Illum previous editions

ILLUM 26 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1414166

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 26 TA' SETTEMBRU 2021 batuta! Id-diskorsi tal-Indipendenza... Fejn marru Eddie, Mintoff, Muscat u Gonzi? It-tonalità tad-diskors huwa importanti biex iqanqal l-emozzjoni fost l-udjenza li qed tisma'. Mexxej tajjeb u effettiv bilfors irid ikollu l-kapaċità mhux biss li jikkomunika, imma li jkun kapaċi jemozzjona - jirrabja lill-folla, jdaħħakha, jipprovokaha biex tirreaġixxi, jbikkiha u finalment jikkonvinċiha li hu l-aħjar għażla. Eddie Fenech Adami, kien oratur eċċellenti bħal ma kien l-avversarju tiegħu Dom Mintoff - magħrufin għal kif kienu jimmeżmerizzaw lill-folla quddiemhom u joħolqu emozzjoni f 'uħud mill-aktar diskorsi kbar li kellhom. L-istess Gonzi u warajh Joseph Muscat. Kulħadd jiakar erba' snin u nofs ilu biss, l-aħħar mass meeting tal-Labour ta' Ħal Far u Muscat fl-aqwa tal-aqwa oratrija tiegħu. Dak l-eċitament, l-ewforija u l-ħeġġa li kienu jqajmu dawn kienet tinħass nieqsa f 'dawn iż-żewġ attivitajiet, għalkemm jidher li Bernard Grech - li kellu bidu ħażin fir-reazzjoni tiegħu għall-aħħar Baġit - pprogressa ħafna iktar fid-delivery, tonalità u anke fl-oratrija. Jidher li Grech ħa aktar bis-serjetà il-kritika li qala' wara d-diskors b'reazzjoni għall-baġit u dan beda jħalli l-frott. Abela jeħtieġ ikun attent li ma jiżvalutax wisq l-effett pożittiv li għadha tħalli l-kariżma u l-oratrija fuq l-elettorat. Bħala delivery allura, minkejja nuqqas ta' eċitament fuq iż-żewġ naħat, Grech jgħaddi bi it lil Abela. Kif jaraw u jipproġettaw lilhom infushom... Il-Prim Ministru, waqt dan id-diskors, għamel ħafna enfasi fuq is-Soċjaliżmu Demokratiku u li hu soċjalist, imma mhux wieħed li joħloq l-għira bejn il-klassijiet. Din hija l-immaġini li wara kollox ilu jipproġetta l-Partit Laburista, biex jinża' l-immaġini tal-istess partit lura fis-70ijiet u t-80ijiet bil- famuża "aristokrazija tal-ħaddiem" - mibnija fuq il-kunflitt tal-klassi soċjali, il-fqir kontra s-sinjur. Mhux għax din ma għadhiex teżisti, imma illum rfinat ruħha u ħadet sfumaturi differenti li ħafna drabi jirriżultaw fi prekarjat, abbuż, preġudizzju u aktar. Abela jara lilu nnifsu bħala l-faċilitatur tal-wens u l-ġustizzja soċjali, speċjalment l-għajnuna lejn il-vulnerabbli u min baqa' lura. Dan iżda mingħajr ma jindaħal fis-suq u jħalli "s-suq, isuq", li fl-aħħar mill-aħħar tfisser li s-suq ikun iddettat mill-profitt, mid-domanda u l-fornitura u mis-saħħa ta' korporazzjonijiet miljunarji u biljunarji, ħafna drabi internazzjonali. Naturalment dan fetaħ lil Abela għall- kritika mix-xellugin, li fakkruh illi Soċjalist ma jbigħx il-baħar lis-sinjuruni u l-art lill- kuntratturi "bir-ribass" u ma jkunx qrib wisq tad-dinja tal-miljunarji bir-riskju li jkun sottomess għalihom! Minn naħa l-oħra Bernard Grech ipproġetta lilu nnifsu bħala persuna tat-triq, li ħadem qatigħ bl-għaraq ta' xbinu biex bena daru u familtu u naturalment fakkar li hu twieled Raħal Ġdid u għex żogħżitu Birżebbuġa, mhux bħal ħaddieħor li - skont hu - sab kollox lest, inkluż servizzi tal-Palazz tal-President. Abela kien għamel dan ukoll meta kien semma' l-konnessjonijiet tiegħu mal-familja bħala ħaddiema tax-xatt fl- elezzjoni għal mexxej Laburista ġdid. Lilhinn mill-fatt li George Abela tpoġġa President tar-Repubblika minn Gvern Nazzjonalista (ma tistax tagħmlu President imbagħad toqgħod tgerger għax "gawda" mil-lussu u l-benefiċċji Presidenzjali - li wara kollox gawda minnhom kull President ieħor!), dak ta' Grech huwa attentat ċar biex iressaq lill-PN lejn il-votant li "jaqlagħha u jikolha", middle-class u tan-naħa ta' isfel fejn fl-aħħar 12-il sena tilef ħafna u ħafna appoġġ. Fil-fatt fl-2013 u anke l-2017 il-PN tilef ħafna appoġġ f 'distretti li diġà kienu diffiċli għalih. Waħda mill-akkużi