Illum previous editions

ILLUM 19 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1411835

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' SETTEMBRU 2021 • illum Żewġ uffiċjali tal-ħabs se jitressqu l-Qorti u jkunu akkużati bi qtil involontarju wara s-suwiċidju ta' tfajla YENDRICK CIOFFI Fil-jiem li ġejjin, il-Pulizija se tkun qed tressaq quddiem il-Qorti żewġ uffiċjali tal-ħabs u takkużahom b'omiċidju involontarju. Huma qed ikunu suspettati li huma kriminalment responsabbli għas-suwiċidju li wettqet Kim Borg Nicolas Virtu, żagħżugħa ta' 29 sena. Skont e Times of Malta, iż- żewġ uffiċjali se jkunu qed jitressqu quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo. Borg kienet iddaħlet l-isptar f 'Ġunju li għadda wara li ppruvat tagħmel suwiċidju iżda mietet tliet ġimgħat wara f 'Mater Dei. Skont dak li qal il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, l-inkjesta maġisterjali dwar dan il- każ ikkonkludiet li ż-żewġ uffiċjali ma mxewx mal-protokolli. Fil-fatt hu mium li se jkunu akkużati wkoll b'reat li huma kellhom id-dover li jaraw li ma jseħħx. L-uffiċjali ġew sospiżi immedjatament minn xogħolhom. Qtil involontarju jġorr miegħu piena ta' erba' snin ħabs u multa ta' €11,000. F'intervista ma' e Times of Malta, missier il-vittma insista li kienet is-sistema tal-ħabs, li ddeskrivieha bħala "reġim" li wasslet biex bintu wettqet suwiċidju għax ma felħitx aktar, anke jekk ma kienx fadlilha ħafna żmien il-ħabs. Huwa qed jakkuża lill-uffiċjali tal-ħabs li ħaqqru kemm felħu lil bintu tant li ġennewha u allega li meta qaltilhom li qed ikollha ħsibijiet li tneħħi ħajjitha, tawha liżar, fost affarijiet oħra, li spiċċat biex użat biex wettqet is-suwiċidju. Il-vittma kienet qed tiskonta sentenza ta' sentejn ħaba wara li ammettiet akkużi ta' frodi u serq. Hi kien għad fadlilha biss tliet ġimgħat biex tiskonta s-sentenza. Kellha wkoll il-vizzju tad- droga u kienet talbet biex tingħata l-għajnuna biex tegħleb ukoll din l-isfida. Il-missier insista li qatt ma kien infurmat li bintu kien qed ikollha problemi ta' saħħa mentali u sar jaf biss meta bintu kienet diġà fl-ITU. Dak li qal il-missier jikkontradixxi dak li kienet qalet stqarrija mill- ħabs, jiġifieri li l-vittma qatt ma esprimiet ħsibijiet suwiċidali. Missier il-vittma qal li meta kienet qalet lill-uffiċjali tal-ħabs li se tneħħi ħajjitha b'idejha, tawha liżar u affarijiet oħra li spiċċat użat biex wettqet is-suwiċidju

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 September 2021