Illum previous editions

ILLUM 19 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1411835

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 19 TA' SETTEMBRU 2021 reġjonali se jibqa' biss gżira tallaba fil-periferija' Diskrepanza bejn Għawdex u Malta... Lura lejn Għawdex, Tabone fakkar li meta Malta nnegozjat il- pakkett tas-sħubjia mal-Unjoni Ewropea, inkludiet mat-trattat dak li jissejjaħ "id-Dikjarazzjoni ta' Għawdex." Din tirreferi għal Għawdex bħala gżira reġjun u tgħid li Għawdex għandu jkun itrattat b'mod xieraq kemm minn Malta u anke mill- Unjoni Ewropea. Jgħid ukoll li kull meta jkun qed jiġi diskuss pakkett finanzjarju ġdid, kull seba' snin, għandu jsir studju soċjo/ ekonomiku dwar Għawdex biex ikun magħruf jekk id-diskrepanza bejn il-Prodott Gross Domestiku (GDP) f 'Għawdex u f 'Malta tkunx żdiedet jew naqqset mill-istudju preċedenti. U dan fl-isfond tal-għan li għandhom dawn il-fondi Ewropej, jiġifieri li jaraw li kull pajjiż joqrob kemm jista' jkun lejn il-medja tal- Unjoni Ewropea, f 'termini ta' GDP, biex ħadd ma jibqa' lura. L-ewwel darba li sar dan l-istudju, mill-Kummissjoni Ewropea, kien fl-2019. Dan ikkonferma li d-diskrepanza kibbret sostanzjalment. Fil-fatt, fejn jidħol GDP, filwaqt li Malta tinsab 'l fuq mill-medja Ewropeja, Għawdex jinsab ferm taħt il-medja . 'Għawdex jiddependi biss mix- xewqa tal-gvern tal-ġurnata Kien hawn li tenna l-bżonn li Għawdex ikollu livell ta' awtonomija biex jiddeċiedi aħjar dwar il- bżonnijiet tiegħu waqt li insista li Għawdex, fuq livell nazzjonali, għadu trattat b'mod periferiku għax hemm dipendenza totali. Biex jipprova dan, Tabone rrefera għaċ-ċifri li jinsabu iswed fuq l-abjad imniżżla f 'dokumenti uffiċjali bħalma huma l-estimi tal- Gvern. Fl-2018, l-ispiża rikorrenti tal- Gvern f 'Għawdex kienet ta' €36 miljun minn baġit nazzjonali ta' €3.8 biljun u l-ispiża kapitali kienet ta' it aktar €10 miljun minn baġit ta' €668 miljun. Mill-banda l-oħra, ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika juru kif fl-2018, il- kontribuzzjoni ta' Għawdex għall- ekonomija nazzjonali kienet ta' €543 miljun. "Mela fl-2018 Għawdex ikkontribwixxa b'€543 miljun lill- kaxxa ta' Malta mentri minn dan l-ammont ġew investiti f 'Għawdex it inqas minn €50 miljun," insista Tabone.. Għaliex importanti l-Gvern reġjonali? Dan kollu, itenni Tabone, jikkonferma kemm huwa importanti l-gvern reġjonali u biex jispjega aħjar dan, irrefera għall- gvernijiet lokali jew aħjar il-kunsilli lokali. "Jekk b'daqshekk it riżorsi u poteri, il-Kunsilli tagħna rnexxielhom ibiddlu wiċċ pajjiżna għall-aħjar, kemm jistgħu jagħmlu iktar li kieku jingħataw iktar awtonomija fid-deċiżjonijiet u riżorsi xierqa? Din ir-riflessjoni hi wkoll applikabbli għal awtonomija fuq livell reġjonali," insista. Il-Ministeru għal Għawdex mhux biżżejjed? Iżda l-ILLUM tistaqsih jekk jagħmilx aktar sens li jissaħħaħ il- Ministeru għal Għawdex minflok ikun hemm gvern reġjonali. Tabone fakkar li l-Ministeru għal Għawdex huwa parti minn kabinett nazzjonali u allura parti minn struttura nazzjonali li twieġeb lill- Prim Ministru għax huwa l-Prim Ministru li jaħtru jew jaħtarha. "Anke jekk l-intenzjoni tiegħu hija tajba ħafna huwa marbut," insista. Mill-banda l-oħra, fi kliemu, jekk Għawdex ikollu gvern reġjonali u sistema ta' governanza b'saħħitha, li twassal biex ħafna minn dak li jipproduċi jibqa' f 'Għawdex stess għax jerġa' jkun investit fih, ikun jista' jagħmel ferm iktar differenza. "Mhux qed ngħidlek li jintefaq f 'Għawdex kull ma jipproduċi għax aħna finalment pajjiż