Illum previous editions

ILLUM 26 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1414166

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 26 TA' SETTEMBRU 2021 • illum 'Hawn il-ġid iżda l-faqar kiber bil-kontijiet jew għax bla dar' YENDRICK CIOFFI Qalb il-mekka tad-divertiment f 'Malta, l-istorbju tal-barijiet, il-ħsejjes tal-karozzi u forsi anke tal-kostruzzjoni, issib dik deskritta bħala l-oażi ta' paċi, jiġifieri l-Millennium Chapel, li welled 21 sena ilu Patri Hilary Tagliaferro, jew sempliċiment Fr Hilary, kif inhu magħruf mal-Maltin. Anke jekk din is-sena se jagħlaq 87 sena, Fr Hilary għadek issibu jaħdem bl-istess imħabba u impenn u fi kliemu stess, jibqa' għaddej "sakemm jagħtih in-nifs." Din il-ġimgħa, ħa nħallu it il-politika fil-ġenb u se niltaqgħu ma' Fr Hilary, dan ir- reliġjuż Agostinjan, iffissat fil-futbol. Tħares fejn tħares, inkluż fl-uffiċċju, tara ritratti tiegħu ma' plejers Maltin u plejers internazzjonali u famużi u anke rikonoxximenti u premji li ngħata, inkluż mill-UEFA. Fr Hilary jibda jirrakkonta li ilu mill-1989 jagħmel parti mill-komunità Agostinjana fl-inħawi fejn illum insibu l-Millennium Chapel. "Ġejt sena wara l-World Cup ta' Franza għax jiena bil-World Cups nikkalkula," qalilna bi tbissima. "Dik kienet l-aħħar darba li għamiltha ta' ġurnalist sportiv." Qabel, Fr Hilary, għamel 26 sena fl-inħawi ta' Bay Street. Dan ifisser, ikompli jispjegalna, li ilu f 'din iż-żona ta' San Ġiljan mis-snin sebgħin. "Jiena rajt din iż-żona tinbidel. Niakru post ta' villeġatura għal it familji Maltin u kien hawn ukoll it residenti. Rajtu, it it, isir il-post tat-turiżmu, tal-lukandi, tad-divertiment u tal-istorbju," kompla jirrakkonta. "Inbidel totalment." Il-bidla f 'din iż-żona, ġabet magħha wkoll bidla fil-ħidma tal-Patrijiet Agostinjani. Spjega kif fiż-żona fejn illum hemm il- Millennium Chapel, qabel kien hemm sempliċiment ċentru żgħir tal-komunità, li kien jintuża għad-duttrina u anke għal xi teatrin jew xi film li kien jintwera. "Għal xi it żmien ukoll kienet parroċċa żgħira," kompla jirrakkonta anke jekk dan ma kien niżel xejn tajjeb mal-Kappillan ta' San Ġiljan. 'Kien il-futbol li ressaqni lejn in-nies anke fi żmien il-kwistjoni bejn il-PL u l-Knisja' Morna it lura fiż-żmien u tkellimna dwar iż-żmien li Fr Hilary kien ġurnalist. Fil-fatt kien ġurnalist mal-ġurnali 'Il- Ħaddiem,' 'Il-Ħajja' u anke ma' gazzetta oħra li, kumbinazzjoni, kien ukoll jisimha "L-ILLUM." Fit-tliet gazzetta, apparti li kien parti mill- bord editorjali, xogħlu kien speċjalizzat fuq l-isports. Iżda l-ILLUM tistaqsih kif irnexxielu jżewweġ flimkien il-ħajja reliġjuża u dik ta' ġurnalist sportiv. Kellu jibqa' daqshekk iffissat fl-isport, ġaladarba kien sar saċerdot? Ma setax għamel affarijiet oħra? "Allavolja mort nistudja Ruma għal saċerdot, qalbi dejjem kienet fl-isport. Meta ġejt lura Malta, kont l-Oratorju ta' Ħal Tarxien fejn kien ikun hemm ħafna tfal u kont erġajt bdejt nilgħab il-futbol. Indunajt bħala saċerdot li l-isports u l-futbol kien qed iwassalni lejn in-nies," spjega Fr Hilary. Kompla jfakkar li dan kien żmien il- kwistjoni bejn il-Partit Laburista u l-Knisja. Fi kliemu, il-famuż "dnub il-mejjet" ħoloq sentiment ta' antiklerikaliżmu fost bosta. "Kien żmien diffiċli imma nirringrazzja 'l Alla li dak iż-żmien, permezz tal-futbol, ersaqt lejn il-każini tal-partiti politiċi, il- każini tal-banda, il-każini tal-futbol u bqajt nitħallat u nsir naf in-nies. Indunajt li Alla lili żejjini b'dan it-talent tal-isports biex inkun nista' nużah anke bħala saċerdot sabiex nersaq iżjed viċin in-nies," insista. Saħaq ukoll li ħafna mill-valuri tal-isports jixbħu ħafna l-valuri tal-Evanġelju. Fost dawn semma l-ispirtu tas-sagrifiċċju, tal-maħfra, tal-umiltà u oħrajn. 