Illum previous editions

ILLUM 26 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1414166

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 26 TA' SETTEMBRU 2021 Il-bidu tas-seba' żodjaku: Dak ta' LIBRA Mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan il- bidu fiż-żodjaku ta' Libra għalik Aquarius ser ikun ifisser li trid trattab xi deċiżjonijiet li int ser ikollok twettaq u dan minħabba li esperjenzajt konsegwenzi meta fil-passat għaġġilt. Għalhekk għaraf dan u ħu dawk id-deċiżjonijiet fil-ħin u l-mument idejali sabiex int tgħaraf tersaq lejn dik l-istabbilita' b'aktar ispirazzjoni. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma l-aħmar u l-kannella. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ġimgħa. Aquarius huma magħrufin għat twebbis ta' rashom. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan il- bidu fiż-żodjaku ta'Libra għalik ser ikun iffisser li wasal iż- żmien li int għandek tgħaraf aktar timxi b'moħħok għal dawk is- sitwazzjonijiet li hemm madwarek fil-preżent. Dan ser jurik il-kapaċita' tiegħek u għalhekk għaraf kun aktar fiduċjuż fik innifsek sabiex din tkun il- motivazzjoni tiegħek lejn futur stabbili. Kuluri favoriti ma' Pisces huma l-blu u l-oranġjo. L-aktar jum ideali għalik huwa t-Tnejn. Pisces huma magħrufin għal immaġinazzjoni tagħhom. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sat-19 ta' April F'dan il bidu fiż-żodjak ta' Libra għalik Aries ser tagħmlek tirriffletti u attent ta' kif tgħaraf tiddeċidi għal dawk il-bżonnijiet li ġejjin fil-viċin tiegħek. Dan huwa mument delikat għalik u din is-sitwazjioni taf ukoll toħloq ċertu ħsibijiet. Għalhekk huwa mportanti sabiex tgħaraf iżomm lilek innifsek kemm tista' kawt sabiex ma jitwettqux żbalji.Kuluri favoriti ma' Aries huma l-iswed u l-vjola. L-aktar jum ideali għalik huwa s-Sibt. Aries huma magħrufin għat tfasil iddettaljat tagħhom. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il bidu fiż-żodjak ta' Libra għalik Taurus ser jagħmlek indeċiż dwar il-pożizzjoni li kont fil-passat għal dak li int fil-preżent. Ovvjament dawn huma fażijiet ta' riflessjonijiet profondi li jafu joħolqu it ta' konfużjoni. Għalhekk int għandek tiffoka biss fuq dak li għaddej minnu fil-preżent sabiex tkompli tissaħħaħ. Kuluri favoriti ma' Taurus huma l-aħmar u l-oranġjo. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ħamis. Taurus huma magħrufin għas sensittivita' tagħhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal- 20 ta' Ġunju F'dan il bid fiż-żodjaku ta' Libra għalik Gemini ser tkun fażi fejn int tgħaraf tagħti aktar attenzjoni aktar mis-soltu lil diversi sitwazzjonijiet madwarek. Ser tgħaraf li kollox irid il-ħin tiegħu sabiex jiżviluppa eżatt kif tkun tixtiequ int. Għalhekk għaraf u emmen iżjed fik innifsek sabiex dawk il- proġetti jew idejat jagħrfu jkunu ta' tkattir lejn ġejjini aħjar. Kuluri favoriti ma' Gemini huma l-aħmar u l-isfar. L-aktar jum ideali għalik huwa t-Tlieta. Gemini huma magħrufin għal gwida li joffru. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat- 22 ta' Lulju F'dan il bidu fiż-żodjaku ta' Libra għalik Cancer ser ikun mument ta' aktar għarfien fl-opportunita' li qiegħed tesperjenza fil-preżent. Dan ser ikompli issaħħek u minn issa trid tkun kapaċi tegħleb kull ostakolu. Din hija fażi sabiex tgħaraf aktar il-kontroll tiegħek. Kuluri favoriti ma' Cancer huma l-kanella u l-abjad. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Erbgħa. Cancer huma magħrufin bħala persuni ta' kommunikazzjoni pożittiva. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan il bidu fiż-żodjaku ta' Libra għalik Leo ser tagħmlek tkun aktar attent u ffokkat minn dak li ma kontx tagħti dik l-importanza mixtieqa. Trid tgħaraf li qiegħed fil-fażi ta' tkattir u minħabba dan trid toqgħod aktar attent kif taġixxi. Għalhekk tajjeb li tkun aktar imħejji sabiex tkun tista' tkattar aktar il-madwar komplut tiegħek. Kuluri favoriti ma' Leo huma l-griż u l-isfar. L-aktar jum ideali għalik huwa s-Sibt. Leo huma magħrufin bħala persuni ta' moral effettiv ħafna. