Illum previous editions

ILLUM 26 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1414166

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 analiżi IL-ĦADD 26 TA' SETTEMBRU 2021 • illum Ħafna rettorika, ftit sustanza u oratrija Kienu diskorsi li saffru l-ewwel suffara, kien fihom ħafna rettorika sabiħa u patrijottika, imma neqsin mis- sustanza kif ukoll mill-ħeġġa u l-oratrija eċċellenti li konna drajna biha b'politiċi bħal Eddie, Mintoff, Muscat u Gonzi. L-ILLUM tanalizza ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Nhar l-20 ta' Settembru li għadda ż-żewġ partiti bħal donnhom saffru s-suffara elettorali b'żewġ diskorsi - wieħed tal- Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Bernard Grech, fuq il-Fosos u l-ieħor tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela f 'Ta' Qali. Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa iktar analitika lejn dawn id-diskorsi, l-impatt tagħhom, l-udjenza quddiemhom, in- narrattiva u s-sustanza, speċjalment għal dawk l-eluf li rawhom u forsi għadhom ma ddeċidewx fejn se jkunu qed jitfgħu l-vot tagħhom meta tasal l-elezzjoni. Rettorika kemm trid...speċjalment fuq l-ambjent! Naturalment, ir-rettorika hija parti importanti f 'diskors politiku u wieħed jistenna li jkun hemm element tagħha li tqajjem u tħeġġeġ lill-poplu - kemm dawk isewgu quddiem il-kelliem imma anke dawk li segwew fuq it-TV jew inkella fuq il-midja soċjali. Il-problema hija li fiż-żewġ diskorsi, diversi drabi, ir-rettorika kienet xi it għajjiena u kopja ta' frażijiet li issa xbajna nisimgħu u li frankament u probbabbilment it għadha tikkonvinċi, ħlief lil dawk li diġà konvinti. Fuq in-naħa tal-Fosos kien hemm ħafna rettorika dwar il-"bajda u l-ħamra" - l-istess mod kif il-bandiera Maltija hija deskritta fid-diska Tema 79, sinonima mal- Partit Laburista - filwaqt li f 'Ta' Qali kellna l-għajta Mintoana u patrijotta ta' "Malta l-ewwel u qabel kollox." Fuq l-ambjent iż-żewġ mexxejja eċċellaw sew fuq ir-rettorika imma xi it jew wisq kienu neqsin mis-sustanza. Bernard Grech qal li jrid "rivoluzzjoni ħadra" u jrid "koalizzjoni mal-poplu fuq l-ambjent" u saħaq li wasal iż-żmien li "niġġieldu lura fuq l-ambjent." Huwa wiegħed lil dawk li kienu qed isegwu appoġġ lill-bdiewa u sajjieda u qal li l-kosta tal-Maltin għandha tibqa' tal-Maltin. Fuq dan is-settur, fejn ir-rabja ilha palpabbli fost l-elettorat għal snin u kompliet tikber taħt Gvern Laburista, il- PN jeħtieġ ikun ħafna aktar "avventuruż" minn hekk jekk irid jikkonvinċi. Irid jieħu pożizzjonijiet ċari - bħalma ħa eventwalment - fuq ta' Wied il-Għajn, fuq oħrajn bħal tad-DB f 'Pembroke, jew inkella fuq żvilupp urban qrib iċ-ċentri tal-irħula. Lest ibiddel il-Pjani Lokali? Lest ireġġa' lura deċiżjonijiet bħaż-żieda fis-sulari tal- lukandi? Lest inaqqas iż-żoni fejn jista' jinbena high rise? Lest jaqbad meded ta' żoni u jagħtihom aktar protezzjoni biex b'hekk sidien ta' djar f 'dawn iż-żoni ma jkunux jistgħu jwaqqgħu darhom u jibnu blokka appartamenti? Fuq il-bidla fil-klima, Bernard Grech kif qed jippjana li jnaqqas l-emissjonijiet tal-karozzi? Se jgħolli l-prezzijiet tal-karozzi? Se jipprijoritizza t-trasport pubbliku fit-toroq? Jew se jibqa' jipperpetwa l-kultura dominanti li dejjem kien hawn, tal-karozza l-ewwel u qabel kollox? Bernard Grech diġà qal li l-bidliet fil- konfini tal-iżvilupp, li kienu żdiedu bil- qawwi taħt Gvern