Illum previous editions

ILLUM 19 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1411835

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 19 TA' SETTEMBRU 2021 aħbarijiet 'ID-DEĊIŻJONI SE TKUN KUMMERĊJALI' Sidien ta' ristoranti u bars lesti jaċċettaw biss klijenti mlaqqma jekk it-tnaqqis fil-protokolli jagħmel sens X'inhuma l-protokolli li s-sidien iridu li jitnaqqsu? Lesti jaċċettaw biss klijenti mlaqqma? 9% mhux imlaqqma se jagħmlu differenza? L-ILLUM tistaqsi YENDRICK CIOFFI Fil-jiem li ġejjin, diversi stakeholders fis-setturi tad- divertiment u l-ospitalità se jkunu qed jiltaqgħu mal- awtoritajiet tas-saħħa biex jiddiskutu x'għandhom ikunu l-miżuri li jitnaqqsu għal dawk l-istabbilimenti li jagħżlu li jdaħħlu biss klijenti li huma mlaqqma kompletament kontra l-Covid-19. F'kummenti mal-gazzetta ILLUM, diversi sidien ta' ristoranti u anke bars saħqu li jinsabu lesti li jillimitaw id- dħul fl-istabbilimenti tagħhom għall-persuni mlaqqma, jekk il-benefiċċji li jieħdu, jiġifieri t-tnaqqis fil-protokolli, ikunu jagħmlu sens u jfisser għalihom inqas kumplikazzjonijiet u aktar dħul. Kien il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li qal li sidien ta' stabbilimenti jistgħu jagħżlu li jdaħħlu biss persuni mlaqqma u dawk li jagħmlu dan ikunu jistgħu jgawdu minn tnaqqis fil- miżuri, fosthom dawk marbuta mad-distanza soċjali. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Philip Fenech, il-Viċi President tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji, responsabbli wkoll mill-oqsma tad-divertiment u l-ospitalità, li kkonferma l-laqgħa li se tkun qed issir. "Aħna konnha diġà tlabna li jonqsu ċertu protokolli għax is-sitwazzjoni baqgħet stabbli. Bħalma għamilna dejjem insistejna li jibqa' jkun hemm monitoraġġ," insista Fenech. Għaldaqstant spjega li issa, aktar minn qabel, ġaladarba s-sidien se jkunu jistgħu jagħżlu li jdaħħlu biss persuni mlaqqma, tnaqqis ta' protokolli jagħmel aktar sens. Liema protokolli jridu li jinbidlu? Iżda x'inhuma s-suġġerimenti li qed isiru, partikolarment mis-sidien? Waħda minn dawn, spjega Fenech, hija li l-klijenti jkunu jistgħu jqumu biex imorru jordnaw mal-bar, anke jekk dan ikun attrezzat b'perspex biex inaqqas il-kuntatt. Sa issa, persuna ma tistax tqum minn bilqiegħda u tmur tordna mal-bar u għalhekk, diversi stabbilimenti kellhom jimpjegaw aktar persuni biex jaħdmu bħala wejters. "Tinsix li hawn nuqqas kbir ta' ħ a d d i e m a f 'dawn is- s e t t u r i , " fakkar Fenech. Saħaq li jekk titneħħa din il- miżura, il-ħaddiema jkunu jistgħu jitqassmu fi stabbilimenti differenti. "Qed naħlu ħafna ħaddiema meta hawn bżonnhom." Apparti minn hekk, ġaladarba l-klijenti kollha jkunu mlaqqma, qed jipproponu wkoll li d-distanza bejn mejda u oħra tonqos minn żewġ metri għal metru, filwaqt li madwar mejda jkunu jistgħu jpoġġu massimu ta' għaxar persuni u mhux sitta, kif inhi bħalissa. Ovvjament dan iwassal biex sidien ikunu jistgħu jdaħħlu aktar imwejjed u jakkomodaw aktar klijenti. Proposta oħra hija dwar il-ħinijiet tal-uħ, hekk kif l-istabbilimenti kollha, bħalissa, jridu jagħlqu sas-2am, kemm jekk ristorant, bar jew nightclub. Fenech saħaq li issa li 91% tal- popolazzjoni hija mlaqqma, it- turisti huma mlaqqma u dawn l-istabbilimenti se jkunu jistgħu jagħżlu li jdaħħlu biss persuni mlaqqma, wasal iż-żmien li din il-miżura titneħħa. Jekk jiżdied id-dħul, negozju mhux se jibqa' lura ħabba 9% mhux imlaqqma Kien hawn li Fenech saħaq li ħafna mis-sidien li tkellmu miegħu insistew li anke jekk ma jixtiqux jiddiskriminaw, jekk b'inqas protokolli se jkunu jistgħu jdaħħlu aktar imwejjed, iżidu l-ħin li fih jistgħu joperaw u jonqsulhom l-ispejjeż għax ma jkollhomx bżonn daqshekk ħaddiema, dan se jkun qed jgħinhom ħafna. 