Illum previous editions

ILLUM 26 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1414166

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 26 TA' SETTEMBRU 2021 Carmel Bonnici Meta fiċ-ċinema minn kull direzzjoni bdew ifaqqsu l-aġenti sigrieti furjużi (1) L-aġenti sigrieti jew dawk li konna nsejħulhom spiji ilhom jidhru fuq il-liżar il-kbir sa mis-snin bikrin ta' din is-seba' arti. Dawn l-individwi, mħarrġa apposta, xogħolhom kien li jinfiltraw pożizzjonijiet sensittivi tal-għadu, bħal f 'xi palazz irjali, fil-qalba ta' xi uffiċjali għoljin ta' xi armata, f 'xi għaqda sovversiva, eċċ. biex jakkwistaw informazzjoni utli u sigrieta u jgħadduha lis-superjuri tagħhom. Sa mir-Raba' Seklu Qabel Kristu l-ispjunaġġ kien diġà jeżisti fiċ- Ċina, kif ukoll fl-Indja. Fl-Eġittu tal-Qedem kienet teżisti sistema żviluppata kif wieħed jakkwista informazzoni pertinenti, waqt li l-Lhud kienu jużaw spiji, anki xi mara li tagħmilha ta' prostituta kif insibu rrakkontat fil-Bibbja, biex titħabbeb mal-kapiiet tal- armata opposta. Dawn l-aġenti sigrieti kienu komuni ħafna fl-Imperu Ruman u anki f 'dak Grieg. Il-Mongoli għamlu użu tajjeb minn dawn l-ispiji biex rebħu artijiet kemm fiċ-Ċina u kemm fl-Ewropa. Fil-Ġappun Fewdali kienu jiġbru intelliġenza sensittiva permezz ta' "shinobi". Aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, l-ispjunaġġ sar iżjed komuni, aktar elaborat imma b'mod kawtel. Dawn l-aġenti li kienu jaħdmu minn taħt bil- paċenzja kollha u bl-inqas sogru għaddew minn ħafna ntriċċi fin- numru konsiderevoli ta' gwerer li nqalgħu. It-tattiċi nbiddlu sewwa anki l-movimenti ta' dawn. Din il-kwalità ta' attività saret mifruxa sewwa wara t-Tieni Gwerra Dinija bit-tensjoni maħluqa tal-Gwerra Bierda bejn l-Istati Uniti u l-Blokk Sovjetiku l-aktar. Insibu wkoll spiji ta' "doppia faccia" fejn ir-rgħiba għall-flus kienet u għadha rreżistibbli. Films tajbin dwar spiji sigrieti kemm reali u kemm fittizji huma: Mata Hari (1931), Ministry Of Fear (1944), Stalag 17 (1953), The Manchurian Candidate (1962), eċċ. u dawk diretti minn Alfred Hitchcock bħal The 39 Steps (1935), Saboteur (1942), Notorious (1946), The Man Whom Knew Too Much (1956) u North By Northwest (1959). Għalkemm diversi minn dawn il-films kellhom xi sekwenzi, mhux spissi, ta' azzjoni, il- protagonist aktarx kien muri bħala bniedem kalm, iddedikat, li tista' tafda fuqu u metikuluż f 'xogħlu. Dan ix-xenarju nbidel totalment f 'salt wieħed meta fl- 1962, bħal-leħħa ta' berqa deher il-film Dr. No bil-protagonist ikun l-attur ftit magħruf, Sean Connery fil-parti tal-aġent sigriet James Bond 007, ibbażat minn fuq il-ktieb tal-1958 ta' Ian Fleming. L-istruttura stabbilita kollha tal-films tal-ispiji ta' qabel hawn dlonk inbiddlet radikalment u kompliet tiżviluppa b'films oħra ta' James Bond li ħarġu sa 3 snin wara. Ian Fleming, li barra li kien kittieb u ġurnalist, kien ukoll uffiċjal navali tal-intelliġenza Brittanika u familjari max-xogħol tal-ispiji. Hawn twieled eroj kult, James Bond, aġent sigriet li jaħdem għall-MI6 bil-kodiċi ta' 007 (jiġifieri li għandu l-liċenzja li jista' joqtol fuq xogħlu). Il-poplu ma' kullimkien iġġennen wara dawn il- produzzjoniiet ta' taħlita ta' azzjoni inkredibbli, ironija dwar il-klassi għolja, kuluri brillanti, vjolenza u sess, umoriżmu sarkastiku, nisa sbieħ anki intelliġenti, ħafna drabi b'nofs ilbies u apparat tekniku sofistikat. Fuq kollox, dawn ix-xogħlijiet kienu tassew stilizzati, attrezzati sewwa għall-gosti tal-pubbliku, ingredjenti relevanti għas-snin sittin tal-bidu meta l-pajjiżi Ewropej kienu qed joħorġu mill-atmosfera li toħnoq ta' wara l-gwerra. Il-popolarità li bdew jiksbu dawn il-films ħeġġet lill- kumpaniji maġġuri oħrajn ta' Hollywood biex jillanċjaw l-aġenti sigrieti tagħhom. Mhux hekk biss, imma mir-Renju Unit, l-Italja (ġieli b'koproduzzjonijiet ma' pajjiżi oħra l-aktar Spanja), Franza, il-Ġermanja u postijiet diversi, l-ispiji bdew ġejjin b'mod imfawwar. Is-sensiela ta' James Bond għadha għaddejja popolari sal-preżent b'mod solidu u meta telimina dik tal- gremxula ġganteska Ġappuniża, Godzilla, hi l-itwal waħda fl- istorja taċ-ċinema. Din jixirqilha artiklu għaliha biss! Il-fanatiċiżmu għal dawn il- kwalita' ta' films laħqet il-qofol tagħha fis-snin sittin, fejn aġenti sigrieti ta' stoffa bdew ifeġġu minn diversi bnadi. Ikompli l-ġimgħa d-dieħla

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 September 2021