l-Portugiżi (83%), warajhom il-Ġermaniżi (79%) u l-Ispanjoli (76%). Imbagħad insibu lis-Slovenja b' 75% u lill-Malta b'ċifra ta' 74%. Kważi nofs dawk li wieġbu fiċ-Ċekja (50%), l-Italja (48%), il-Litwanja (48%), l-Estonja (47%), jgħidu li ħadu azzjoni biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima, filwaqt li ishma iżgħar ta' dawk li wieġbu fir-Rumanija (31% ), Il-Bulgarija (38%) u l-Latvja (42%) qalu li għamlu l-istess. Mill-2019, il-proporzjon ta' dawk li wieġbu li ħadu azzjoni biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima żdied f '14-il Stat Membru tal-UE, l-aktar fil-Polonja (52%, +12 punti perċentwali), l-Irlanda (72%,+10) u l-Portugall (83% ,+9). Bil-maqlub, naqas fi 12-il pajjiż, partikolarment f 'Malta (74%, -14), fid-Danimarka (62%, -13) u fl-Iżvezja (74%, -10). Finalment, baqa' l-istess fl-Estonja (47%). Imbilli weġibt li ħadt azzjoni, l-azzjoni x'kienet? L-istħarriġ juri li kważi l-Ewropej kollha ħadu mill-inqas azzjoni waħda biex jgħinu jindirizzaw it- tibdil fil-klima, imma din l-azzjoni x'kienet? Il-parteċipanti ngħataw lista ta' 15-il azzjoni possibbli għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u 96% tal- Ewropej għażlu mill-inqas azzjoni waħda mill-15. Fost l-aktar azzjoni li ntgħażlet kienet dik li f 'Malta issa ilna nagħmlu mhux ħażin fl-aħħar snin, li nisseparaw regolarment l-iskart għar-riċiklaġġ. Fil-fatt fil- waqt li 75% tal-Ewropej wieġbu li jieħdu din l-azzjoni, 82% tal- Maltin preferew din l-azzjoni fuq l-azzjonijiet l-oħra. Għaldaqstant kważi sitta minn kull 10 Ewropej (59%) ippruvaw inaqqsu l-konsum tagħhom ta' oġġetti li jintremew kull meta jkun possibli, ngħidu aħna prodotti fil- plastik u ppakkjar żejjed) Tajjeb insemmu li fl-aħħar snin qed issir iktar komuni l-komunità taz-"Zero Waste". Komunita li tagħmel minn kollox biex ma tarmi kważi jew xejn affarijiet, lanqas permezz tar-riċiklaġġ. Nies bħal dawn jaħsbu għal-kontenituri tagħhom meta jmorru jixtru filwaqt li jaraw li l-unika ħaġa li jixtru tista tiġi użata b'mod ieħor jew tintrema fil-kompost. Fost l-iktar azzjonijiet popolari mal-Maltin apparti r-riċiklaġġ insibu b'71% in-nuqqas ta' xiri ta' oġġetti li jintuża darba biss kif ukoll bi 58% ix-xiri ta' apparat tad- dar, bħal fridges u magni tal-ħasil, b'konsum inqas ta 'enerġija. Ir-raba' u l-ħames azzjonijiet kienu fost l-inqas magħżula mill- Maltin, b'29% nsibu l-installar ta' tagħmir fid-dar biex jikkontrolla u jnaqqas il-konsum tal-enerġija bħal eżempju 'smart reader'. B'26% insibu azzjoni li dan l-aħħar qed isservi wkoll ta' kontroversja, b'26% tal-Maltin jgħidu li huma regolarment jagħmlu użu minn alternattivi favur l-ambjent għall- karozza privata bħal mixi, ċikliżmu u trasport pubbliku. Il-Maltin kellhom l-inqas ċifri mis-27 Stat Membru tal-UE f 'żewġ azzjonijiet.1% tal-Maltin biss għażlu fornitur tal-enerġija rinnovabbli filwaqt li 1% biss qalu li xtraw karozza elettrika. Funded by the European Union Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta.