Illum previous editions

ILLUM 26 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1414166

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 26 TA' SETTEMBRU 2021 Ritratt: James Bianchi kiber ... ħafna jiġu għall-ikel, dar' Millennium Chapel toffri boroż kbar tal-ikel, kull ħmistax, lil 250 familja minn madwar Malta kollha. "Bdejna b'għaxar familji. Illum telgħu 250. Jiġu anke nies li jitolbuna ngħinhom għax ma jkunx jistgħu jlaħħqu mal-kontijiet," insista Fr Hilary. Kompla jisħaq li tul l-21 sena li l-Millenium Chapel ilha miuħa, l-affarijiet marru għall- għar mhux għall-aħjar, fis-sens li l-problemi kibru u forsi saru aktar profondi. 'Vera hawn il-ġid u hawn ix-xogħol, imma l-faqar kiber ... hawn nies bla dar' "Il-problema tad-droga kibbret. Anke minħabba l-pandemija. Hawn iżjed adorazzjoni tal-flus. Id-dinja saret iżjed materjalista. Dik tinħass. Għalkemm hawn iżjed ġid il-faqar kiber. Jiġu ħafna bil-kontijiet tad-dawl u l-ilma jew b'xi kont tal-kera. Il-ġuħ kiber. Il-faqar kiber. Kull ġimgħa tiġi familja ġdida li għandha bżonn l-għajnuna. Vera hawn il-ġid u hawn ix-xogħol, imma l-faqar kiber," insista Fr Hilary. Fil-fatt, sakemm l-ILLUM kienet qed titkellem ma' Fr Hilary, ukoll ġew nies jitolbuh l-għajnuna. Tkellem ukoll dwar il-problema tal-kirjiet u l-għadd ta' persuni li spiċċaw bla saqaf fuq rashom Insista li anke dawn żdiedu. "Jiġu ħafna li huma bla dar. Mur fuq il- bajjiet u ara nies reqdin fuq il-bajja. Anke fil-kuritur li jagħti għall-kunvent, insibu nies reqdin. Ikun hemm priġunieri li joħorġu mill- ħabs u ma jkollhomx fejn immorru. Għaliex lill-priġunieri jitilquhom mill-ħabs fis-sebgħa ta' filgħaxija. Min ma għandux fejn imur, fejn se jsib dak il-ħin?", kompla jisħaq. Kien hawn li saħaq li dan jikkonferma kemm hawn bżonn il-Millennium Chapel. Propju għalhekk, spjega Fr Hilary, ma jiqfux jaħsbu fuq inizjattivi u ideat ġodda għar- realtajiet ġodda li jqumu minn żmien għal żmien. 'Il-ġenerożità tal-Maltin hija kbira' L-ILLUM staqsiet jekk il-pandemija żiditx ix-xogħol tagħhom u jekk kienx hemm aktar persuni li fittxew l-għajnuna tal-Millenium Chapel. Fr Hilary insista li l-problemi fil-pandemija żdiedu u fl-istess waqt għall-Millenium Chapel kienet ukoll daqqa ta' ħarta għax kellhom iwaqqfu l-attivitajiet li permezz tagħhom kienu jiġbru l-flus biex jgħinu lil dawk li jitolbuhom l-għajnuna. "Minkejja dan, il-ġenerożità tal-Maltin hija kbira. Hemm ħafna kumpaniji u ditti kbar li jgħinuna," insista. 'Screen b'messaġġ pożittiv waqqaf raġel milli jmur jaqbeż' Aktar qabel, Fr Hilary qal li l-Millenium Chapel salvat ħafna ħajjiet. L-ILLUM tistaqsih kemm huma komuni l-każi ta' żgħażagħ u nies oħra li jkunu qed jikkunsidraw is- suwiċidju. Irrakkontalna l-aħħar każ li kellu. Fuq barra, fuq il-bankina, hemm screen elettroniku li l-ħin kollu jtella' messaġġi pożittivi. "Xi xahrejn ilu, ċempilli wieħed u qalli li weħel fit-traffiku quddiem il-Millennium Chapel. Qalli li kien iddisprat għax telqitu l-mara u kien determinat li sejjer jaqbeż. Qalli ħarist lejn dan l-iscreen u ra miktub biss: "Don't give up." Messaġġ sempliċi, iżda li għenu jirrifletti x'se jagħmel bit-tfal," insista. Qal li bħal dawn ikollhom diversi każi ta' nies li jmorru jibku, qalbhom maqtugħa anke bil-lejl. Semma omm li saret taf li t-tifla tagħha ta' 