wieħed, imma jekk imqar nofsu jmur għall- kaxxa ta' Malta u n-nofs l-ieħor jerġa' jkun investit f 'Għawdex, immaġina x'tista' tagħmel din il- gżira?", kompla jistaqsi. "Jien mhux qed ngħid li għandna ninqatgħu kompletament. Jien qed ngħid li Għawdex ma jibqax mażżra jew ilsir, imma jsir magna ekonomika kemm għalih u li minnha tgawdi wkoll Malta." Gvern reġjonali jew awtorità taħt il-Ministeru għal Għawdex? L-ILLUM tistaqsih jekk Għawdex reġjun għandux ikollu gvern reġjonali jew inkella sempliċiment awtorità b'saħħitha taħt il- Ministeru għal Għawdex, bħal dik li ġiet introdotta mill-Gvern madwar sena ilu. Tabone saħaq li bbażat fuq ir-riċerka tiegħu, jekk ikollok sempliċiment awtorità taħt il-Ministeru għal Għawdex, l-argument tal-awtonomija jkun ikkundizzjonat serjament. "Awtorità hi dipendenti fuq Ministeru li huwa dipendenti fuq il- Gvern Nazzjonali," kompla. Mill-banda l-oħra, fi kliemu, gvern reġjonali se jkun qed iwieġeb biss għal dawk li jeleġġuh. Fakkar fil-Kunsill Ċiviku li twaqqaf f 'Għawdex fl-1961 b'poteri u awtonomija b'saħħithom, fi żmien meta Malta kienet dipendenti għal kollox fuq il-Gvern Ingliż. Minn dik l-istruttura hemm ukoll x'wieħed jitgħallem, kompla Tabona. "Ibbażat fuq dak li rriċerkajt jien, nikkonkludi li Għawdex għandu jkollu gvern reġjonali, u dan minħabba r-realtajiet distinti li għandu mill-kumplament" kompla jisħaq. "Dak il-baħar li jaqsamna ħoloq identità, sfidi, problemi u aspirazzjonijiet differenti." X'għandu jsir? Li qed jissuġġerixxi Tabone huwa li l-Gvern jirrikonoxxi dan il-fatt formalment u jpoġġi bilqiegħda biex jara kif jista' jdaħħal fis-seħħ dan il-kunċett. "Kif rajna, dan il-kunċett jeżisti. L-istruttura teżisti fuq livell nazzjonali u hemm ħafna eżempji li nistgħu nitgħallmu minnhom fuq livell Ewropew u li jistgħu jkunu applikabbli għal kuntest tagħna" insista. "Għandhom jitqabbdu, esperti f 'oqsma differenti, bħalma huma l-governanza, l-ekonomija, il- politika pubblika, il-liġi etċ, biex jiżviluppaw il-qafas regolatorju li fuqu għandu jkun stabbilit il- gvern reġjonali," jisħaq Tabone fl-istudji tiegħu. "Bħala termini ta' referenza, jistgħu jagħmlu użu mis-'self- government framework' li rnexxieli nibni fir-riċerka li kkonkludejt". Dan għandu imbagħad jiaħ orizzonti ġodda ta' possibilitajiet u opportunitajiet bla preċedent li finalment minnhom igawdu wkoll il-Gżejjer Maltin. KONSULTAZZJONI PUBBLIKA Agħti l-opinjoni jew is-suġġerimenti tiegħek dwar id-dokument li jipproponi investimenti ta' €971 miljun. FOND TA' KOEŻJONI JUST TRANSITION FUND FOND GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI EWROPEW Niżżel id-dokument ta' Konsultazzjoni Pubblika minn: www.eufunds.gov.mt Ibgħat is-sottomissjonijiet tiegħek lil: consultationcohesionfunds@gov.mt sat-8 ta' Ottubru, 2021. FK - JTS - FEŻR għal Malta 2021-2027 huwa programm ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għall-Iżvliupp Reġjonali 2014-2020 Rata ta' ko-finanzjament: 80% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 20% Fondi Nazzjonali 1. Titrawwem il-kompetittività u t-trasformazzjoni lejn ekonomija innovattiva u diġitali; 2. Nippromwovu bidla lejn enerġija nadifa u ġusta, investimenti fl-ekonomija ħadra, blu u ċirkulari, u sostenibbiltà tal-mobiltà urbana; 3. Tissaħħaħ il-konnettività fil-pajjiż permezz tat-trasport; 4. Soċjetà aktar soċjali u inklussiva; 5. Jitrawwem żvilupp urban sostenibbli f'Għawdex; 6. Tkun faċilitata t-tranżizzjoni lejn newtralità klimatika (Just Transition).

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 September 2021