'Bil-ħinijiet kif qegħdin bħalissa mhux qed ikun hemm turnover ta' nies. Min jidħol mhux se joħroġ biex forsi jmur xi mkien ieħor u għalhekk il- klijenti mhux se jinbidlu. Dan jagħmel differenza enormi għan- negozji," kompla Fenech. Ovvjament, insista Fenech, hemm min hu kontra din il-miżura iżda saħaq li l-maġġoranza qed jargumentaw li ġaladarba huma biss 9% li ma ħadux it-tilqima u t-turisti huma mlaqqma, allura mhux se tagħmlihom differenza enormi jekk jagħżlu li jaċċettaw biss lil dawk imlaqqma. "Għadna ma nafux se jkunu dawn il-benefiċċji," saħaq Fenech iżda kkonferma li s-sidien qed jisħqu li jekk dawn ikunu jagħmlu sens u jissarfu f 'aktar dħul għan-negozji, allura mhux se jibqgħu lura minħabba dawk id-9%. Fid-dawl ta' dan, Fenech fakkar ukoll f 'kampanja personali li ħadem mal-Ministeru għas- Saħħa u Ministeru għat-Turiżmu biex persuni li jaħdmu f 'oqsma differenti, partikolarment tad- divertiment u l-ospitalità, jieħdu l-vaċċin. Fi kliemu, bis-saħħa tagħha kien hemm madwar 600 ħaddiema, il-maġġoranza tagħhom barranin, li ressqu biex jieħdu t-tilqima. Saħaq li dan ikompli jagħmilha aktar faċli biex il- miżuri jkomplu jonqsu b'aktar serħan il- moħħ. " I d e a l m e n t , aħna nixtiequ li nirritornaw g ħ a n - n o r m a l i t à sħiħa. Imma nimu wkoll li s-sistema li permezz tagħha aħna it it u kien hemm monitoraġġ ta' kull rilaxx, ħadmet," temm jgħid Fenech. Għas-sidien din se tkun deċiżjoni kummerċjali – Agius Muscat Intant, il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' Andrew Agius Muscat, Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Maltija għal- Lukandi u r-Ristoranti (MHRA). Saħaq li l-opinjonijiet fost is-sidien u l-operaturi huma mħallta anke jekk kienu ħafna dawk li laqgħu l-aħbar. Insista li l-Gvern ħalla f 'idejn is-sidien deċiżjoni li hija waħda kummerċjali. Fi kliemu, is-sidien se jkunu qed jieħdu din id-deċiżjoni fuq dak li l-aktar jagħmel sens għalihom biex fl-aħħar mill-aħħar iżidu l-produttività tagħhom. Saħaq li se jkun hemm min jaċċetta, aktar u aktar jekk dan ifisser li se jkun jista' jżid l-imwejjed, filwaqt li jista' jkun hemm min ma jaqbillux jagħmel dan għax forsi jkun jaf li għandu ċertu klijenti leali li ma ħadux il- vaċċin. M i s t o q s i jekk jafux x'se jkunu l-benefiċċji għal dawk li jagħżlu li jaċċettaw biss persuni mlaqqma, Agius Muscat insista li l-pożizzjoni ewlenija tal-MHRA tibqa' li jekk ix- xjenza turi li jistgħu jonqsu ċertu protokolli, mela allura dawn għandhom jitneħħew. Insista wkoll li jittama li din il-miżura hija pass ieħor lejn in- normalità għax fi kliemu wieħed jiem li l-assistenza li qiegħed jagħti l-Gvern mhijiex għal dejjem. "Jekk il-Gvern se jwaqqaf l-għajnuna mela allura l-operaturi għandhom ikollhom l-inċentivi biex ikunu jistgħu jaqdfu għal rashom," temm jisħaq. Philip Fenech Andrew Agius Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 September 2021