15-il sena kienet inqabdet tqila. L-omm kienet ġejja minn familja tajba ħafna u ma setgħetx taċċetta li bintha tqila u kienet lesta li tagħmel suwiċidju. "Ġiet hawn tibki. Żammejniha hawn. Tkellimna magħha u llum tgħannaq it-tarbija li kellha bintha," insista Fr Hilary. "F'mumenti bħal dawn, tirrealizza kemm hawn bżonn il- Millennium Chapel." Mhux żgħażagħ Insara biss ifittu l-Millenium Chapel Anke jekk il-qalba tal-Millenium Chapel tibqa' l-Ewkaristija, mhumiex biss żgħażagħ jew persuni Insara li jmorru jitolbu l-għajnuna imma jmorru nies ta' kull età u reliġjon. Fr Hilary ħadna fi ġnien ta' meditazzjoni, li nfetaħ tliet snin ilu, anke biex jattira aktar persuni li mhumiex Insara, partikolarment Musulmani li ma jħossuhomx komdi li jidħlu fil-kappella. Minkejja l-istorbju li jdawwar il-Millennium Chapel, f 'dan il-ġnien, il-ħoss donnu jiskot. "Il-kelma ta' Alla xorta waħda tibqa' fiċ- ċentru ta' dan il-ġnien, imma hija miuħa għal kulħadd," insista Fr Hilary. Fil-fatt, mal- ħitan, hemm miktuba kwotazzjonijiet mill- Iskrittura li ma jgħoddux biss għall-Insara, imma huma indirizzati għal kulħadd. Iżda l-ILLUM tistaqsi lil Fr Hilary jekk il- kappella, li tinsab fil-qalba ta' dan iċ-ċentru, hijiex frekwantata. Il-bars dejjem mifqugħa bin-nies, imma l-kappella l-istess? Iż- żgħażagħ jiġu? Fr Hilary huwa sodisfatt u saħaq li fil- kappella, matul il-ġurnata, bil-lejl u anke fil-ħinijiet tal-brejks, ikun hemm ħafna żgħażagħ li jmorru jitolbu fil-kwiet. 'L-ewwel itolbu għalina u min jista' jagħtina donazzjoni' Mistoqsi x'jistgħu jagħmlu l-qarrejja tal- ILLUM biex jgħinu lill-Millennium Chapel, Fr Hilary ma marx mill-ewwel għall-flus. Anzi, insista li l-ewwel u qabel kollox għandhom jitolbu għalihom. "Aħna nemmnu ħafna fit-talb u allura nixtiqukom titolbu għalina biex dan il-post jibqa' jilħaq l-għanijiet tiegħu," insista Fr Hilary waqt li spjega li l-Millennium Chapel għandha fondazzjoni ta' lajċi li jaħdmu biex jaraw li din tibqa' tilħaq l-għan tagħha. "Min jaffordja li jagħti donazzjoni, nitolbuh jagħmel dan. Żgħira kemm hi żgħira l-kontribuzzjoni, se tkun qed tgħin lil xi familja fil-bżonn jew xi persuna msallba," insista Fr Hilary. Irrakkonta mal-ILLUM li kull nhar ta' Ħadd, waqt il-quddiesa, jistieden lil dawk preżenti biex jieħdu magħhom imqar landa tond taż-żejt biex joffruha mal-offerta tal- ħobż u l-inbid. "Daħlet fil-kultura. Għandna nies li jġibu borża ikel u jtellawha fuq l-artal," insista Fr Hilary waqt li pponta subajgħ lejn żewġ basktijiet mimlija ikel, lesti, fl-uffiċċju tiegħu, biex jagħtihom lil xi ħadd fil-bżonn. Spjega li huma ma jaqbdux u jagħtu l-għajnuna lil kulħadd. Jivverifikaw id-dħul u anke l-properjetajiet ta' persuna biex ikunu ċerti li l-għajnuna tmur għand min vera għandu bżonn. Fi kliemu, kull min jaqla' inqas minn €10,000 fis-sena, huma se jgħinuh. Anke jekk illum €10,000 fis-sena ma huma xejn, isibu nies li jaqilgħu inqas. "Għalhekk kull min jaffordja, kull min il-Bambin ipprovdilu, anke għax ħadem, nitolbuh biex jaħseb f 'min hu fil-bżonn, għax hawn ħafna," appella. Fr Hilary, se jagħlaq 87 sena. "Ma għejjejtx?" "Ma tixtiqx tieqaf u tistrieħ?", nistaqsuh. "Sakemm jifdalli n-nifs nibqa' nagħti s-servizz tiegħi," temm jgħidilna bi tbissima.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 September 2021