Illum previous editions

ILLUM 26 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1414166

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 26 TA' SETTEMBRU 2021 Il-gazzetta ILLUM ħadet ukoll ir-reazzjoni ta' għalliem, George Muscat, għall-miżuri għas-sena skolastika l-ġdida. Beda' billi rrikonoxxa l-fatt li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 innifisha diġà qed tiġi kkontrollata ħafna u jħoss li n-nies qegħdin ikunu ħafna aktar attenti. Semma wkoll li l-awtoritajiet qed jagħmlu biċċa xogħol tajba ħafna wkoll fil-fehma tiegħu, filwaqt li n-nies draw bil-maskra anki t-tfal u saru iktar konxji. "It-tfal isiru aktar konxji dwar l-iġene, li jaħslu idejhom ta' spiss, ma jmissux ma' affarijiet bla bżonn, kif ukoll jistaqsu mistoqsijiet interessanti bħal: Sir, taħseb li fadlilna bil-maskri?, kemm se ndumu bihom?, 'żgur li għall-ġid tagħna sir?" Bir- risposti tal-għalliem, il-gazzetta nnotat kif it-tfal fl-iskejjel mhux biss huma konxji tas-sitwazzjoni iżda ta' età żgħira qegħdin iħossuhom responsabbli fejn tidħol is-saħħa tal-familja tagħhom. "Darba student qalli li jiddispjaċih li ħafna drabi jixtieq jgħin lil min ma jistax jgħix ħajja aħjar jew inkella lill- anzjani tagħna u kull minn hu vulnerabbli meta jiltaqa' wiċċ imb wiċċ mal-pandemija." Għaldaqstant, kif dan l-għalliem jaqbel lit-tfal jibqgħu bil-maskri anke' meta jinstemgħu daqsekk anzjużi? Huwa rrisponda li jaqbel li jibqgħu bil-maskri, mhux biss għat-tfal iżda wkoll għall- għalliema, li minbarra li jkunu qegħdin jagħtu eżempju, jkunu wkoll qed jipproteġu l-istudenti tagħhom. 'Naqbel mal-Ministru meta semmiet li ''l-mira u l-għan aħħari ta' kulħadd hi li l-istudenti jerġgħu jirritornaw lura fiżikament lejn l-iskola"' Fl-aħħar ġimgħat qabel ma ġiet imħabbra l-istrateġija tas- sena skolastika li ġejja, numru ta' ġurnali, b'mod speċjali dawk ġejjin mill-oppożizzjoni, allegaw li hemm diżorganizazzjoni filwaqt li d-deċiżjonijiet li qed jitieħdu mhux dejjem qegħdin ikunu favorevoli għall- għalliema. Fuq dan, il-gazzetta staqsiet lil Muscat jekk jaqbilx mal-mod ta' kif qed tiġi pjanata s-sena skolastika mill-Ministeru tal- Edukazzjoni. "Fl-opinjoni tiegħi anki l-fatt li ħafna mill-istudenti ħadu t-tilqima, tgħin ħafna. L-affarijiet jinbidlu l-ħin kollu u ħadd ma jbassar x'ser jiġri għada, pero' l-awtoritajiet qed ikunu kawti ħafna sabiex ikollna l-aħjar gwida għal saħħitna." Semma kif il-Ministru għall- Edukazzjoni Justyne Caruana tkellmet fuq il-protokolli għas- sena skolastika li ġejja wara li ġew diskussi mal-istakeholders kollha tal-edukazzjoni tal-istat. Wara dawn ġew implimentati sabiex l-istudenti jkollhom ambjent, fejn kemm jista' jkun jiġu protetti minn kull mard u jħossuhom sikuri jmorru l-iskola. Huwa qabel mal-Ministru meta matul l-intervista li kellha fuq One Radio semmiet li ''l-mira u l-għan aħħari ta' kulħadd hi li l-istudenti jerġgħu jirritornaw lura fiżikament lejn l-iskola." "Naqbel magħha meta qalet ukoll li t-tagħlim fiżiku jiġifieri l-fatt li l-istudenti jkunu preżenti fl-iskola jgħin ħafna b'mod speċjali fejn tidħol is- saħħa mentali, fejn tidħol is- soċjaliżżazzjoni u l-inklużjoni. Il-pandemija affetwat lit-tfal tagħna u għalhekk, irridu naraw kif se nirkupraw matul is-sena skolastika li ġejja." "Kien hemm studenti li ma ġewx skola biex jipproteġu lil familthom" Hu tenn għal-darba tnejn li hu jemmen li t-tagħlim fiżiku, għal kuntrarju ta' dak virtwali, jgħin aktar mhux biss fl-attendenza li forsi ma kinitx tajba meta waqfu fi żmien il-pandemija iżda għal fatturi oħra. "Fl-opinjoni tiegħi l-fatt li student jimxi mar-rutina, tgħin fil-ħajja sabiex ma jitgħażżinx u jkun aktar motivat meta jara li anki sħabu l-oħra marru għax- xogħol, f 'dan il-każ l-iskola, li hemm ambjent ħolistiku fejn it- tfal jiltaqgħu, jitkellmu u jaqsmu l-ideat u l-ħsibijet tagħhom ma' sħabhom kif ukoll fil-klassi mal- għalliema." Mill-esperjenza tiegħu bħala għalliem fl-aħħar sena speċjalment fejn tidħol edukazzjoni li saret fiżikament, hu esperjenza xi diffikultajiet ukoll. "Kelli esperjenzi fejn il- ġenituri u t-tfal inkluż aħna bżajna u kien hemm xi studenti, mhux fil-kulleġġ tiegħi, li ma marrux skola sabiex jipproteġuhom lil familthom"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 September 2021