'Gwaj għalih dak is-saċerdot li jaqbad it-triq tat-trijonfaliżmu' Fr Hilary ma tantx idur mal-lewża u hawn tefa' ħarstu fuq il-Knisja llum il-ġurnata, partikolarment lejn uħud mis-saċerdoti. Fr Hilary, minkejja l-età tiegħu, għadu jiġbed lejh iż-żgħażagħ, iżda hawn saċerdoti, li anke jekk għadhom żgħar, ma jmorrux tajjeb maż- żgħażagħ u jidhru li huma maqtugħa min- nies. "Dak huwa nuqqas ta' formazzjoni li qed tingħata. Jiddispjaċini ngħid li ħafna saċerdoti żgħar huma ffissati fuq l-ilbies, fuq il-berettini u fuq it-titlu ta' kanonku, milli fuq il-kuntatt man-nies. Niem lil dawk is-saċerdoti anzjani, li ma għexux il-ħajja li għext jien u li huma maqtugħa min-nies. Lil dawn naħfrilhom. Imma ma nistax naċċetta li dawk li huma żgħar jinqatgħu min-nies," insista Fr Hilary. "Il-Papa Franġisku jgħidilna li jrid ikollna r-riħa tal-mogħoż, tal-merħla. Dak ifisser li tkun f 'kuntatt man-nies. Gwaj għalih dak is-saċerdot li jaqbad it-triq tat- trijonfaliżmu li tbiegħdu mill-poplu." 'Il-Millennium Chapel infeħet 15-il sena tard' Qlibna d-diskors biex nitkellmu fuq il- Millennium Chapel. L-ILLUM tistaqsih jekk infetħitx apposta f 'din iż-żona jew inkella nfetħitx f 'Paceville għax l-Agostinjani diġà kellhom preżenza. Insista li l-Millennium Chapel f 'post ieħor ma kienx ikollha s-suċċess u lanqas is- sinifikat li għandha f 'Paceville. "L-akbar problema li kelli biex niaħ il- Millennium Chapel kienet mill-patrijiet sħabi li kienu jgħixu hawnhekk stess. Għall-bidu ma setgħux jimu l-bżonn tagħha, anke għax l-Agostinjani diġà kellna knisja li kienet qed taqdi l-bżonnijiet tal-komunità," insista. Madanakollu, Fr Hilary baqa' jinsisti li Paceville inbidel u l-bżonnijiet inbidlu u kien hemm bżonn mod differenti kif jersqu lejn in-nies. Iżda it it, il-Millennium Chapel infetħet, fl-istess post fejn qabel kien hemm iċ-ċentru tal-komunità li kien ilu xi għaxar snin magħluq, għax il-it residenti li kien hemm f 'din iż-żona, telqu jgħixu bnadi oħra minħabba l-iżvilupp. "Jiena ħassejt li f 'Paceville kien hawn kollox ħlief il-preżenza ta' Alla. Mhux għax Alla ma kienx preżenti, imma, biex ngħidu hekk, ma kienx preżenti fiżikament, fl- Ewkaristija, l-istess kif inhuma preżenti l-bars u l-istabbilimenti tad-divertiment," saħaq. Fi kliemu, kien ilu joħlom bil-Millennium Chapel, minn ħafna żmien qabel. "Kien hawn bżonnha fi żmien tmenin. Wasalna kważi 15-il sena tard. Kienu nfetħet imqar 15-il sena qabel, kienet tagħmel aktar ġid," kompla jirrakkonta. Kollox beda minn grupp żgħażagħ bilqiegħda fuq taraġ Jirrakkonta kif darba minnhom, meta kien qed jirritorna l-kunvent, għall-ħabta tas- siegħa ta' filgħodu kien iltaqa' ma' grupp ta' żgħażagħ li kienu bilqiegħda fuq it-taraġ tal- knisja tal-Agostinjani. "Staqsejthom għaliex kienu hemm u għaliex ma kinux id-disco. Qaluli li xtaqu jitkellmu. Mela allura anke ż-żgħażagħ iridu jitkellmu, iridu l-kwiet. Dik xegħlet bozza fija u aħna l-Millennium Chapel," kompla jirrakkonta. 'Il-Millenium Chapel salvat ħafna ħajjiet' Saħaq li l-Ewkaristija, li tibqa' l-qofol ta' dan iċ-ċentru, fiha l-forza u l-qawwa tagħha li tista' tbiddel lil dak li jkun. "Il-Millenium Chapel salvat ħafna ħajjiet. Nies jiġu jibku u jiġu jifirħu wkoll," insista Fr Hilary. Fil-fatt, ħafna jaħsbu li l-Millennium Chapel hija sempliċiment kappella tal- adorazzjoni li bħalhom insibu kważi f 'kull lokalità. Altru minn hekk. Il-Millennium Chapel toffri għadd ta' servizzi. Fr Hilary spjega kif kuljum jiltaqgħu ħafna żgħażagħ fi gruppi ta' appoġġ kontra diversi vizzji, inkluż id-droga, il-logħob u anke l-alkoħol. Barra minn hekk, il-Millennium Chapel, bl-għajnuna ta' diversi professjonisti, toffri counselling b'xejn għal dawk il-persuni, Maltin u barranin, li jkunu għaddejin minn żminijiet diffiċli. "Għandna grupp ta' esperti u professjonisti li joffrulna s-servizz tagħhom b'xejn. Ikollna wkoll anke studenti universitarji li jiġu hawn biex jagħmlu l-esperjenza tagħhom," insista Fr Hilary. Minn boroż kbar ta' ikel, sa għajnuna fil-ħlas ta' kontijiet F'garaxx, biswit il-Millennium Chapel, wieħed isib diversi affarijiet għall-bejgħ, bi prezzijiet baxxi ħafna. Minn hawn ukoll, il- Fr Hilary Tagliaferrio Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Fr Hilary Tagliaferro, is-saċerdot iffissat fil-futbol li anke jekk għandu 87 sena, ma jieqaf qatt jaħdem mal-batut permezz tal- Millennium Chapel, li welled hu stess 21 sena ilu. Jirrakkonta kemm dan il-proġett għen u salva ħajjiet tul is-snin Fr Hilary Tagliaferro

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 September 2021