Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1411835
S fida ewlenija għall-kosta Maltija hija dik tal-għoli tal-baħar bħala effett dirett tat-tibdil fil-klima. Dan diġà jidher ċar minn ritratti antiki tal-kosta, speċjalment fuq ix-xaqli- ba tal-Lvant ta' Malta, mill-Għadira tal-Mellieħa sa Marsaxlokk. Il-Bajja ta' Marsaskala - proprja kalanka, mill-għamla tagħha - tagħmel parti minn din il-kullana u qed iġġarrab l-istess effetti. Huwa effett li qed jibda b'mod kajman, imma ma jfissirx li għandna ninjorawh. Madankollu, ix-xtajta fuq din ix-xaqliba ta' Malta, mimlija daħliet u bajjiet, issa għandha assalt ieħor. Min huwa responsabbli mill-iżvilupp ippjanat tal-ispazji pubbliċi f 'din il-gżira-stat, blata f 'nofs il-baħar, għadu qed jaħdem fuq mudelli li llum għadda żmienhom, mudelli ankrati fil- perjodu ta' wara t-Tieni Gwerra Dinjija meta l-karozza bdiet tinvadi l-ispazji miuħa. U allura f 'Marsaskala qed naraw xeni li ilna naraw bħalhom sebgħin sena: inwessgħu t-toroq, inżidu l-parkeġġ u niġbdu iktar traffiku. Kontra dak li qed jiġri f 'pajjizi oħra, dan il-mudell għadu b'saħħtu f 'Malta. Isib il-milja falza tiegħu bil- proposta mħabbra minn Transport Malta biex il-bajja pittoreska ta' Wied il-Għajn tinbidel f 'marina, bl-infrastruttura għall-parkeġġ tad- dgħajjes u l-jottijiet. Fl-1998, perit anzjan u Deputat Laburista fil-Parlament ivvota kontra mozzjoni tal-partit tiegħu li riedet tibni marina tul ix-xatt minn Bormla sal-Birgu. U waqqa' l-gvern. Il-marina saret xorta waħda. Illum nistgħu naraw b'għajnejna kif dik il-kalanka ġiet fgata minn jott wara jott tal- barranin. Waqt li n-nies tal-inħawi jħossuhom barranin fl-istess ambjent li fih trabbew. Ħarsu lejn ix-Xatt tal-Birgu u qabbluh ma' dak tal-Isla: fuq naħa għandek salott esklussiv b'super yachts ta' nies anonimi. Fuq in-naħa l-oħra għandek ambjent pubbliku fejn il-komunità Sengleana toħroġ għall-frisk ta' filgħaxija biex tiltaqa', tissoċċjalizza, tiddiskuti, tistrieħ. Is-sit elettroniku www.inautia. com isemmi seba' marinas f 'Malta u waħda f 'Għawdex. Il-biċċa l-kbira jinsabu f 'żoni kummerċjali jew fil-portijiet fejn l-attività kummerċjali jew industrijali ilha li rrankat, fejn it-traffiku joħnoq l-ispazju u l-arja, u fejn il-kwalità tal-ilma baħar hija mill-iktar fqira u ma tħajjar lil ħadd jersaq biex igħum. Xi wħud minnhom huma wkoll bogħod mir-residenzi, bħal fil-każ tal-Imġarr, Għawdex. Imma l-każ tal-marina maħsuba għall-Bajja ta' Marsaskala mhuwiex hekk. Din il-bajja rat lil Marsaskala jikber madwarha fuq medda ta' tletin sena. Ħlief għal dik il-parti tax-xatt bejn il-Knisja parrokkjali u Grabiel (l-eqdem ristorant fil-lokalità), u l-ponta taż- Żonqor (issa parti mill-park tal- Inwadar), ix-xatt kollu huwa żona residenzjali. Hemm min jgħid li din il-lokalità m'għandhiex pjazza. Mhux veru: il-Bajja hija l-pjazza ta' Marsaskala. Huwa spazju pubbliku li madwaru ddur il-ħajja f 'dan ir-raħal marittimu. Il-komunità hemmhekk tinżel tagħmel il-mixja ta' filgħodu għall-frisk qabel tikkarga x-xemx, hemmhekk tmur tgħum, iżżomm id-dgħajsa u toqgħod tinnaviga fiha, hemm tinżel tippassiġġa filgħaxijiet biex tirrilassa, tiltaqa' mal-ħbieb jew tieqaf tixrob xi ħaġa mal-ħbieb. Fil-bajja l-komunità tiċċelebra l-festa tar-raħal u tixgħel is-sema bil-kulur tal-murtali. Il-bajja hija ta' kulħadd biex igawdiha kull min joqgħod hemm, jew jieħu pjaċir jinżel hemmhekk għall-mistrieħ. Il-bajja m'hija ta' ħadd għax hija ta' kulħadd. Ħadd m'għandu jeddijiet fuqha. Imma issa, l-proposta