Illum previous editions

ILLUM 19 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1411835

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 19 TA' SETTEMBRU 2021 Carmel Bonnici Andy Hardy – it-tfajjel tipikament Amerikan f'serje ta' films popolari (2) Ikompli mill-ġimgħa li għaddiet ... ANDY HARDY GETS SPRING FEVER. (1939) (85 min.) Dirett minn W. S. Van Dyke II. L-atturi huma Lewis Stone, Mickey Rooney, Cecilia Parker, Fay Holden, Sara Haden, Ann Rutherford. Xogħol divertenti dwar Andy li jeħel mill- eżami mill-għalliem tiegħu tad- drama fl-iskola u wara jikteb reċta biex jaħdem fiha hu stess. JUDGE HARDY AND SON. (1939) (87 min.) Direttur George B. Seitz. Jidhru Lewis Stone, Mickey Rooney, Cecilia Parker, Fay Holden, Sara Haden, Ann Rutherford. Wieħed mill-aktar films melodrammatiċi ta' din is- serje fejn l-Imħallef jipprova jgħin koppja anzjana milli jitkeċċew mid-dar tagħhom u fl-istess ħin ikollu jħabbat wiċċu ma' problemi personali ta' marda ta' martu. ANDY HARDY MEETS DEBUTANTE (1940) (89 min.) Direzzjoni ta' George B. Seitz. Jaħdmu Mickey Rooney, Lewis Stone, Fay Holden, Cecilia Parker, Judy Garland, Sara Haden, Ann Rutherford. Meta Andy jinkaram għall-mara soċjevoli minn Manhattan, ir-riżultat ikun uġigħ ta' qalb u ta' dwejjaq kbar. Judy Garland tkanta Alone u I'm Nobody's Baby. ANDY HARDY'S PRIVATE SECRETARY (1941) (101 min.) Direttur George B. Seitz. L-atturi huma Mickey Rooney, Lewis Stone, Fay Holden, Ian Hunter, Sara Haden, Kathryn Grayson. Hekk kif ikun se jiggradwa mill-iskola sekondarja, Andy tikbirlu rasu u jikri lil Grayson biex tkun is- segretarja soċjali tiegħu. Hi jkollha wkoll iċ-ċans li tkanta Voices Of Spring ta' Johann Strauss. LIFE BEGINS FOR ANDY HARDY (1941) (100 min.) Jerġa' jidderieġi George B. Seitz. Jidhru Lewis Stone, Mickey Rooney, Judy Garland, Fay Holden, Ann Rutherford, Sara Haden. Andy jiddeċiedi li jibqa' jaħdem fi New York qabel imur il-kulleġġ u jsib ma' wiċċu r-realitajiet ħorox tal-ħajja u tal-imħabba. Din iż-żieda f 'din is- serje hi aktar ta' livell adult u serja. It-tielet u l-aħħar dehra ta' Judy Garland fejn il-kanzunetti li kantat tħallew barra. THE COURTSHIP OF ANDY HARDY (1942) (93 min.) Direzzjoni ta' George B. Seitz. Jaħdmu Mickey Rooney, Lewis Stone, Fay Holden, Cecilia Parker, Ann Rutherford, Sara HaDEN, Donna Reed. Waqt li l-Imħallef ikun qed jisma' l-kas ta' koppja li se jiddivorzjaw, Andy jieħu grazzja mat-tifla mistħija (Reed) ta' dawn. Dan irriżulta wieħed mill-aktar monotonu ta' din is-sensiela. ANDY HARDY DOUBLE LIFE (1942) (92 min.) Dirett minn George B. Seitz. Atturi ewlenin huma Mickey Rooney, Lewis Stone, Cecilia Parker, Ann Rutherford, Sara Haden, Esther Williams, Susan Peters. Andy fl-aħħar jidħol fil-kulleġġ fejn l-istudju tiegħu jiġi wara t-tfajliet, inkluż Esther Williams li tiffaxxina bil-għawm tagħha. ANDY HARDY BLONDE TROUBLE (1944) (107min). Jerġa' jidderieġi George B. Seitz. Jaħdmu Mickey Rooney, Lewis Stone, Sara Haden, Bonita Granville, Herbert Marshall. Waqt li jkun għadu fil- kulleġġ, Andy jitfa' għajnejh fuq żewġ tewmin prezzjużi (Lee u Lynn Wilde). Film tajjeb iżda twil iżżejjed. LOVE LAUGHS AT ANDY HARDY (1946) (94 min). Direttur Willis Goldbeck. Jidhru Mickey Rooney, Lewis Stone, Sara Haden, Bonita Granville, Fay Holden. Andy (issa Mickey Rooney ta' 26 sena) jirritorna lejn il-kulleġġ wara li serva fit-Tieni Gwerra Dinjija u jsib li l-maħbuba tiegħu għarusa lil ħaddieħor. Is-sentimentaliżmu ta' dan il-film ta' wara l-gwerra ma niżiltx tajjeb mal-poplu u din is-serje waqfet għal 12-il sena sħaħ qabel inħadem film ieħor ta' rijunjoni. ANDY HARDY COMES HOME (1958) (80 min.) Direzzjoni ta' Howard W. Koch. L-atturi prinċipali huma Mickey Rooney, Patricia Breslin, Fay Holden, Cecilia Parker, Sara Haden. Issa ta' mezz'eta', Andy miżżewweġ u bit-tfal jirritorna fil-belt ta' Carvel minnħabba negozju u jinvolvi ruħu fil-politika lokali. Produzzjoni li nħadmet tard, rijunjoni mhux famuża għall-atturi fejn kien assenti Lewis Stone. Teddy Rooney, it-tifel veru ta' Mickey, ħadem il-parti ta' Andy Hardy Jr. Is-direttur George B. Seitz li ħa t-tmun tal-maġġoranza ta' din is-serje kien ilu li miet. Il-karattru ta' Andy Hardy ta popolarità kbira lil Mickey Rooney u wara it ismu beda jidher l-ewwel qabel dak ta' Lewis Stone. Rooney li twieled fl-1920 miet fl-2014 fil- għomor ta' 94 sena. Tmiem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 September 2021