Nazzjonalista lura fl- 2006 mhux se jkun qed imisshom. Mela dan ifisser illi bih u mingħajru PM, l-iżvilupp li għad irid isir fuq dawn l-artijiet, xorta ser isiru. Dwar Wied il-Għajn, il-PN ħa deċiżjoni u dan kien pass tajjeb 'il quddiem. Pass li tah kredibilità mal-faxxa ta' votanti ħodor, kif kien inċidentalment ħa l-istess tip ta' pożizzjoni fuq il-binja tal-Università Amerikana fiż-Żonqor. Minkejja dan, Grech bħal donnu diġà ħalla 'exit clause' għalih innifsu u meta mistoqsi dwar Yacht Marina fix-Xemxija - fejn Transport Malta informat illi fi Frar se jibda xogħol fuq irmiġġ organizzat għad-dgħajjes, eżatt barra l-istabbiliment tal-Beachaven - Grech la ħa pożizzjoni favur u lanqas kontra. Intant f 'Ta' Qali l-PM elenka numru ta' proġetti li saru u huma lkoll ta' fejda u li it tista' tikkritika. Żewġ miżbliet isiru family parks (Tal-Qortin u Wied Fulija) huma xi ħaġa pożittiva ferm (nittamaw li jkun hemm manutenzjoni tal-post - mhux naqtgħu iċ-ċoff u nħallu s-siġar imutu!). Li qed isir park f 'Bengħisa u li ser jitkabbar ġnien f 'Santa Luċija u li għaddej xogħol biex il-park f 'Ta' Qali jikber, huma lkoll proġetti tajbin, kif sewwa għamel li aħar il-PM Abela dwar inċentivi biex karozzi jaqilbu għall-elettriku. Xorta iżda, dan ma jnaqqasx mis-sens ta' rabja li hawn għall-fatt li jinħass li l-iżvilupp għaddej kullimkien, żvilupp ta' bini u anke ta' toroq kollha f 'daqqa - li qed joħolqu ħafna trabijiet, inkonvenjent u sens illi Malta donnha sit tal-bini. Il-karatteristika tar-raħal Malti qed tinbidel f 'diversi żoni u diversi djar b'karatteristiċi partikolari qed jitwaqqgħu biex minflokhom jinbnew appartamenti. Sondaġġ ippubbikat mill-gazzetta ILLUM minn POLAR nhar il-Ħadd li għadda juri biċ-ċar illi hawn rabja u sens ta' diżillużjoni fuq dan is-suġġett, b'85% tal-Maltin jemmnu li hawn "wisq żvilupp fil-pajjiż" b'97% tal-parteċipanti żgħażagħ u 90% tal-Għawdxin jemmnu dan ukoll. Il-PM x'se jagħmel? Se jbiddel il-pjani lokali? X'se jagħmel fuq Marina f 'Wied il- Għajn u jemmen li jekk mhux hemmhekk għandha ssir marina post ieħor? Veru li hemm l-inċentivi biex nies jaqilbu għal karozzi elettriċi u huwa veru wkoll li hu jixtieq diskussjoni dwar metro, iżda l-Gvern tal-lum kif qed jara li jnaqqas it-tniġġis mill-karozzi b'mod sostanzjali u malajr? Kif se jindirizza dan it-tħassib tal-poplu? Se jipprijoritizza t-trasport pubbliku, sakemm forsi jsir metro? Se jbiddel il-pjani lokali? Se jwaqqaf kull żvilupp fuq art ODZ b'tali mod li persuna lanqas ikollha dritt tapplika biex tiżviluppa fuq ODZ? Se jwaqqaf u jippenalizza lil dawk li jabbużaw mill-ilma tal-pjan, illum qabel għada? Il-fatt li l-ambjent issemma' kemm fuq il-Fosos u anke f 'Ta' Qali ifisser li ż-żewġ partiti jafu sew li din il-kwistjoni qed iddejjaq lin-nies. Is-sondaġġi ma jigdbux! Il-problema hi, li s-soluzzjonijiet li qed nisimgħu bihom huma qatra f 'oċean ta' miżuri li hemm bżonn jittieħdu biex insalvaw dak li għad fadal. Full marks għar-rettorika, imma falliment fil-proposti li vera jibdew jagħmlu differenza serja mil-lum u li wħud minnhom jafu jfissru sagrifiċċju, telf ta' voti u rabja minn ċerti inħawi li draw jagħmlu li jridu! Id-diskors fuq Facebook! Bernard Grech Kemm rawh? 33,000 *(sal-Ġimgħa - Paġna FB PN) Kemm irreaġixxew għall-filmat? 76 persuna Kemm ikkumentawlu? 16-il kumment

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 September 2021