Illum previous editions

ILLUM 19 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1411835

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 19 TA' SETTEMBRU 2021 'Il-kwalità tal-ħajja ma tinkludix biss il-flus'; L-ILLUM titkellem mal-GWU dwar l-istudju fuq il-Living Income L-għan ta' dan l-istudju li qed isir bejn il- GWU, l-Alleanza Kontra l-Faqar u l-Moviment Graffitti huwa li jidentifika d-dħul li persuni u familji differenti jeħtieġu biex jgħixu ħajja diċenti u dinjituża filwaqt li dan il-kunċett jitpoġġa fuq l-aġenza nazzjonali u jkun implimentat YENDRICK CIOFFI "Jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn persuna tispiċċa fi stat ta' faqar, jew inkella f 'riskju ta' faqar mhux minħabba nuqqasijiet tagħha imma minħabba fatturi ekonomiċi u soċjali li ma jkollhomx kontroll fuqhom." Dan qalu s-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union, Josef Bugeja, hekk kif il-gazzetta ILLUM tkellmet miegħu dwar l-istudji li qed isir fuq il-kunċett tal-Living Income. Aktar kmieni din is-sena, il- General Workers Union, l-Alleanza Kontra l-Faqar u anke l-Moviment Graffitti bdew jaħdmu flimkien fuq studju professjonali biex jikkalkula x'inhu l-Living Income għal tipi ta' familji u individwi li jinsabu f 'ċirkostanzi differenti. "Permezz ta' dan l-istudju għandu jiġi stabbilit il-livell tad-dħul meħtieġ biex persuni f 'kuntesti soċjoekonomiċi differenti jkunu jistgħu jgħixu ħajja diċenti u dinjituża," insista Bugeja. Minn żmien għal żmien, partikolarment fi żmien il-Baġit, dejjem tqum id-diskussjoni dwar kemm il-famuża COLA, il-mekkaniżmu li bih tinħadem iż-żieda għall-għoli tal-ħajja, hija effiċjenti biex tgħin persuni joħorġu mill-faqar u jgħixu ħajja diċenti. Din tkun ikkalkulata fuq l-Indiċi tal-Prezzijiet li jindika l-inflazzjoni, jiġifieri ż-żieda fil- prezzijiet tal-prodotti li nixtru u għalhekk iż-żieda li tingħata tkun l-istess għal kulħadd. Kif irrapportat diversi drabi din il-gazzetta, ilu jinħass il-bżonn li dan il-mekkaniżmu jingħata l-ġenb darba u għal dejjem u minflok jiddaħħal il-kunċett tal- Living Income, li huwa dak id- dħul minimu li persuna jkollha bżonn biex tgħix ħajja diċenti. Il-mibki Charles Miceli kien jitkellem ħafna dwar dan u kien jisħaq li "r-riga" ma għandhomx jibqgħu l-prezzijiet iżda għandha tkun il-ħajja diċenti. Isiru diversi studji simili, anke l-Gvern kien ħabbar li se jibda jistudja dan il-kunċett u kien għalhekk li l-ILLUM staqsiet lil Bugeja għaliex inħass il-bżonn li anke huma jwettqu studju dwar dan il-kunċett u fuq kollox, fiex wasal. "Dan qed nagħmluh għax sa issa l-istudju li hawn huwa dwar id-dħul bażiku u aħna nemmnu li għandu jsir studju biex jiġi stabbilit jekk hawnx familji u individwi li d-dħul tagħhom mhuwiex biżżejjed biex jgħixu ħajja diċenti," kompla jispjega Bugeja. 