Illum previous editions

ILLUM 19 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1411835

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' SETTEMBRU 2021 • illum 'Sakemm Għawdex ma jkollux gvern reġjonali YENDRICK CIOFFI "Għawdex għandu jkollu gvern reġjonali għax sakemm ma jkollux il-fakultà li jiddeċiedi hu fuq il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tiegħu, imma jibqa' dejjem jiddependi fuq Malta, qatt ma' jista' jieħu dawk id-deċiżjonijiet li jidhirlu li huma importanti biex jimxi 'l quddiem b'mod definittiv." Hekk saħaq mal-gazzetta ILLUM Robert Tabone, li riċentament temm studju interessanti dwar jekk Għawdex għandux jingħata l-istatus speċjali ta' gżira reġjun, anke permezz ta' analiżi kritika li għamel fuq gżejjer oħra Ewropej li jgawdu mill-istess status. Fl-istudju tiegħu, Tabone jikkonkludi li sakemm Għawdex ma jkollux livell ta' awtonomija mill-Gvern nazzjonali, biex jiddeċiedi dwar dak li hu purament reġjonali, allura se jibqa' biss gżira tallaba fil-periferija. L-ILLUM imxiet ma' Tabone pass pass dan l-istudju tiegħu u beda jfakkar li l-bżonn li Għawdex ikollu l-istatus ta' gżira reġjun, jissemma kemm mill-Partit Laburista u anke mill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar żewġ manifesti elettorali. "Fuq il-karta hemm qbil bejn iż-żewġ partiti li Għawdex għandu jkollu xi status ta' gżira reġjun," beda jispjega Tabone. "Dak hu li ħajjarni nesplora x'għandu jkun l-aħjar format biex dan iseħħ." Mhux diġà għandna l-kunsill reġjonali? L-ILLUM tfakkru li Għawdex u reġjuni oħra f 'Malta għandhom il-kunsill reġjonali tagħhom u lokalitajiet differenti għandhom il-kunsilli lokali, madanakollu Tabone spjega li dak li qed jitkellem dwaru hu, huwa differenti. Insista li l-eżerċizzju ta' devoluzzjoni ta' poteri u riżorsi lill-kunsilli, kemm dawk reġjonali u anke dawk lokali hu wieħed fqir ħafna u dan ġie kkritikat mhux darba, b'mod partikolari mill-Kunsill tal-Ewropa. "Ma għandhomx l-awtorità, ir- riżorsi u l-poter li jaħdmu b'mod awtonomu mill-Gvern," insista. Mill-banda l-oħra, Tabone qed jisħaq li Għawdex ma jibqax biss wieħed mill-ħames reġjuni (li se jsiru sitta minn Ottubru li ġej) f 'Malta, imma jingħata l-istatus speċjali ta' gżira reġjun, imnaqqax fil-Kostituzzjoni tal-pajjiż, u dan l-istess kif għandhom diversi gżejjer oħra fl-Ewropa bħalma huma l-gżejjer reġjun ta' Sqallija, Sardinja, Madeira, Korsika u tant oħrajn. X'ġara fi gżejjer reġjuni oħra? Imma se nħalltu gżira bħal Sqallija ma' Għawdex? Jagħmel sens li Għawdex li l-popolazzjoni tiegħu hija waħda żgħira mmens, ikollu dan l-istatus? Aktar awtonomija tfisser tenur ta' ħajja aħjar? Biex iwieġeb dawn, Tabone għamel analiżi komparattiva ta' tliet gżejjer reġjuni oħra. Dawn huma l-Gżejjer Faroe, Madeira u anke Sardinja., Fil-każ tal-Gżejjer Faroe, li l-popolazzjoni tagħhom hija ta' madwar 48,000, allura simili ħafna għal dik ta' Għawdex, Tabone sab li l-paga medja f 'dawn il-gżejjer hija ta' it iktar minn €52,000, jiġifieri madwar €2,500 aktar minn dik fid-Danimarka li l-Gżejjer Faroe jagħmlu parti minnha. "Dan diġà juri li ma jfissirx li għax tkun żgħir ma tistax taqdef għal rasek," insista Tabone. Ma' sistema ta' Parlament reġjonali, il-Gżejjer Faroe għandhom ukoll xejn inqas minn tletin kunsill lokali, kollha kemm huma b'poteri eżekuttivi b'saħħithom. Il-livell ta' awtonomija mid-Danimarka hu kważi sħiħ, li jqarreb sew lejn l-istat ta' indipendenza. B'dan l-istatus, dawn il-gżejjer, fil-fatt, lanqas huma parti mill- Unjoni Ewropea, għall-kuntrarju tad-Danimarka. Madanakollu nnegozjaw direttament numru ta' arranġamenti bilaterali mal-istess UE. Għandhom ambaxxati barra mill-pajjiż li ġabu arranġamenti u investimenti li komplew itejbu l-kwalità tal-ħajja. "Jiena mhux nissuġġerixxi li mmorru daqstant 'il bogħod mill- Gvern nazzjonali imma tajjeb li nimu li mhu qed ngħidu xejn ġdid, u li jekk il-Gżejjer Faroe li ilhom b'dan l-arrangament mad-Danimarka mill-1948, irnexxielhom jibnu ekonomija aktar b'saħħitha mhux biss mill- istess Danimarka imma wkoll mill- medja Ewropea, dan għandu jgħina nirriflettu " insista Tabone. Madeira li tifforma parti mill- Portugal, tinsab fil-periferija tal-Ewropa u pjuttost 'il bogħod mill-istess Portugal. Għandha popolazzjoni ta' madwar 250,000 persuna. Il-paga medja f 'din il-gżira reġjun hija madwar €800 inqas minn dik tal-Portugal, imma l-ekonomija qed tirkupra b'rata aktar mgħaġġla minn dik tal-Portugal wara l-aħħar kriżi ekonomika. Interessanti wkoll, kompla jispjega Tabone, li Madeira għandha ehim mal-gvern nazzjonali tal- Portugal, liema ehim hu approvat mill-UE biex is-sistema tat-taxxa tkun differenti minn dik tal-istess Portugal. Dan sabiex tkun tista tkun aktar attraenti għall-investiment dirett barrani. Fl-aħħarnett ħares ukoll lejn Sardinja. Il-popolazzjoni f 'dan il-każ hija ta' madwar 1.6 miljun persuna. Anke hawn, il-paga medja hija inqas minn dik tal-Italja. Hemm madwar €6,500 differenza. Tajjeb li nsemmu li Sardinja kienet waħda mill-iktar gżejjer milquta mill-kriżi finanzjarji tal-2011. "Dan x'juri? Li d-daqs ta' gżira mhux neċessarjament ifisser governanza aħjar li twassal għal kwalità tal-ħajja jew ekonomija aħjar. Anzi hawn qed naraw bil- kontra," insista. Sardenja wkoll, minħabba l-istatus tagħha, għandha d-dritt tinnegozja hi direttament il- pakkett finanzjarju tagħha mal- Kummissjoni Ewropea. Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Robert Tabone li riċentament temm studju dwar it-tisħieħ tal-governanza reġjonali tal- gżira Għawdxija li għandu jwassal għall- possibbiltà li Għawdex isir gżira reġjun. Xi jfisser għal Għawdex dan l-istatus? Ikun inqata' kompletament minn Malta? X'ġara fi gżejjer oħra li għandhom dan l-istatus? Għawdex ikollu gvern għalih? Robert Tabone

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 September 2021