Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1416374
16 kotba IL-ĦADD 3 TA' OTTUBRU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Inbejjed mhux imtiegħma Jista' jkun li dħalt għall-intrigu tar-reċensjonijiet, lil hinn mix- xewqa oriġinali biex niktibhom, biex naqra kotba li kieku ma kontx naqrahom, saħansitra lanqas insir naf bihom. Sad-disgħinijiet, u din qagħda li llum jilmentawha bin-nostalġija dawk fil-qasam tal-kotba, tista' tgħid kull ġurnal kellu r-rokna letterarja jew tar- reċensjonijiet. Jaf konna aħjar meta konna agħar, kif tiddettalna l-istess nostalġija, għaliex maż- żerniq elettroniku u l-ħila li tkejjel bil-preċiż x'qed jinqara u x'mhux, ir-reċensjoni mietet mewta rapida u l-industrija tal-ktieb kellha ssib modi oħra kif tirreklama l-prodotti tagħha. Kinitx tagħmel differenza r-reċensjoni tal-gazzetta storja oħra. Imma kien hemm il-mezz biex dak li jkun jasal b'aktar ċertezza biex almenu jirreġistra dak li ħażż. Ħażż fl-ilma għal xi wħud, jew inkella fit-tafal artab, bħalma Joe Camilleri jiddeskrivi l-konsistenza tal- karattri tiegħu fid-daħla għal 'Mużajċi tat-Tafal' (Horizons, 2020, €13). Anki l-kotba jgħixu fuq art taflija, forsi aktar illum minn qabel, li jaf tegħreq fiha malli tittanta timxi fuqha. Lil Joe Camilleri qatt ma kont smajt bih, minkejja li kittieb prolifiku li tul is-snin qala' tifħir ġmielu, kif mixhud lejn l-aħħar tal-ktieb mis- sensiela ta' kwotazzjonijiet minn kummentaturi differenti. Ħadt idea ta' min hu mir-ritratt tiegħu, imma immaġinajt li kieku ltqajt ma' xogħlu fuq xkaffa ta' ħanut jaf lanqas kont naqbdu b'idi, u kont nimxi għal xi ħaġa oħra. Forsi aktar tlellex? Forsi dak li ttambar biżżejjed dwaru biex jiġbidli l-attenzjoni? U għalhekk, Camilleri sorpriża oħra għall-qari tiegħi. Jekk mhux ġawhra, almenu ħaġra ċkejkna li ħadt gost mhux mistenni biha. Problema oħra tar-reċensur, kif naraha jien, hija wkoll dik tad- dellijiet li, jekk mhux kumplessi daqs il-mużajċi, xorta jpattu bit- toqol tagħhom. Il-formazzjoni akkademika tmexxik biex tfittex ix-xogħlijiet il-kbar, il-privileġġ li tiskopri ktieb u twaħħallu t-tikketta ta' "letteratura": l-arti, l-ogħla espressjoni, l-opra fundamentali, is-serjetà tal-Olimpu u tal-kanonu. U ximindaqqiet infakkar lili nnifsi biex ma ninsiex ġrajja li kont fiha