'Mhux qed nieqfu biss mal-paga...' Insista li meta qed jitkellmu dwar dħul, qed jinkludu l-aspetti kollha, jiġifieri kemm il-paga u anke l-benefiċċji soċjali, il- pensjoni, l-edukazzjoni u s-saħħa, fost oħrajn. "Fl-istudju qed ninkludu dawk l-affarijiet kollha u d-dħul kollu li kull persuna jew familja teħtieġ biex tgħix ħajja diċenti u dinjituża. Fost oħrajn, se ninkludu l-ikel, l-akkomodazzjoni diċenti, is-saħħa, l-ilbies, il- kommunikazzjoni, it-trasport, l-edukazzjoni, il-ħin tar- rikreazzjoni u anke l-possibbilità li wieħed ifaddal," kompla jispjega. Insista li l-ħsieb wara dan kollu huwa li b'mod xjentifiku jkun stabbilit il-livell ta' dħul biex kulħadd jgħix ħajja diċenti. Kien hawn li insista li l-kwalità tal-ħajja ma tinkludix biss il-flus, imma diversi affarijiet oħra, inkluż il-ħin liberu biex persuna tkun tista' tgawdi ħajjitha, il-familja u anke tistrieħ. "Aħna dejjem emminna li x-xogħol huwa għall-bniedem u mhux il-bniedem għax-xogħol. Il-Living Income għandha tiġi kkalkulata abbażi ta' dak kollu li hu bżonnjuż biex persuna tgħix ħajja diċenti," saħaq. Hawnhekk għamel distinzjoni bejn il-Living Income u l-Living Wage. Spjega kif il-Living Wage hija l-paga meħtieġa għal ħajja diċenti, filwaqt li l-Living Income t i n k l u d i d-dħul kollu u dak kollu li persuna t i r r i k j e d i biex tgħix ħajja dinjituża, bħalma huma l-pensjonijiet, il- benefeċċji soċjali u anke bżonnijiet ta' kuljum. 'Irridu naraw kemm għandu jkun id-dħul għal forom differenti ta' familji' Mistoqsi fiex wasal dan il- proċess, Bugeja insista li sa issa nħareġ tender għall-istudju li wassal biex jiġi magħżul minn se jkun qed jagħmel din ir-riċerka, li kompla jispjega, se tinkludi l-kollaborazzjoni ta' professjonisti differenti. Fost dawn se jinkludi professjonisti fl-ekonomija, li għandhom l-għodda biex jistabbilixxu l-Living Income u professjonisti oħra fil-qasam soċjali li se jidentifikaw kategoriji soċjoekonomiċi differenti. "Il-proġett huwa mfassal biex naraw kemm għandu jkun id- dħul għal forom differenti ta' familji. Għalhekk huwa mistenni li jiġu stabbiliti ċifri differenti ta' Living Income skont id-diversi kategoriji soċjoekonomiċi," kompla jispjega Bugeja. "Apparti minn hekk l-istudju għandu jidentifika ċ-ċirkustanzi li jwasslu biex id-dħul ta' ċertu persuni ma jlaħħaqx il-Living Income u anke dawk il-gruppi fis-soċjetà li huma l-iktar f 'riskju li jkunu f 'din is-sitwazzjoni." 'Is-suġġett għandu jitpoġġa fuq l-aġenda nazzjonali' Iżda dan se jkun studju ieħor li se jibqa' fuq l-ixkaffa jġemma' t-trab? Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU insista li wara li jkun lest l-istudju se jsiru diversi preżentazzjonijiet lill-Gvern, NGOs differenti u anke lill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku (MCESD). Fi kliemu, dan għandu jwassal biex il-pajjiż jibda jara kif dan il- kunċett jibda jiġi implimentat, anke jekk b'mod gradwali, waqt li wera d-determinazzjoni tiegħu u tal-unjin li d-diskussjonijiet iwasslu biex il-Living Income jitpoġġa fuq l-aġenza nazzjonali. "Huwa essenzjali li meta nitkellmu fuq il-Living Income inkunu qed nitkellmu fuq fatti u studji xjentifiċi," temm jisħaq Bugeja. Is-Segretarju Ġenerali tal- GWU Josef Bugeja L-istudju mhux jieqaf biss mal-paga imma qed iħares ukoll lejn dħul ieħor jew affarijiet oħra li kull persuna teħtieġ biex tgħix ħajja diċenti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 September 2021