li ta' spiss saru lill-PN, kemm qabel l-2013 pero' anke wara, kien li huwa maqtugħ mir-realtà tal- poplu u l-ambizzjonijiet tiegħu. Dan minnu nnifsu huwa tajjeb u żgur li huwa pass 'l quddiem għal Grech u għall-PN. Il-problema għal Grech hija li b'Baġit ieħor, pre-elettorali, b'wegħda diġà magħmula ta' żieda oħra fil-pensjoni wara żieda f 'kull baġit u probabbilment aktar miżuri ta' stimolu, wara ħafna miżuri fl-aħħar snin - inkluż waqt il-Covid-19 - se jkollu jagħmel ħafna iktar minn sempliċiment diskors, biex l-udjenza aktar Laburista, tan-nofsinhar u li "taqlagħha u tikolha" tivvutalu! Fil-fatt hija ċara l-implikazzjoni mid- diskors tal-Prim Ministru f 'Ta' Qali li l-Baġit li jmiss se jkun kruċjali għall-Gvern u se jużah u jeħilbu kemm jiflaħ, biex jgħid li waqt l-akbar kriżi lokali u internazzjonali mit-Tieni Gwerra Dinjija l-Gvern żamm lil Malta fil-wiċċ u fuq quddiem nett fil-proċess ta' vaċċinazzjoni bla awsterità, fl-istess waqt illi jkompli jroxx u jħabbar miżuri li jħallu aktar flus fil-but. Sfortunatament għall-PN, għalkemm wieħed jiem għaliex qed jagħmilha, il- Gvern jaf jieħu wkoll minn xi proposti elettorali li dan il-partit għamel diġà, jirfinahom u jagħtihom it-timbru tiegħu - filwaqt li naturalment jieħu l-krettu kważi kollu hu, eżatt bħalma ġara fuq il-vouchers! Interessanti kif Grech beda d-diskors, u allura kif jara lilu nnifsu bħala kontinwazzjoni tal-"passat glorjuż" tal- PN. Fil-fatt - minkejja li l-ewwel memorja pubblika ta' Grech hija fil-kampanja kontra l-introduzzjoni tad-divorzju - huwa jgħid li kien hemm fi-80ijiet, kien hemm fil- kampanja għar-referendum tad-dħul ta' Malta fl-UE, "ma' Simon Busuttil u ma' Adrian Delia meta kien reġa' qed iressaq lill- partit lejn in-nies." Dan l-aħħar punt kien interessanti, fis- sens illi kien atttentat ċar ta' rikonċiljazzjoni, sena biss wara kampanja qarsa ħafna li qasmet lill-PN, li rat ħafna mill-għeruq u attivisti f 'battibekki kontinwi kontra xulxin u li ħalliet minoranza voċifera pro- Delia, diżilluża u diżappuntata. Minkejja dan l-attentat, it-T shirts ta' 'Team Delia' u l-kundanna sussegwenti ta' Grech, innewtralizzat xi it l-attentati ta' rikonċiljazzjoni. Il-Bidla Interessanti li l-bidla kienet tema li ż-żewġ kelliema messew magħha matul iż-żewġ diskorsi. Imma mil-liema angolu? It-tema tal-bidla kienet ċentrali fid- diskors ta' Grech, forsi kif wieħed jistenna, ladarba l-PN jixtieq il-bidla biex hu jkun fil-Gvern. It-tema tal-festi tal-Indipendenza kienet fil-fatt tiċċentra madwar din it- tema, bil-messaġġ ikun: 'Kun il-bidla'. Hu elenka diversi bidliet, fosthom il-bidla fid- direzzjoni, fl-ambjent, il-bidla fil-partit b'referenzi għall-uċuħ ġodda, bidla fil-pagi tal-għalliema u finalment elenku bl-istil à-là Joseph Muscat, li temm id-diskors tiegħu fuq il-Fosos, dwar bidliet li jistgħu jwettqu in-nies. Minn naħa l-oħra, l-PM Abela għamel aċċenn qawwi fuq bidliet ta' natura oħra. Bidliet fil-qasam Kostituzzjonali, permezz ta' riformi li saru kemm ilu Prim Ministru u bidliet fil-Partit Laburista, permezz tal- inizzjattiva 100 idea. Fil-każ tal-Prim Ministru l-indirizz lejn il-bidla għandha għan differenti. Filwaqt li Grech qed jindirizza lin-Nazzjonalisti u dawk li dejjaqhom jew iħossuhom traduti minn dan il-Gvern u allura jridu jikkastigawh billi jpoġġuh lura fl-Oppożizzjoni, il- bidla ta' Abela hija indirizzata lejn dawk li jirrikonoxxu t-tajjeb kollu li sar mill-Gvern, jirrikonoxxu l-bidliet li wettaq Abela, imma xorta huma mdarrsin sew bl-istejjer ta' korruzzjoni jew nepotiżmu, speċjalment dawk li jiċċentraw ma' Keith Schebri, Konrad Mizzi u Joseph Muscat. Robert Abela Id-diskors fuq Facebook! Kemm rawh? 28,000 *(sal-Ġimgħa - Paġna FB PL) Kemm irreaġixxew għall-filmat? 837 persuna Kemm ikkumentawlu? 359-il kumment

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 September 2021