Illum previous editions

ILLUM 26 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1414166

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 analiżi illum • IL-ĦADD 26 TA' SETTEMBRU 2021 jew xejn; u, kuntratti mal-ażjenda u mhux ta' settur jew nazzjonali. Intant li l-ażjendi jagħtu taħrig lill- ħaddiema tagħhom jitqies negattiv u, mhux ċar għaliex, ineffiċjenti u jbaxxi l-produttività (p.37). Din il-loġika diffiċli tiimha saħansitra mill-lenti tal-ażjendi. Minflok, din il-politika tħeġġeġ li l-industry leaders jieħdu sehem fit-tfassil tal-kurrikuli tal-iskola mal-akkademiċi u riċerkaturi ħalli jimmoderniżżaw l-iskejjel. It-tfal fl-iskola jsiru riżorsi minn età bikrija. Nostalġija tal- filosofija ġizwita tat-trobbija bikrija. Minflok l-estetika, l-ambjent (tant imsemmi hawn), il-kompetenzi tal-kritika, il-politika; dan id- dokument jipproponi l-IT, literacy, numeracy, problem-solving; intraprenditorjalità, l-etika u l-komunikazzjoni. Xejn ħazin ħlief li, kif jispjega dan id-dokument, intenzjonati esklussivament għas-suq. Konklużjoni Fl-aħħar mill-aħħar jinħass l-isforz ta' branding mill-għażla ta' termini ripetuti ad nauseam bħal state of the art, ċentru ta' eċċellenza, eċċ. Vokabularju għal qalb l-elite tas-settur li jmexxi. Mingħajr ma nintilfu fuq każ sfortunat reċenti ta' università barranija, jagħmel aktar sens li fil-konklużjoni nsemmgħu idea tajba (anki jekk mhux ġdida): l-iżvilupp ta' Malta bħala attrazzjoni għal studenti barranin (għaliex sentenza waħda biss dwar dan?, p. 38). Barra minn hekk, distance learning tista' tkun soluzzjoni speċjalment kontra r-rentiera li wara l-maskra tas-suq ħieles jgħollu bla kontroll il-ħlasijiet (p. 40). Għalkemm dokument miuħ, hemm nuqqasijiet fil-qagħfas: branding waħdu mhux biżżejjed, daqskemm tal-mistħija tinjora dawk sfruttati fix-xogħol u vittmi ta' inġustizzji avolja bil-'kompassjoni' u 'kuraġġ' fit-titlu. Lanqas mhu ċar humiex għalihom. Inkomplu nikkonfermaw li fil- future-proof Malta, l-ekonomija importanti wisq biex inħalluha f 'idejn l-ekonomisti u l-accountants, speċjalment dawk li r-reġim ta' tkabbir tagħhom joħloq faqar saħansitra fost il-ħaddiema. Dan text ieħor biex jirriforma ('jimmodernizza', anki jekk cliché) is-sistema. L-istituzzjonijiet mhux dejjem kienu pronti u mhux l-ewwel darba li kellhom jingiebu lura karattri prominenti minn Brussell. Imma l-privat deċiż li l-għanijiet tiegħu jirnexxu, bħall-għan li jinqalgħu n-nisa mid-dar jew xogħol mhux intaxxat. Ma jimpurtax jaqgħu part-time, prekarji, eċċ. Nagħlqu t-toqba b'xi benefiċċju. Għalhekk meta tqisu kollu, id- dokument sequel ieħor tar-rakkont veritier fejn il-gvern jibni soċjetà kif jixtiquha l-impjegaturi. S T R AT E GY STRATEĠIJA DIĠITALI TAL-ĠUSTIZZJA F'MALTA Konsultazzjoni pubblika dwar il-tħejjija tal-Istrateġija Diġitali tal-Ġustizzja. Proġett iffinanzjat mill-Structural Reform Support Programme (DG-Reform) bl-għajnuna esperta tal- Kummissjoni Ewropea dwar l-Effiċjenza tal-Ġustizzja fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa. Is-sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu fuq l-emejl: Il-Ministeru tal-Ġustizzja u Governanza jilqa' is-sottomissjonijiet tal-pubbliku sat-13 ta' Ottubru, 2021. publicconsultation.justice@gov.mt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 September 2021