ta' marina, bis-servizzi kollha anċillari li jmorru magħha, qed jheddu li jitfgħu dan kollu fl-arja u jbiddlu din il-bajja f 'biċċa negozju. Kif nistgħu naraw mill-marinas l-oħra li għandna mad-dawra tal-Port il-Kbir u Marsamxett, minn dan in-negozju l-inqas li jgawdu huma n-nies tal-madwar. Mhux biss għaliex il-flus iġġenerati mill- marina jmorru għand il-kumpaniji li jmexxuhom, imma wkoll għax jisirqu lin-nies tal-madwar minn spazji pubblici li għandhom rwol importanti ħafna fil-kwalità tal- ħajja tagħna lkoll. Xi wħud ippruvaw jiġġustifikaw din il-proposta billi qalu li Wied il-Għajn għandu bżonn pjan biex jiġi mmaniġġjat aħjar. Pjan dejjem jibda b'għanijiet ewlenin, miri li jridu jintlaħqu. Huwa mill-iktar ċar li l-miri li qed isuqu l-pjan tal-marina mhumiex li tittejjeb il- kwalità tal-ħajja tan-nies. Kif tista' ttejjibha jekk huwa fatt magħruf li marina tnaffar iċ-ċirkolazzjoni tal-ilma, żżid it-tniġġiż, u tirrendi l-bajja mhix tajba għall-għawm? Jista' jkun li l-mira hi li nkomplu noħolqu introjtu finanzjarju għall-pajjiż. Dħul finanzjarju huwa fih innifsu għan tajjeb; imma kemm sa ndumu nissagrifikaw ġid komuni biex ikollna iktar dħul finanzjarju? U meta nitfgħu kollox fil-kefef tal-miżien, nifilħu nissagrifikaw il-kwalità tal-ħajja tan-nies li ddur ma' din il-bajja biex inżidu d-dħul finanzjarju? U kemm huwa sostenibbli mil-lat ambjentali li nissagrifikaw bajja, niddegradaw il-kwalità tal-ilma, naqtgħu l-kundanna tal-mewt fuq il-Magħluq ta' Wied il-Għajn, u nkeċċu n-nies milli jersqu lejn il-pontoons? Pjan ta' immaniġġjar għall-bajja ta' Marsaskala jista' jinkludi ħafna affarijiet fih, imma mhux marina. Uħud ippruvaw jikkalmaw ir- rabja tar-residenti ta' Marsaskala billi appellaw għan-natura egoistika tal-bnedmin u jimlewlhom għajnhom li l-prezzijiet tal- propjetà tagħhom sa jisparaw 'l fuq. Fil-verità din tkun l-aħħar ħaġa li n-nies ta' Wied il-Għajn jixtiequ. Kulħadd jaf x'ġara fejn il-prezzijiet tal-propjetà għolew: in-nies tal-lokal kellhom idabbru rashom għax uliedhom stess ma felħux jixtru propjetà fil-post u l-lokalità għaddiet minn proċess ta' gentrification, jiġifieri, l-postijiet jibdew jinxtraw minn min jiflaħ, u l-post jinsteraq mir-residenti li tant ħabbewh. Ħarsu lejn il-Belt Valletta. Kemm Beltin fil-fatt illum joqogħdu l-Belt? Il-Gvern Malti għamel xi ħaġa mill-isbaħ fl-inħawi bejn Wied il- Għajn u x-Xgħajra: il-Park Naturali tal-Inwadar. Huwa dan it-tip ta' żvilupp sostenibbli li għandna nippumpjaw enerġija u riżorsi fih, għaliex huwa investiment li jħares verament fil-bogħod. Kellna sajf li x'aktarx kellu l-itwal mewġiet ta' sħana twal li qatt kellna f 'pajjiżna. Irridu nagħżlu.Tidwir tar-rotta lejn żvilupp sostenibbli? Jew żvilupp li jħalli qligħ immedjat li minnu jgawdu l-it, waqt li nissagrifikaw iktar spazji miuħa fuq l-art u l-baħar u nkomplu ngħoddsu 'l isfel fir-rovina ambjentali? Mill-istorja tal-marina ta' Wied il-Għajn ħarġet ħaġa tajba. Gruppi differenti minn oqsma varji tal- ħajja, ġew flimkien biex isemmgħu leħinhom dwar din il-kwistjoni. B'hekk, jiksbu għalihom u għalina spazju politiku li l-partiti politiċi jħobbu jikkapparraw. Il-politika mhix tal-politiċi iżda taċ-ċittadini kollha. Dawk li qed isemmgħu leħinhom kontra din il-marina qed juruna kif nistgħu nifdu l-politika f 'pajjiżna. Marina, rovina 23 opinjoni illum • IL-ĦADD 19 TA' SETTEMBRU 2021 Dr Mario Cardona Professur Godfrey Baldacchino Dr Mario Cardona jgħallem l-MCAST; Il-Professur Godfrey Baldacchino jgħallem l-Università ta' Malta