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru F'dan il bidu fiż-żodjaku ta' Libra għalik Virgo ser ikun mument fejn tista' tgħaraf aktar l-abbilita' tiegħek sabiex b'dan il-mod ma' toqgħodx timxi aktar fuq pariri ta' ħaddieħor. Parir dejjem tajjeb pero' finalment int trid tgħaraf tasal għal dak il-pass finali. Dan ser jagħmlek persuna aktar stabbili. Kuluri favoriti ma' Virgo huma l-isfar u lewn id-deheb. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Erbgħa. Virgo huma magħrufin kemm huma nies ta' fehma soda. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan il bidu fiż-żodjaku ta' Libra għalik l-istess Libra ser ikun mument ta' aktar stabbilita' minn dak li kont qed tesperjenza. Għalhekk aħtaf dan il- mument opportun sabiex tgħaraf timxi aktar kemm fil-karriera kif ukoll fil- madwar tiegħek. Dan huwa mument fejn int kapaċi twessa aktar l-abbilita' tiegħek. Kuluri favoriti ma' Libra huma l-blu u r-roża. L-aktar jum ideali għalik huwa t-Tnejn. Libra huma magħrufin li jimxu mal mument. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan il bidu fiż-żodjaku ta' Libra għalik Scorpio ser ikun il- waqt li tgħaraf tibda twettaq dawk il-bżonnijiet personali. Ovvjament dawk l-aktar li joltqu lilek direttament. Għalhekk ikun tajjeb li minn issa tibda ddur waħda madwarek sabiex b'dan tgħaraf aktar kif ser tippjana aħjar. Tibdil li hemm bżonn twettaq, tibżax twettqu. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma l-griż u l-isfar. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ġimgħa. Scorpio huma magħrufin għat tmexxija ntensiva tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan il bidu fiż-żodjaku ta'Libra għalik Sagittarius ser ikun dak il-waqt li ser jinfetħulek bosta opportunitajiet fil-karriera tiegħek. Taqtax qalbek jekk minħabba xi opportunita' ġdida ser ikollok twettaq xi tibdil meħtieġ. Dan wettqu u kun galbiu. Kuluri favoriti ma' Sagittraius huma dawn l-kanella u l-aħmar. L-aktar jum ideali għalik huwa t-Tlieta. Sagittarius huma magħrufin għal motivazzjoni tagħhom. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan il bidu fiż-żodjaku ta' Libra għalik Capricorn ser ikun iffisser ċaqlieq aktar lejn aktar stabbilita' ta' dak li tant ilek tippjana. Għalhekk għaraf wettaq dak li hemm meħtieġ għax dan ser jawgura tajjeb sabiex dak li tant tixtieq jibda jagħtik is-sodisfazzjon tant meħtieġ u bilanċ. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma l-blu u l-oranġjo.L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ħamis. Capricorn huma magħrufin għad direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste L-ewwel Premju: Voucher bi skont fuq il- pubblikazzjonijiet kollha ta' PaulJon, flimkien mal- Kalendarju Żodjaku 2020. It-tieni Premju: Voucher bi skont fuq trattament tas-sbuħija, mogħti minn Angels and Crystals Beauty Wellness Salon Marsascala, flimkien ma' tifkira tal-Kalendarju Żodjaku 2020. L-ewwel premju ntrebaħ minn: Monica Gafa minn Ħal Tarxien filwaqt li t-tieni premju ntrebaħ minn: Antonella Vella mir-Rabat Mistoqsija sempliċi ta' din il-ġimgħa hi: Iż-Żodjaku ta' Libra huwa s-seba', it- tmien jew id-disa' żodjaku? Ibgħat it-tweġiba postali tiegħek lill: Kompetizzjoni "ILLUM", Po Box 27, Paola. Namaste Is-seba' żodjaku: dak ta' LIBRA Nibdew is-seba żodjaku dak ta' LIBRA li jibda mill-Ħamis 23 ta' Settembru sal-Ġimgha 22 ta' Ottubru. Żodjaku li ser iwassalna għal diversi aspetti nteressanti fit-twettieq meħtieg tagħna. Iż-żodjaku ta' Libra hu magħruf li jiddireġina lejn bilanċ kemm fil- ħajja personali tagħna u kemm f 'dak li nwettqu madwarna. Pero' dan iż-żodjaku ta' Libra joffrilna wkoll dik l-armonija li tkun bdiet tmajna. Joffrilna aktar għarfien profond għalina kif ukoll dik il-motivazzjoni lejn diversi aspetti li nkunu rridu nilħqu. Iż-żodjaku ta' Libra jdaħħalna fl-istaġun frisk tal-ħarifa fejn bil-mod it-temperaturi sħan tas-sajf jibdew jitbaxxew u nibdew inħossu dik l-arja friska. Ovvjament jibdew dawk il jiem bix-xita u l-ħajja ta' madwarna tibda tinbidel. Ikompli. KOMPETIZZJONI MA' PAULJON

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 September 2021