Illum previous editions

ILLUM 26 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1414166

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' SETTEMBRU 2021 • illum PRELIMINARY MARKET CONSULTATION The Ministry for Tourism and Consumer Protection hereby notifies interested parties that it is issuing a PRELIMINARY MARKET CONSULTATION (PMC) for the provision of services to design and develop a Cost Benefit Analysis addressing digital investment in the Tourism Sector across the Maltese Islands (Ref: MTCP 01/21). The PMC document can be downloaded from etenders.gov.mt. Response to the PMC is to be submitted through etenders.gov.mt by not later than Monday, 4th October 2021 at 10 am (GMT+2). For any queries you can send an email on digitaltourism@gov.mt MINISTRY FOR TOURISM AND CONSUMER PROTECTION Patt Ekoloġiku tal-UE: Il-Kummissjoni Ewropea tingħaqad ma' Neil Agius biex tniedi kampanja ta' għarfien ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ir-Rappreżentanza tal- Kummissjoni Ewropea (KE) f 'Malta ngħaqdet ma' Neil Agius, li m'ilux kiser rekord tal-għawm, u l-NGO Wave of Change biex iniedu l-Kampanja tal-UE dwar il- Patt Ekoloġiku. Ilbieraħ, is- Sibt 25 ta' Settembru, diversi bugħaddasa u voluntiera oħra ltaqgħu biex inaddfu l-baħar fejn il-Moll ta' Buġibba. Il-Kampanja tal-UE dwar il-Patt Ekoloġiku mnedija mir-Rappreżentanza se ssir fuq għadd ta' ġimgħat. Hija maħsuba biex tipprovdi għarfien akbar dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew — il-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni Ewropea lejn il-kisba tal-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050 — u kif kull individwu jista' jagħmel il-parti tiegħu biex jintlaħaq dan l-għan ambizzjuż. Il-qofol tat-tnedija kien ħajt tal-wiri interattiv li jippreżenta l-elementi differenti tal- azzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku. Il-ħajt interattiv se jkun qed idur ma' diversi promenades prominenti madwar Malta u Għawdex, u jipprovdi lil dawk li jgħaddu b'opportunità prattika u interattiva biex jiskopru kif bidliet żgħar min-naħa tagħhom jista' jkollhom effett pożittiv fuq l-ambjent u l-klima. Din il-wirja se tibqa' għaddejja għal diversi ġimgħat u se tittella' wkoll fuq il-Kampus Universitarju matul il-Freshers' Week. Elena Grech, Kap tar- Rappreżentanza tal-KE, enfasizzat dwar kemm hi f 'waqtha l-kampanja u rreferiet għar-rimarki reċenti tal-President von der Leyen dwar l-impenji ambjentali tal-Kummissjoni. Von Der Leyen qalet illi l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima se tkun waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal- Kummissjoni Ewropea din is- sena. Fakkret li l-UE se żżid il-kontribuzzjonijiet tagħha għall-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima b'$4 biljun sal-2027 u se tirdoppja l-finanzjament tagħha għall- bijodiversità. Il-President iddikjarat ukoll li kull pajjiż għandu responsabilità lejn l-ambjent, "iżda aħna bħala individwi nistgħu nagħmlu l-parti tagħna wkoll, u nixtiequ ngħinu lill-pubbliku ġenerali biex jaħseb dwar x'jista' jagħmel kull individwu lejn l-għanijiet klimatiċi tagħna." Grech sostniet li avvenimenti bħal dawn joħolqu komunità u jservu biex jiftħulna għajnejna għall-isfidi li qed jiffaċċa l-ambjent tagħna, minn lokali għal globali. Bħala parti mill-kampanja, ir- Rappreżentanza qed tikkollabora ma' diversi awtoritajiet nazzjonali u entitajiet lokali fl-organizzazzjoni ta' għadd kbir ta' avvenimenti ta' sensibilizzazzjoni. Dawn jinkludu produzzjoni teatrali li tindirizza t-tfal żgħar, li ġiet inawgurata matul il- Festival Science in the City fil- Belt Valletta. Il-produzzjoni se tittella' f 'sittin skola fix-xhur li ġejjin. Il-Ministri Aaron Farrugia u Miriam Dalli taw l-apoġġ tagħhom lill-parteċipanti.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 September 2021